6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1012/2012

tal-5 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-lista ta' speċijiet li jgħaddu l-mard, ir-rekwiżiti tas-saħħa u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni li jikkonċernaw is-sindromu ulċerattiv epiżotiku u rigward l-annotazzjoni għat-Tajlandja fil-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta' ċertu ħut u prodotti tas-sajd fl-Unjoni huma permessi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 22 u 25 u l-Artikolu 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (4) jistabbilixxi mudelli ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(2)

Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem, stabbilit fl-Appendiċi IV tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, fih attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tar-rekwiżiti għal speċijiet suxxettibbli għal ċertu mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, inkluż is-sindromu ulċerattiv epiżotiku.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċijiet li jgħaddu l-mard (5) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti annimali tal-akkwakultura u ta' ċerti prodotti li joriġinaw minnhom.

(4)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistabbilixxi lista ta' speċijiet li jgħaddu l-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE. L-ispeċijiet li jgħaddu l-marda tas-sindromu ulċerattiv epiżotiku huma attwalment inklużi f'dik il-lista.

(5)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistipula, inter alia, il-lista ta' pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew kompartimenti li minnhom l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ħut ornamentali suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fl-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE u maħsub għal faċilitajiet ornamentali magħluqa hija permessa.

(6)

L-Indja u l-Vjetnam huma elenkati f'dak l-Anness, biex l-importazzjoni ta' speċijiet ta' ħut suxxettibbli għas-sindromu ulċerattiv epiżotiku tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali biex jitneħħew ir-riskji ta' dik il-marda.

(7)

Barra minn hekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 ikun fihom l-attestazzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet li jgħaddu ċertu mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, inkluż is-sindromu ulċerattiv epiżotiku.

(8)

Id-Direttiva 2006/88/KE, kif emendata bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/31/UE (6), ma telenkax iktar is-sindromu ulċerattiv epiżotiku (EUS) bħala marda eżotika fil-Parti II tal-Anness IV tagħha.

(9)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u ċarezza tal-liġi tal-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandhom jiġu emendati biex jitneħħew id-dispożizzjonijiet fihom li jirreferu għas-sindromu ulċerattiv epiżotiku.

(10)

Wara t-tneħħija tas-sindromu ulċerattiv epiżotiku mil-lista fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, id-disposizzjonijiet korrispondenti dwar is-saħħa tal-annimali applikabbli għall-Indja u l-Vjetnam ma għadhomx meħtieġa u għalhekk dawk il-pajjiżi għandhom jitneħħew mil-lista ta' pajjiżi li għandhom japplikaw miżuri dwar is-saħħa tal-annimali għall-mard speċifiku lill-annimali akkwatiċi maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(11)

It-Tajlandja hija elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet ta' Ciprinidae maħsuba għat-trobbija, għaż-żoni ta' żamma, għall-meded ta' ilma għas-sajd b'ripopolazzjoni artifiċjali u faċilitajiet ornamentali miftuħa u magħluqa fl-Unjoni hija permessa. It-Tajlandja talbet li tiġi elenkata fl-Anness III bl-għan li jiġu permessi wkoll l-esportazzjonijiet ta' speċijiet oħra ta' ħut minn dak il-pajjiż terz lejn l-Unjoni.

(12)

F'Novembru 2009, saret spezzjoni mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi fit-Tajlandja. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-FVO wara dik l-ispezzjoni ġew implimentati b'mod sodisfaċenti mill-awtorità kompetenti fit-Tajlandja. Għalhekk huwa xieraq li jiġu permessi wkoll l-importazzjonijiet fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ta' speċijiet oħra ta' ħut. L-annotazzjoni għat-Tajlandja fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(14)

Huwa xieraq li jiġu stipulati miżuri tranżitorji biex jippermettu lill-Istati Membri u lill-industrija jwettqu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda stipulati f'dan ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Appendiċi IV tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi I, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta' Marzu 2013, il-kunsinni tal-annimali akkwatiċi akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont il-mudelli stabbiliti fil-Parti A jew B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, u l-prodotti tas-sajd akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont il-mudell stipulat fl-Appendiċi IV tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, fil-verżjoni tagħhom qabel l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament, jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jiġu introdotti fl-Unjoni sakemm jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom qabel dik id-data.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(4)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.

(5)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

(6)  ĠU L 297, 26.10.2012, p. 26.


ANNESS I

“L-Appendiċi IV tal-Anness VI

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

L-Annessi I, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, l-annotazzjoni għas-sindromu ulċerattiv epiżotiku titħassar.

(2)

L-Anness III jinbidel kif ġej:

“ANNESS III

Lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti  (1)

(imsemmija fl-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 11)

Pajjiż/territorju

Speċi tal-Akkwakultura

Żona/Kumpartiment

Kodiċi ISO

Isem

Ħut

Molluski

Krustaċji

Kodiċi

Deskrizzjoni

AU

L-Awstralja

X (1)

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X (2)

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

 

 

CA 0 (3)

It-territorju kollu

CA 1 (4)

British Columbia

CA 2 (4)

Alberta

CA 3 (4)

Saskatchewan

CA 4 (4)

Manitoba

CA 5 (4)

New Brunswick

CA 6 (4)

Nova Scotia

CA 7 (4)

Prince Edward Island

CA 8 (4)

Newfoundland u Labrador

CA 9 (4)

Yukon

CA 10 (4)

It-Territorji tal-Majjistral

CA 11 (4)

Nunavut

CL

Iċ-Ċilì

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CN

Iċ-Ċina

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CO

Il-Kolombja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CG

Il-Kongo

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CK

Il-Gżejjer Cook

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

HR

Il-Kroazja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

HK

Ħong Kong

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

ID

L-Indoneżja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

IL

l-Iżrael

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JM

Il-Ġamajka

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JP

Il-Ġappun

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

KI

Kiribati

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

LK

Is-Sri Lanka

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

MH

Il-Gżejjer Marshall

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

MK (5)

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

MY

Il-Malasja

X (2)

 

 

 

Il-Malażja Peninżulari tal-Punent

NR

Nauru

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

NU

Niue

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

NZ

In-New Zealand

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

PF

Il-Polineżja Franċiża

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

PG

Il-Papwa Ginea Ġdida

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

PW

Il-Palaw

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

RU

Ir-Russja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

SB

Il-Gżejjer Solomon

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

SG

Singapor

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

ZA

L-Afrika t'Isfel

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TW

It-Tajwan

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TH

It-Tajlandja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TR

It-Turkija

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TK

Tokelau

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

TO

It-Tonga

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

TV

Tuvalu

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

US

L-Istati Uniti (7)

X

 

X

US 0 (3)

Il-pajjiż kollu

X

 

 

US 1 (4)

Il-pajjiż kollu, ħlief l-istati li ġejjin: New York, Ohio, Illinois, Michigan, Indiana, Wisconsin, Minnesota u Pennsylvania

 

X

 

US 2

Humboldt Bay (California)

US 3

Netarts Bay (Oregon)

US 4

Wilapa Bay, Totten Inlet, Oakland Bay, Quilcence Bay u Dabob Bay (Washington)

US 5

NELHA (l-Hawaii)

WF

Wallis u Futuna

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

WS

Is-Samoa

X (6)

X (6)

X (6)

 

Il-pajjiż kollu

(3)

Fl-Anness IV, il-Partijiet A u B jinbidlu b'dan li ġej:

“PARTI A

Mudell ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali tal-akkwakultura għat-trobbija, għaż-żamma, għal meded ta' ilma għas-sajd b'ripopolazzjoni artifiċjali u għal faċilitajiet ornamentali miftuħa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Mudell ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Skont l-Artikolu 11 ħut ornamentali li mhuwiex ta' speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, jistgħu wkoll jiġu importati fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew territorji li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(1)  Tapplika għall-ispeċijiet ta' ħut kollha.

(2)  Tapplika biss għal Cyprinidae.

(3)  Ma tapplikax għall-ispeċijiet ta' ħut suxxettibbli jew l-ispeċijiet li jgħaddu l-marda settiċemija emorraġika virali skont il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)  Tapplika biss għall-ispeċijiet ta' ħut suxxettibbli għal jew speċijiet li jgħaddu l-marda settiċemija emorraġika virali skont il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(5)  Kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li għandha tiġi maqbula wara l-konklużjoni tan-negozjati għaddejja bħalissa dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Tapplika biss għall-importazzjonijiet ta' ħut ornamentali li mhumiex ta' speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(7)  Għall-għan ta' dan ir-Regolament l-Istati Uniti jinkludu l-Pwerto Riko, U.S. il-Gżejjer Verġni Amerikani, is-Samoa Amerikana, Guam u l-Gżejjer Mariana ta' Fuq.”