26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/1


REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru 966/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2012

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002

WERREJ

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI 17

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET 17

Artikolu 1

Suġġett 17

Artikolu 2

Definizzjonijiet 17

Artikolu 3

Konformità ta’ leġislazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament 18

Artikolu 4

Perjodi, dati u limiti ta’ żmien 18

Artikolu 5

Protezzjoni ta’ data personali 18

TITOLU II

PRINĊIPJI TAL-BAĠIT 18

Artikolu 6

Prinċipji tal-baġit 18

Kapitolu 1

Prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni baġitarja 18

Artikolu 7

Ambitu tal-baġit 18

Artikolu 8

Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni tal-baġit 18

Kapitolu 2

Prinċipju tal-annwalità 19

Artikolu 9

Definizzjoni 19

Artikolu 10

Tip ta’ approprjazzjonijiet 19

Artikolu 11

Kontabilità għad-dħul u għall-approprjazzjonijiet 19

Artikolu 12

Impenjar tal-approprjazzjonijiet 19

Artikolu 13

Tħassir u trasferiment 'il quddiem tal-approprjazzjonijiet 19

Artikolu 14

Regoli dwar it-trasferiment 'il quddiem għad-dħul assenjat 20

Artikolu 15

Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet 20

Artikolu 16

Regoli applikabbli fil-każ ta’ adozzjoni tard tal-baġit 20

Kapitolu 3

Prinċipju tal-ekwilibriju 21

Artikolu 17

Definizzjoni u ambitu 21

Artikolu 18

Bilanċ mis-sena finanzjarja 21

Kapitolu 4

Prinċipju tal-unità tal-kontijiet 21

Artikolu 19

Użu tal-euro 21

Kapitolu 5

Pinċipju tal-universalità 21

Artikolu 20

Definizzjoni u ambitu 21

Artikolu 21

Dħul assenjat 21

Artikolu 22

Donazzjonijiet 22

Artikolu 23

Regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti minħabba r-rati tal-kambju 22

Kapitolu 6

Prinċipju ta’ speċifikazzjoni 23

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali 23

Artikolu 25

Trasferimenti minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni 23

Artikolu 26

Trasferimenti mill-Kummissjoni 23

Artikolu 27

Trasferiment ta’ proposti ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill- istituzzjonijiet 23

Artikolu 28

Regoli speċifiċi dwar it-trasferimenti 24

Artikolu 29

Trasferiment suġġett għal dispożizzjoni speċjali 24

Kapitolu 7

Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba 24

Artikolu 30

Il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja 24

Artikolu 31

Dikjarazzjoni finanzjarja obbligatorja 25

Artikolu 32

Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit 25

Artikolu 33

Sistemi ta’ kontroll kost-effikaċi 26

Kapitolu 8

Prinċipju tat-trasparenza 26

Artikolu 34

Pubblikazzjoni tal-kontijiet, tal-baġits u ta’ rapporti 26

Artikolu 35

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra 26

TITOLU III

L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT 26

Kapitolu 1

Stabbiliment tal-baġit 26

Artikolu 36

Estimi ta’ dħul u nfiq 26

Artikolu 37

Estimi tal-baġit tal-korpi msemmija fl-Artikolu 200 26

Artikolu 38

Abbozz tal-baġit 26

Artikolu 39

Ittra ta’ emenda għall-abbozz tal-baġit 29

Artikolu 40

Obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-baġit 29

Artikolu 41

Abbozzi ta’ baġits emendatorji 29

Artikolu 42

Trażmissjoni bikrija tal-estimi u l-abbozzi tal-baġit 29

Kapitolu 2

Struttura u preżentazzjoni tal-baġit 29

Artikolu 43

Struttura tal-baġit 29

Artikolu 44

Nomenklatura tal-baġit 29

Artikolu 45

Projbizzjoni ta’ dħul negattiv 30

Artikolu 46

Provvedimenti 30

Artikolu 47

Riżerva negattiva 30

Artikolu 48

Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza 30

Artikolu 49

Preżentazzjoni tal-baġit 30

Artikolu 50

Regoli dwar l-organigramma għall-persunal 32

Kapitolu 3

Dixxiplina baġitarja 32

Artikolu 51

Konformità tal-baġit mal-qafas finanzjarju pluriennali 32

Artikolu 52

Konformità tal-atti tal-Unjoni mal-baġit 32

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT 32

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 32

Artikolu 53

Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba 32

Artikolu 54

Att bażiku u eċċezzjonijiet 32

Artikolu 55

Implimentazzjoni tal-baġit mill-Istituzzjonijiet ħlief il-Kummissjoni 33

Artikolu 56

Delegazzjoni tal-poteri tal-implimentazzjoni tal-baġit 33

Artikolu 57

Kunflitti ta’ interessi 33

Kapitolu 2

Metodi ta’ implimentazzjoni 34

Artikolu 58

Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit 34

Artikolu 59

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri 35

Artikolu 60

Ġestjoni indiretta 36

Artikolu 61

Valutazzjonijiet ex ante u ftehimiet ta’ delega 38

Artikolu 62

Aġenziji eżekuttivi 38

Artikolu 63

Limiti għad-delegazzjoni tal-poteri 38

Kapitolu 3

Atturi finanzjarji 38

Taqsima 1

Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet 38

Artikolu 64

Segregazzjoni tad-dmirijiet 38

Taqsima 2

Uffiċjal awtorizzanti 38

Artikolu 65

L-uffiċjal awtorizzanti 38

Artikolu 66

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti 39

Artikolu 67

Poteri u dmirijiet tal-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni 40

Taqsima 3

Uffiċjal tal-kontabilità 41

Artikolu 68

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità 41

Artikolu 69

Poteri li jistgħu jiġu ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabilità 42

Taqsima 4

Amministratur tal-imprest 42

Artikolu 70

Kontijiet imprest 42

Kapitolu 4

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji 42

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 42

Artikolu 71

Irtirar ta’ delegi u sospensjoni tal-kompiti mogħtija lill-uffiċjali awtorizzanti 42

Artikolu 72

Responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti għal attività illegali, frodi jew korruzzjoni 42

Taqsima 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti b'delega u b'sottodelega 42

Artikolu 73

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti 42

Taqsima 3

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità u l-amministraturi tal-imprest 43

Artikolu 74

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità 43

Artikolu 75

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-imprest 44

Kapitolu 5

Operazzjonijiet ta’ dħul 44

Taqsima 1

Tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji 44

Artikolu 76

Riżorsi proprji 44

Taqsima 2

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli 44

Artikolu 77

Stima tal-ammont riċevibbli 44

Taqsima 3

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli 44

Artikolu 78

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli 44

Taqsima 4

Awtorizzazzjoni tal-irkupru 45

Artikolu 79

Awtorizzazzjoni tal-irkupru 45

Taqsima 5

Irkupru 45

Artikolu 80

Regoli dwar l-irkupru 45

Artikolu 81

Perjodu ta’ limitazzjoni 45

Artikolu 82

Trattament nazzjonali għall-intitolamenti tal-Unjoni 46

Artikolu 83

Multi, penali u imgħax dovut impost mill-Kummissjoni 46

Kapitolu 6

Operazzjonijiet tan-nefqa 46

Artikolu 84

Id-deċiżjonijiet tal-finanzjament 46

Taqsima 1

Impenn ta’ nfiq 46

Artikolu 85

Tipi ta’ impenji 46

Artikolu 86

Regoli applikabbli għall-impenji 47

Artikolu 87

Verifiki applikabbli għall-impenji 47

Taqsima 2

Il-validazzjoni tan-nefqa 47

Artikolu 88

Il-validazzjoni tan-nefqa 47

Taqsima 3

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa 48

Artikolu 89

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa 48

Taqsima 4

Ħlas tal-infiq 48

Artikolu 90

Tipi ta’ ħlasijiet 48

Artikolu 91

Ħlas limitat għall-fondi disponibbli 48

Taqsima 5

Limiti taż-żmien għall-operazzjonijiet tal-infiq 48

Artikolu 92

Limiti taż-żmien 48

Kapitolu 7

Sistemi tal-IT u l-Gvern elettroniku 49

Artikolu 93

Ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet 49

Artikolu 94

Trażmissjoni tad-dokumenti 49

Artikolu 95

e- Government 49

Kapitolu 8

Prinċipji amministrattivi 49

Artikolu 96

Amministrazzjoni tajba 49

Artikolu 97

Indikazzjoni ta’ mezzi ta’ rimedju 49

Kapitolu 9

Awditur intern 50

Artikolu 98

Appuntar tal-awditur intern 50

Artikolu 99

Poteri u dmirijiet tal-awditur intern 50

Artikolu 100

L-indipendenza tal-awditur intern 50

TITOLU V

AKKWIST PUBBLIKU 51

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 51

Taqsima 1

Ambitu u prinċipju tal-aġġudikazzjoni 51

Artikolu 101

Definizzjoni tal-kuntratti pubbliċ 51

Artikolu 102

Prinċipji applikabbli għall-kuntratti pubbliċi 51

Taqsima 2

Il-pubblikazzjoni 51

Artikolu 103

Pubblikazzjoni tal-kuntratti pubbliċi 51

Taqsima 3

Proċeduri ta’ akkwist 51

Artikolu 104

Proċeduri ta’ akkwist 51

Artikolu 105

Il-kontenut tas-sejħa għall-offerti 52

Artikolu 106

Kriterji tal-esklużjoni applikabbli għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwis 52

Artikolu 107

Kriterji ta’ esklużjoni applikabbli għall-għotjiet 53

Artikolu 108

Bażi tad-data ċentrali tal-esklużjoni 53

Artikolu 109

Penali amministrattivi u finanzjarji 54

Artikolu 110

Kriterji tal-għoti għall-kuntratti 54

Artikolu 111

Tfigħ ta’ offerti 54

Artikolu 112

Prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza 55

Artikolu 113

Id-deċiżjoni tal-finanzjament 55

Artikolu 114

Tħassir tal-proċedura tal-akkwist 55

Taqsima 4

Garanziji u azzjoni korrettiva 55

Artikolu 115

Garanziji 55

Artikolu 116

Żbalji, irregolaritajiet u frodi fil-proċedura 56

Kapitolu 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet f'isimhom stess 56

Artikolu 117

L-awtorità kontraenti 56

Artikolu 118

Limiti applikabbli 56

Artikolu 119

Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħa għall-offerti 56

Artikolu 120

Regolament tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-akkwisti 56

TITOLU VI

GĦOTJIET 57

Kapitolu 1

Ambitu u forma tal-għotjiet 57

Artikolu 121

Ambitu tal-għotjiet 57

Artikolu 122

Benefiċjarji 57

Artikolu 123

Forom ta’ għotjiet 58

Artikolu 124

Somom ta’ darba, kostijiet ta’ unità u finanzjament b'rata fissa 58

Kapitolu 2

Prinċipji 59

Artikolu 125

Prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet 59

Artikolu 126

Spejjeż eliġibbli 59

Artikolu 127

Kofinanzjament in natura 60

Artikolu 128

Trasparenza 61

Artikolu 129

Il-prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv 61

Artikolu 130

Il-prinċipju tan-non-retroattività 61

Kapitolu 3

Proċedura għall-għoti 62

Artikolu 131

Applikazzjonijiet għall-għotjiet 62

Artikolu 132

Kriterji tal-għażla u tal-għoti 62

Artikolu 133

Proċedura ta’ valutazzjoni 62

Kapitolu 4

Ħlas u kontroll 63

Artikolu 134

Garanzija ta’ prefinanzjament 63

Artikolu 135

Ħlas ta’ għotjiet u kontrolli 63

Artikolu 136

Perjodi ta’ żamma ta’ rekords 64

Kapitolu 5

Implimentazzjoni 64

Artikolu 137

Kuntratti ta’ implementazzjoni u sostenn finanzjarju għal terzi 64

TITOLU VII

PREMJIJIET 64

Artikolu 138

Regoli ġenerali 64

TITOLU VIII

STRUMENTI FINANZJARJI 65

Artikolu 139

Ambitu 65

Artikolu 140

Prinċipji u kondizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji 65

TITOLU IX

PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KONTABBILTÀ 67

Kapitolu 1

Preżentazzjoni tal-kontijiet 67

Artikolu 141

Struttura tal-kontijiet 67

Artikolu 142

Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja 67

Artikolu 143

Regoli dwar il-kontijiet 67

Artikolu 144

Prinċipji tal-kontabilità 67

Artikolu 145

Dikjarazzjonijiet finanzjarji 68

Artikolu 146

Rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit 68

Artikolu 147

Kontijiet proviżorji 68

Artikolu 148

Approvazzjoni tal-kontijiet konsolidati finali 68

Kapitolu 2

Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-baġit 69

Artikolu 149

Rapport dwar il-garanziji u r-riskji tal-baġit 69

Artikolu 150

Ir-rapport tal-implimentazzjoni tal-baġit 69

Kapitolu 3

Kontabilità 69

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni 69

Artikolu 151

Is-sistema tal-kontabilità 69

Artikolu 152

Dispożizzjonijiet komuni għas-sistema tal-kontijiet tal-istituzzjonijiet 69

Taqsima 2

Kontijiet Ġenerali 69

Artikolu 153

Il-kontijiet ġenerali 69

Artikolu 154

Entrati fil-kontijiet ġenerali 69

Artikolu 155

Aġġustamenti tal-kontijiet 70

Taqsima 3

Il-kontijiet tal-baġit 70

Artikolu 156

Il-kontabilità tal-baġit 70

Kapitolu 4

Inventarji tal-propjetà 70

Artikolu 157

L-inventarju 70

TITOLU X

AWDITJAR ESTERN U L-KWITTANZA 70

Kapitolu 1

Awditjar estern 70

Artikolu 158

Awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri 70

Artikolu 159

Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar 70

Artikolu 160

Verifiki fuq titoli u flus kontanti 70

Artikolu 161

Id-dritt tal-aċċess tal-Qorti tal-Awdituri 71

Artikolu 162

Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri 71

Artikolu 163

Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri 72

Kapitolu 2

Kwittanza 72

Artikolu 164

Skeda għall-proċedura tal-kwittanza 72

Artikolu 165

Il-proċedura tal-kwittanza 72

Artikolu 166

Miżuri ta’ segwitu 72

Artikolu 167

Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tas-SEAE 72

IT-TIENI PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI 73

TITOLU I

FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA 73

Artikolu 168

Dispożizzjonijiet speċjali dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija 73

Artikolu 169

Impenji tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG 73

Artikolu 170

Impenji provviżorji globali tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG 73

Artikolu 171

Skeda u l-għażla taż-żmien għall-impenji baġitarji tal-FAEG 73

Artikolu 172

Kontabilità tal-infiq tal-FAEG 74

Artikolu 173

Trasferiment tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG 74

Artikolu 174

Dħul assenjat tal-FAEG 74

TITOLU II

FONDI STRUTTURALI, FOND TA' KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI U FONDI FIL-QASAM TAL-LIBERTÀ, IS-SIGURTÀ U L-ĠUSTIZZJA ĠESTITI PERMEZZ TAL-ĠESTJONI KONDIVIŻA 74

Artikolu 175

Dispożizzjonijiet speċjali 74

Artikolu 176

Rispett tal-allokazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-impenji 74

Artikolu 177

Ħlasijiet ta’ kontribuzzjonijiet, ħlasijiet interim u ħlasijiet lura 74

Artikolu 178

Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet 75

Artikolu 179

Trasferiment tal-approprjazzjonijiet 75

Artikolu 180

Ġestjoni, għażla u awditjar 75

TITOLU III

RIĊERKA 75

Artikolu 181

Fondi ta’ riċerka 75

Artikolu 182

Impenji tal-Fond tar-Riċerka 76

Artikolu 183

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka 76

TITOLU IV

AZZJONIJIET ESTERNI 77

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 77

Artikolu 184

Azzjonijiet esterni 77

Kapitolu 2

Implimentazzjoni ta’ azzjonijiet 77

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 77

Artikolu 185

Implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni 77

Taqsima 2

Appoġġ għall-baġit u fondi fiduċjarji multidonatur 77

Artikolu 186

Użu tal-appoġġ tal-baġit 77

Artikolu 187

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni 77

Taqsima 3

Modi ta’ ġestjoni oħrajn 79

Artikolu 188

Implimentazzjoni ta’ azzjonijiet esterni permezz ta’ ġestjoni indiretta 79

Artikolu 189

Ftehimiet ta’ finanzjament dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet esterni 79

Kapitolu 3

Akkwist 79

Artikolu 190

Akkwisti fl-azzjonijiet esterni 79

Artikolu 191

Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti 80

Kapitolu 4

Għotjiet 80

Artikolu 192

Finanzjament sħiħ ta’ azzjoni esterna 80

Artikolu 193

Regoli applikabbli għal għotjiet tal-azzjonijiet esterni 80

Kapitolu 5

L-Awditjar tal-Kontijie 80

Artikolu 194

Awditjar tal-Unjoni f'għotjiet tal-azzjonijiet esterni 80

TITOLU V

UFFIĊĊJI EWROPEJ 80

Artikolu 195

L-Uffiċċji Ewropej 80

Artikolu 196

Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw l-Uffiċċji Ewropej 80

Artikolu 197

Uffiċjal Awtorizzanti tal-uffiċċji Ewropej 81

Artikolu 198

Il-kontijiet tal-uffiċċji interistituzzjonali Ewropej 81

Artikolu 199

Delega tal-poteri tal-uffiċjal awtorizzanti għall-uffiċċji interistituzzjonali Ewropej 81

Artikolu 200

Servizzi għal pajjiżi terzi 81

TITOLU VI

APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI 81

Artikolu 201

Dispożizzjonijiet ġenerali 81

Artikolu 202

Impenji 81

Artikolu 203

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approprjazzjonijiet amministrattivi 81

TITOLU VII

ESPERTI 83

Artikolu 204

Esperti esterni b'remunerazzjoni 83

IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI 83

Artikolu 205

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni 83

Artikolu 206

Talbiet għal informazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill 83

Artikolu 207

Limiti massimi u ammonti 83

Artikolu 208

Regolament finanzjarju ta’ qafas għall-aġenziji u l-korpi stabbiliti taħt it-TFUE u t-Trattat Euratom 83

Artikolu 209

Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata 84

Artikolu 210

Eżerċizzju tad-delega 84

Artikolu 211

Analiżi 84

Artikolu 212

Revoka 84

Artikolu 213

Evalwazzjoni li tirrigwarda s-SEAE 85

Artikolu 214

Dħul fis-seħħ 85

ANNESS

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI 86
Dikjarazzjoni konġunta dwar kwistjonijiet relatati mal-QFP 95
Dikjarazzjoni konġunta dwar l-infiq marbut mal-binjiet b’riferiment għall-Artikolu 203 95
Stqarrija konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 203(3) 96

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 322 tieghu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri (1),

Filwaqt li mxew skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) ġie sostanzjalment emendat diversi drabi. Ladarba għandhom isiru emendi oħra, inklużi bidliet sabiex jitqies id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandu jitħassar u jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament, fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 stabbilixxa l-prinċipji baġitarji u r-regoli finanzjarji li jirregolaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni ("il-baġit"), filwaqt li jiggarantixxu amministrazzjoni tajba u effikaċi, kontroll u protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll iżidu t-trasparenza, li għandhom jiġu rrispettati fl-atti legali kollha u mill-istituzzjonijiet kollha. Il-prinċipji fundamentali, il-kunċett u l-istruttura tar-Regolament u r-regoli bażiċi tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja jeħtieġ li jinżammu. Id-derogi mill-prinċipji fundamentali għandhom jiġu rieżaminati u ssimplifikati safejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit u l-piż li jimponu fuq dawk involuti. Huwa neċessarju li jinżammu u jissaħħu l-elementi ewlenin tar-regoli finanzjarji: ir-rwol tal-atturi finanzjarji, l-integrazzjoni tal-kontrolli fis-servizzi operattivi, l-awdituri interni, l-ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività, l-immodernizzar tal-prinċipji u r-regoli tal-kontabilità, u l-prinċipji bażiċi għall-għotjiet.

(3)

Minħabba n-natura u l-kompiti speċifiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), partikolarment l-indipendenza tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni tal-finanzi tiegħu, huwa għandu jiġi eskluż mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament, ħlief fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza prattika, għandhom jiġu inklużi regoli f'dan ir-Regolament sabiex jadattawh għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-implimentazzjoni tal-baġit bħall-kofinanzjament ma’ donaturi oħra, sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-għajnuna esterna, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi inklużi dawk konklużi mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati ("PPPs").

(5)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kien limitat għall-istqarrija ta’ prinċipji wiesgħa baġitarji u r-regoli finanzjarji f'konformità mat-Trattati waqt li d-dispożizzjonijiet implementattivi ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4) sabiex tiġi prodotta ġerarkija ta’ regoli aħjar u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 isir aktar faċli biex jinqara. Taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE, att leġislattiv jista' jiddelega lill-Kummissjoni tas-setgħa li tadotta atti mhux leġislattivi sabiex tissumplimenta jew temenda biss ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak l-att leġislattiv. B'konsegwenza ta’ dan, xi dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandhom jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament.

(6)

Il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali saret parti integrali mill-politiki u l-azzjonijiet interni l-oħra tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi applikabbli għal dak il-qasam ta’ politika għalhekk mhumiex aktar ġustifikati u għalhekk ma għandhomx jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(7)

Biex tiġi żgurata t-trasparenza, il-baġit għandu jirreġistra l-garanziji għall-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b'self li tidħol għalihom l-Unjoni, inklużi l-operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja u tal-Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti.

(8)

Ir-regoli eżistenti dwar l-imgħax iġġenerat minn pagamenti ta’ prefinanzjament għandhom jiġu ssimplifikati għaliex jiġġeneraw piż amministrattiv eċċessiv kemm fuq il-benefiċjarji kif ukoll fuq is-servizzi tal-Kummissjoni u joħolqu malintiżi bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-benefiċjarji. Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-benefiċjarji, u f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, ma għandux ikun hemm aktar obbligu li jiġu ġġenerati imgħaxijiet fuq pagamenti ta’ prefinanzjament u li jiġu rkuprati dawn l-imgħaxijiet. Madankollu, għandu jkun possibbli li dan l-obbligu jiġi inkluż fi ftehim ta’ delega sabiex ikun possibbli l-użu mill-ġdid tal-imgħax iġġenerat minn pagamenti ta’ prefinanzjament għall-programmi, it-tnaqqis ta’ tali imgħaxijiet mit-talbiet għal ħlas jew l-irkupru tagħhom.

(9)

Regoli ta’ riport għad-dħul assenjat għandhom jikkunsidraw id-distinzjoni bejn id-dħul assenjat estern u dak intern. Sabiex jiġi rrispettat l-iskop assenjat mid-donatur, id-dħul assenjat estern għandu jiġi awtomatikament riportat u użat sakemm l-operazzjonijiet kollha relatati mal-programm jew azzjoni li għalihom ikun assenjat ikunu twettqu. Fejn id-dħul assenjat estern jiġi riċevut matul l-aħħar sena tal-programm jew azzjoni, għandu jkun possibbli wkoll li dan jintuża fl-ewwel sena tal-programm jew azzjoni ta’ wara. Għandu jkun possibbli li d-dħul assenjat intern jiġi riportat għal sena waħda biss, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor.

(10)

Ir-regoli dwar il-partijiet minn tnax provviżorji għandhom ikunu ċċarati kemm għan-numru ta’ partijiet minn tnax provviżorji li jistgħu jintalbu, u l-każijiet fejn il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont ta’ nfiq addizzjonali li jkun ogħla mill-partijiet minn tnax provviżorji adottati mill-Kunsill.

(11)

Id-deroga mill-prinċipju ta’ universalità li tirrigwarda d-dħul assenjat għandha tiġi modifikata sabiex tqis l-ispeċifiċitajiet ta', fuq naħa waħda, id-dħul assenjat intern li jiġi minn approprjazzjonijiet awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u, fuq in-naħa l-oħra, dħul assenjat estern li hu miġbur u assenjat minn diversi donaturi għal programm jew azzjoni speċifiċi. Minbarra dan, id-donaturi esterni għandhom ikomplu jitħallew jikkofinanzjaw azzjoni esterna, b'mod partikolari operazzjonijiet umanitarji, ukoll f'każijiet fejn l-att bażiku ma jipprovdix għal dan espressament.

(12)

Il-preżentazzjoni tad-dħul assenjat fl-abbozz tal-baġit għandha ssir aktar trasparenti billi jiġi stipulat li l-ammonti tad-dħul assenjat għandhom jiġu inklużi fl-abbozz tal-baġit għall-ammonti li huma ċerti fid-data tal-istabbiliment tal-abbozz tal-baġit.

(13)

Fir-rigward tal-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni, minħabba li ma għadhiex issir distinzjoni bejn l-infiq obbligatorju u dak mhux obbligatorju, ir-regoli li jirregolaw it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet għandhom jiġu adattati skont dan.

(14)

Ir-regoli li jirregolaw it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet għandhom ukoll jiġu adattati għat-tibdiliet li jirriżultaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Barra minn hekk, l-esperjenza riċenti wriet l-importanza li tiżdied il-flessibbiltà għat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-aħħar tas-sena, b'mod partikolari għall-fondi strutturali. Huwa neċessarju li tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tal-baġit, partikolarment fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, id-dħul assenjat u l-approprjazzjonijiet amministrattivi li huma komuni għal diversi titoli. Għal dak il-għan, it-tipoloġija tat-trasferimenti għandha tiġi ssimplifikata l-proċedura tal-adozzjoni ta’ xi trasferimenti għandha tkun aktar flessibbli. B'mod partikolari, jirriżulta rilevanti u effiċjenti għall-Kummissjoni li jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar it-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet mhux użati fil-każijiet ta’ diżastri u kriżijiet umanitarji internazzjonali. Dik il-possibilità għandha għalhekk tiġi estiża għal avvenimenti simili li jseħħu wara l-1 ta’ Diċembru ta’ sena finanzjarja. F'tali każijiet, għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament bid-deċiżjoni tagħha li tittrasferixxi approprjazzjonijiet mhux użati.

(15)

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jqis il-livell mistenni ta’ riskju ta’ żbalji u l-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli meta jħejji proposti leġislattivi u meta jistabbilixxi s-sistemi rispettivi ta’ ġestjoni u kontroll. L-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jirrapporta dwar ir-riżultati tal-kontrolli u dwar il-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom fir-rapport annwali dwar l-attività. Id-dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni dwar dawn is-sistemi mressqa mill-korpi magħżula mill-Istati Membri biex ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ fondi tal-Unojni, huma integrali għall-effettività tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

(16)

Il-prinċipju tat-trasparenza, minqux fl-Artikolu 15 TFUE li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jaħdmu kemm jista' jkun b'mod miftuħ, jimplika li, fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-baġit, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsiru jafu fejn, u għal liema skop, ikunu qed jintużaw il-fondi mill-Unjoni. Informazzjoni bħal din trawwem id-dibattitu demokratiku, tikkontribwixxi għall-partiċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u ssaħħaħ il-kontroll u l-iskrutinju istituzzjonali fuq in-nefqa tal-Unjoni. Tali objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-pubblikazzjoni, preferibbilment bl-użu ta’ għodda moderni ta’ komunikazzjoni, ta’ informazzjoni rilevanti dwar il-kuntratturi u l-benefiċjarji finali tal-fondi tal-Unjoni, li tqis tali interessi leġittimi ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà ta’ kuntratturi u benefiċijarji u, f'dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-dritt tagħhom għall-privatezza u l-ħarsien tad-data personali tagħhom. L-istituzzjonijiet għalhekk għandhom jadottaw approċċ selettiv fil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji rilevanti sabiex jipprovdu informazzjoni sinifikanti.

(17)

F'konformità mal-Artikolu 316 TFUE, għandu jiġi stipulat li l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jaqsmu l-istess taqsima tal-baġit.

(18)

Il-proċedura annwali tal-baġit taħt it-TFUE għandha tiġi riflessa f'dan ir-Regolament.

(19)

Fir-rigward tal-istabbiliment tal-baġit, huwa importanti li tiġi ddefinita b'mod ċar l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-baġit imfassal mill-Kummissjoni. Il-kontenut tal-introduzzjoni ġenerali ta’ qabel l-abbozz tal-baġit għandha tkun deskritta b'mod aktar preċiż. Huwa wkoll neċessarju li tiġi inkluża dispożizzjoni dwar l-ipprogrammar finanzjarju għas-snin fil-futur kif ukoll dispożizzjoni dwar il-possibilità li l-Kummissjoni tressaq dokumenti ta’ ħidma sabiex tappoġġja talbiet tal-baġit.

(20)

Fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, il-forom li jistgħu jieħdu l-atti bażiċi taħt it-TFUE u taħt it-Titoli V u VI tat-TUE għandhom jiġu aġġornati. Minbarra dan, il-proċedura tal-adozzjoni għall-miżuri ta’ tħejjija fil-qasam tal-azzjoni esterna għandha tiġi adattata għad-dispożizzjonijiet tat-TFUE.

(21)

Ir-regoli dwar il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit, li jirregolaw b'mod partikolari l-kundizzjonijiet tal-esternalizzazzjoni tal-poteri ta’ implimentazzjoni għal partijiet terzi, saru kumplikati wisq matul is-snin u għandhom jiġu ssimplifikati. Fl-istess ħin, l-objettiv inizjali tal-esternalizzazzjoni, jiġifieri li jkun xi jkun il-metodu ta’ implimentazzjoni, in-nefqa tkun implimentata b'livell ta’ kontroll u trasparenza ekwivalenti għal dak mistenni mis-servizzi tal-Kummissjoni - għandu jinżamm.

(22)

Għandha ssir distinzjoni ċara bejn sitwazzjonijiet fejn il-baġit jiġi implimentat direttament, mill-Kummissjoni jew l-aġenziji eżekuttivi tagħha, sitwazzjonijiet fejn il-baġit jiġi implimentat mill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża u sitwazzjonijiet fejn il-baġit jiġi implimentat indirettament permezz ta’ partijiet terzi. Dan għandu jippermetti l-istabbiliment ta’ sistema armonizzata għal ġestjoni kondiviża u indiretta bil-possibilità li tista' tiġi adattata skont ir-regoli speċifiċi għas-settur, b'mod partikolari fejn il-baġit huwa implimentat mill-Istati Membri taħt il-ġestjoni kondiviża. Din is-sistema armonizzata għandha tinkludi b'mod partikolari l-prinċipji bażiċi li għandhom jiġu rrispettati mill-Kummissjoni fejn tideċiedi li timplimenta l-baġit taħt ġestjoni kondiviża jew b'mod indirett u l-prinċipji bażiċi li għandhom jiġu rrispettati mill-partijiet li jkunu ġew fdati b'kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tapplika r-regoli u l-proċeduri tal-Unjoni jew taċċeta l-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-parti fdata, sakemm din tal-aħħar tiggarantixxi protezzjoni ekwivalenti għall-interessi finanzarji tal-Unjoni. Bħala parti mill-kompiti ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni, huwa wkoll neċessarju li jkun previst sett ta’ obbligi ta’ kontroll u awditu, inklużi l-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet, għall-metodi kollha ta’ implimentazzjoni.

(23)

Ir-regoli dwar valutazzjoni ex ante tal-entitajiet u l-persuni fdati b'kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt ġestjoni indiretta, għandhom jiġu adattati sabiex jiġi assigurat li l-entitajiet u l-persuni fdati kollha jipprovdu livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak mitlub taħt dan ir-Regolament.

(24)

L-esperjenza bil-PPPs istituzzjonalizzati bħala korpi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 turi li kategoriji addizzjonali ta’ PPPs għandhom jiġu previsti sabiex tiżdied l-għażla ta’ strumenti u jiġu inklużi korpi li r-regoli tagħhom huma aktar flessibbli u aċċessibbli għall-imsieħba privati minn dawk applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawk il-kategoriji addizzjonali għandhom ikopru korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru u korpi li huma stabbiliti b'att bażiku u li għandhom regoli finanzjarji li, jirrispettaw il-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

(25)

Għall-finijiet tal-Artikolu 317 TFUE, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-obbligi bażiċi ta’ kontroll u awditu tal-Istati Membri fejn dawn jimplimentaw il-baġit taħt ġestjoni kondiviża, minħabba li tali obbligi bħalissa jeżistu biss f'regoli speċifiċi għal setturi. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu qafas koerenti għall-oqsma ta’ politika kollha kkonċernati, dwar strutturi amministrattivi armonizzati fuq il-livell nazzjonali. Dak il-qafas ma għandux joħloq l-ebda strutturi ta’ kontroll addizzjonali iżda għandu jippermetti lill-Istati Membri jaħtru korpi fdati bil-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar obbligi komuni ta’ ġestjoni u kontroll għal dawk l-istrutturi, id-dikjarazzjoni annwali li biha l-maniġers jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni li huma fdati lilhom, l-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet, u l-mekkaniżmi ta’ sospensjoni u korrezzjoni finanzjarja operati mill-Kummissjoni għandhom ikunu f'dan ir-Regolament bil-għan li jinħoloq qafas leġislattiv koerenti li jtejjeb ukoll iċ-ċertezza ġuridika ġenerali u l-effiċjenza tal-kontrolli u tal-azzjonijiet ta’ rimedju, kif ukoll il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jinżammu f'Regolamenti speċifiċi għas-setturi. Fil-kuntest tal-approċċ ta’ awditu uniku u bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv addizzjonali li jirriżulta minn kontrolli multipli, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'dikjarazzjonijiet, iffirmati fil-livell nazzjonali jew reġjonali xieraq skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

(26)

Għandhom jiġu ċċarati xi dispożizzjonijiet fir-rigward tad-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il- kontrolli ex ante u ex post li l-uffiċjal awtorizzanti jistabbilixxi b'delega kif ukoll id-dmirijiet ta’ rappurtar tiegħu. F'dan ir-rigward, il-kontenut tar-rapport annwali ta’ attività tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jiġi aġġornat f'konformità mal-prattika li tikkonsisti fl-inklużjoni tal-informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni meħtieġa li tappoġġja d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha.

(27)

Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandhom jiġu ċċarati. B'mod partikolari għandu jiġi speċifikat li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni huwa l-unika persuna li hija intitolata li tiddefinixxi r-regoli tal-kontabilità u t-tabelli tal-kontijiet armonizzati, filwaqt li l-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet l-oħra kollha jiddefinixxu l-proċeduri tal-kontabilità applikabbli fl-istituzzjonijiet tagħhom.

(28)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ ċerti programmi jew azzjonijiet fdati, b'mod partikolari, lil istituzzjonijiet finanzjarji, il-possibilità li jinfetħu kontijiet fiduċjarji għandha tiġi prevista f'dan ir-Regolament. Dawn il-kontijiet bankarji għandhom jinfetħu f'isem jew għan-nom tal-Kummissjoni fil-kotba ta’ istituzzjoni finanzjarja. Huma għandhom jiġu ġestiti minn dik l-istituzzjoni finanzarja taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti u għandu jkun possibbli li jinfetħu f'muniti oħra minbarra l-euro.

(29)

Fir-rigward tal-operazzjonijiet tad-dħul, huwa neċessarju li r-regoli dwar l-istimi tal-ammonti riċevibbli jiġu ssimplifikati sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet baġitarji. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun meħtieġa meta previżjoni ta’ dħul ikollha ċertu grad ta’ probabbiltà u tkun tista' tiġi tradotta f'ċifri bi grad raġonevoli ta’ approssimazzjoni. Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, xi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċeduri tal-aġġustament jew it-tħassir ta’ stima ta’ ammont riċevibbli għandhom jiġu introdotti.

(30)

Ir-regoli dwar l-irkupru għandhom jiġu kemm ċċarati u msaħħa. B'mod partikolari, għandu jiġi speċifikat li t-tħassir ta’ ammont riċevibbli stabbilit ma jimplikax ir-rinunzja ta’ intitolament stabbilit tal-Unjoni. Minbarra dan, sabiex tissaħħaħ is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-fondi tal-Unjoni mitluba għar-rimbors għandhom jiġu trattati mill-Istati Membri b'mod mhux anqas favorevoli mill-pretensjonijiet ta’ korpi pubbliċi fit-territorju tagħhom.

(31)

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitnaqqas ir-riskju assoċjat mal-ġestjoni ta’ ammonti riċevuti fuq bażi temporanja permezz ta’ multi, penali u sanzjonijiet kif ukoll kwalunkwe dħul iġġenerat minnhom, dawk l-ammonti għandhom jiġu rreġistrati bħala dħul tal-baġit mill-aktar fis possibbli u tal-inqas fis-sena finanzjarja ta’ wara l-eżawriment tar-rimedji kollha kontra d-deċiżjonijiet li jimponuhom.

(32)

Kjarifika tad-diversi tipi ta’ ħlasijiet għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Minbarra dan, il-ħlasijiet ta’ prefinanzjament għandhom jiġu approvati regolarment mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli f'konformità mar-regoli tal-kontabilità definiti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. Għal dan l-għan, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa f'kuntratti, deċiżjonijiet ta’ għotja, ftehimiet ta’ għotjakif ukoll fi ftehimiet ta’ delega.

(33)

Dan ir-Regolament għandu jrawwem l-objettiv tal-Gvern elettroniku, u b'mod partikolari l-użu tad-data elettronika fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u partijiet terzi.

(34)

Il-possibilità li jiġu segwiti proċeduri ta’ akkwist konġunti mal-istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew pajjiżi kandidati tal-Unjoni għandha tkun permessa b'ċerti kundizzjonijiet.

(35)

Ir-regoli tal-esklużjoni, b'mod partikolari, mill-pareteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist għandhom ukoll jittejbu sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(36)

Meta jitqies li l-użu tar-riżorsi proprji tal-BĊE u tal-BEI huwa ta’ interess finanzjarju għall-Unjoni, għandhom jingħataw aċċess għall-informazzjoni fil-bażi ċentrali tad-data tal-esklużjoni, li nħolqot sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(37)

Bażi legali soda għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet li japplikaw penali amministrattivi u finanzjarji, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkwist pubbliku, għandha tiġi introdotta, f'konformità mal-obbligi tal-protezzjoni tad-data. Din il-pubblikazzjoni għandha tibqa' mhux obbligatorja għar-raġunijiet tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà.

(38)

Ir-rekwiżit għall-kuntratturi li jiddepożitaw garanziji m'għandux jibqa' jkun awtomatiku iżda għandu jkun ibbażat fuq analiżi tar-riskji.

(39)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-ambitu rispettiv tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji għandu jkun iċċarat. Definizzjoni aktar dettaljata tal-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-għotjiet, min-naħa waħda, u għall-istrumenti finanzjarji, min-naħa l-oħra, għandha tikkontribwixxi wkoll għall-massimizzazzjoni tal-impatt ta’ dawk iż-żewġ tipi ta’ appoġġ finanzjarju.

(40)

Ir-regoli tal-għotjiet applikabbli għal entitajiet speċifikatament stabbiliti għall-fini ta’ azzjoni għandhom jiġu aġġustati sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall finanzjament tal-Unjoni u l-ġestjoni ta’ għotjiet minn applikanti u benefiċjarji li jkunu ddeċidew li jaħdmu flimkien fi sħubija jew raggruppament kostitwiti skont il-liġi nazzjonali relevanti, b'mod partikolari fejn il-forma legali magħżula toffri ambjent ta’ kooperazzjoni solidu u affidabbli. Barra minn hekk, fid-dawl tar-riskji finanzjarji limitati għall-Unjoni u l-ħtieġa li tiġi evitata ż-żieda ta’ livell ta’ rekwiżiti kuntrattwali ma’ arranġamenti strutturali eżistenti, l-entitajiet affiljati ma’ benefiċjarju permezz ta’ kapital permanenti jew rabtiet ġuridiċi għandhom ikunu intitolati li jiddikjaraw il-kostijiet eliġibbli mingħajr ma jkollhom jikkonformaw mal-obbligi kollha ta’ benefiċjarju.

(41)

L-esperjenza miksuba fl-użu ta’ somom globali jew rati fissi ta’ finanzjament uriet li tali forom ta’ finanzjament issimplifikaw il-proċeduri amministrattivi b'mod sinifikanti u naqqsu r-riskju ta’ żball b'mod sostanzjali. Barra minn hekk, intwera li l-finanzjament ibbażat fuq l-output huwa adatt għal ċerti tipi ta’ azzjonijiet. F'dan il-kuntest, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ forom simplifikati ta’ għotjiet determinati abbażi ta’ somom globali, kostijiet ta’ unità u rati fissi għandhom isiru aktar flessibbli. B'mod partikolari, għandhom ikunu permessi ammonti determinati bl-applikazzjoni ta’ approċċ benefiċjarju b'benefiċjarju, inkluż meta tali ammonti jkunu ddikjarati mill-benefiċjarju skont il-prattiki tas-soltu tiegħu fir-rigward tal-kontabilità tal-kostijiet, sabiex jitħaffu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż sostnuti minn dak il-benefiċjarju speċifikament għall-għan tar-rapportar finanzjarju tal-Unjoni.

(42)

Sabiex jitneħħew l-ostakli għall-parteċipazzjoni fi programmi ta’ għotjiet tal-Unjoni minn persuni li għandhom il-kompetenza speċjalizzata neċessarja iżda li ma jitħallsux permezz ta’ salarju, bħalma jista' jkun il-każ ta’ dawk li qed jaħdmu fi strutturi zġħar, ir-regoli tal-għotjiet għandhom iqisu l-iskemi speċifiċi ta’ remunerazzjoni applikati mill-impriżi zgħar u ta’ daqs medju (SMEs), kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (5).

(43)

Il-prinċipji ta’ ebda profitt u kofinanzjament għandhom jiġu aġġustati fid-dawl tal-esperjenza fil-prattika u tal-interpretazzjonijiet diverġenti u l-applikazzjoni ta’ tali prinċipji, li jirriżulta fi żbalji u xi kultant f'effetti kontraproduttivi. B'mod partikolari, id-definizzjoni ta’ profitt għandha tiffoka fuq il-kostijiet eliġibbli u d-dħul li jiffinanzja b'mod speċifiku dawk il-kostijiet, biex jiġi ssimplifikat ir-rappurtar mill-benefiċjarji u biex jiġu inkoraġġiti jiddiversifikaw is-sorsi ta’ finanzjament tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni m'għandhiex tissuponi li donaturi oħra mhumiex se jirkupraw kwalunkwe bilanċ pożittiv iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet tagħhom, u għalhekk għandha tirkupra l-profitt biss fi proporzjon mal-għotja tagħha. Finalment, il-prinċipju ta’ degressività ma rriżultax li kien għodda effikaċi fil-limitazzjoni tar-riskju ta’ dipendenza fuq il-fondi tal-Unjoni għall-benefiċjarji ta’ għotjiet operattivi. Barra minn hekk, l-applikabilità tal-prinċipju ta’ degressività tnaqqset b'mod konsiderevoli wara l-introduzzjoni neċessarja ta’ eċċezzjonijiet f'numru ta’ atti bażiċi u fil-każ ta’ forom simplifikati ta’ għotjiet. Fid-dawl ta’ dawn l-iżvantaġġi, ir-rekwiżit ta’ degressività applikabbli għal għotjiet operattivi għandu jitneħħa.

(44)

L-aċċess għal finanzjament mill-Unjoni għal entitajiet b'riżorsi amministrattivi limitati, li jistgħu jirrappreżentaw popolazzjoni mira ta’ prijorità għal ċerti skemi ta’ għotjiet u jkunu indispensabbli għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, għandu jkun faċilitat billi jiġu ssimplifikati aktar il-proċeduri applikabbli għal għotjiet ta’ valur żgħir.

(45)

Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi stabbilit sett ta’ regoli finanzjarji bażiċi li l-benefiċjarji jistgħu jirreferu għalihom fil-programmi tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibilità tal-kostijiet u tal-kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw ċerti kategoriji ta’ kostijiet u jipprevedi l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.

(46)

Il-kundizzjonijiet biex jiġu aċċettati kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi bħala kofinanzjament u biex jiġi determinat il-valur ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu armonizzati sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ żball u litigazzjoni.

(47)

Fl-interess tat-trasparenza u sabiex jittieħed kont tal-limiti ta’ ppjanar speċifiċi għalihom, l-applikanti għal għotjiet għandhom ikunu infurmati fis-sejħa għal proposti dwar il-perjodu ta’ żmien mistenni. Għall-istess għan, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi żmien ta’ referenza, abbażi tal-esperjenza u tal-effetti antiċipati tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni introdotti

(48)

Fejn jinstabu żbalji sistemiċi jew rikorrenti li jkollhom impatt materjali fuq numru ta’ għotjiet, għandha tkun awtorizzata, b'kundizzjonijiet stretti, l-estensjoni tas-sejbiet tal-awditu għall-għotjiet mhux awditjati li jkunu affettwati, biex jittaffa l-piż finanzjarju u amministrattiv maħluq minn kontrolli u awditi fil-post. Il-Kummissjoni għandha tirrikorri biss għall-estrapolazzjoni tar-rata ta’ tnaqqis jew irkupru applikata għall-għotjiet li fir-rigward tagħhom intwerew żbalji sistemiċi jew rikorrenti meta ma jkunx possibbli jew prattiku bi sforz proporzjonat li jiġi kwantifikat b'mod preċiż l-ammont ta’ kostijiet ineliġibbli għal kull għotja kkonċernata.

(49)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi perjodi standard għaż-żamma mill-benefiċjarji ta’ dokumenti relatati ma’ għotjiet mill-Unjoni sabiex jiġu evitati rekwiżiti kuntrattwali diverġenti jew sproporzjonati filwaqt li xorta jipprevedi biżżejjed żmien sabiex il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jiksbu aċċess għal tali data u dokumenti u jwettqu l-kontrolli u verifiki ex post neċessarji sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(50)

Il-possibilità għal benefiċjarju li jagħti appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi għandha tiġi estiża taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni korretta ta’ programmi li jkunu ffukati, inter alia, fuq diversi persuni fiżiċi li jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ għotjiet f'sensiela. Minkejja dan, il-prinċipju li jgħid li l-benefiċjarju ma jistax jeżerċita diskrezzjoni meta jaġġudika appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi għandu jinżamm, b'mod partikolari sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni bejn il-possibbiltà offerta lill-benefiċjarji biex jiddisinjaw u jimplimentaw, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, azzjonijiet li jinvolvu appoġġ finanzjarju bħala attività eliġibbli u l-possibbiltà li l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati taħt ġestjoni kondiviża jew indiretta lil ċerti korpi, entitajiet jew persuni.

(51)

Bħala tip ta’ valur ta’ appoġġ finanzjarju, l-użu ta’ premjijiet għandu jiġi ffaċilitat u r-regoli applikabbli għandhom jiġu ċċarati, billi jiġu separati l-premjijiet mis-sistema tal-għotjiet u titneħħa kwalunkwe referenza għall-ispejjeż prevedibbli. Madankollu, il-premjijiet mhumiex adattati għall-objettivi tal-politika kollha tal-Unjoni u, għalhekk, għandhom jitqiesu bħala komplement, mhux sostitut, għal strumenti oħra ta’ finanzjament bħal għotjiet.

(52)

L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu importanti fil-multiplikazzjoni tal-effett tal-fondi tal-Unjoni meta dawn il-fondi jiġu miġbura ma’ fondi oħra u jinkludu effett ta’ multiplikazzjoni. Ladarba dawn l-istrumenti finanzjarji ma jistgħux jiġu assimilati mas-servizzi jew l-għotjiet, għandu jiġi stabbilit tip ġdid ta’ appoġġ finanzjarju. L-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu implimentati biss taħt kundizzjonijiet stretti, biex ma jkun hemm ebda riskji baġitarji għall-baġit u l-ebda riskju ta’ distorsjoni tas-suq li jkun inkonsistenti mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat.

(53)

Fil-qafas tal-approprjazzjonijiet annwali awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal programm partikolari, l-istrumenti finanzjarji għandhom jintużaw fuq bażi kumplimentari, abbażi ta’ valutazzjoni ex ante li turi li huma aktar effikaċi għall-ilħiq tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni minn forom oħra ta’ finanzjament mill-Unjoni, inklużi l-għotjiet.

(54)

L-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu awtorizzati permezz ta’ att bażiku, li jiddefinixxi b'mod partikolari l-objettivi u l-perjodu ta’ validità tagħhom. Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu stabbiliti mingħajr att bażiku f'każijiet debitament ġustifikati, għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-baġit.

(55)

L-istrumenti li potenzjalment jaqgħu taħt it-Titolu VIII tal-Parti I, bħal għoti b'self, garanziji, investimenti ta’ ekwità, investimenti ta’ kważi ekwità u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji għandhom jiġu definiti. Id-definizzjoni ta’ strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji għandha tippermetti l-inklużjoni ta’ titjib tal-kreditu għal bonds tal-proġetti, li jkopru r-riskju tal-ħlas tad-dejn ta’ proġett u jtaffu r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds permezz ta’ titjib tal-kreditu fil-forma ta’ għoti b'self jew garanzija.

(56)

Ħlas lura annwali, inkluż ħlas lura kapitali, garanziji rilaxxati u ħlas lura tal-kapital prinċipali ta’ għotjiet b'self jikkostitwixxu dħul assenjat intern. Id-dħul, inklużi dividendi, qligħ kapitali, spejjeż ta’ garanziji u imgħax fuq self u fuq ammonti dovuti fuq kontijiet fiduċjarji, għandhu jiddaħħal fil-baġit wara tnaqqis tal-kostijiet u l-ispejjeż tal-ġestjoni. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-prinċipji u l-kundizzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji u regoli dwar il-limitazzjoni tar-responsabilità finanzjarja tal-Unjoni, il-ġlieda kontra l-frodi u l-ħasil tal-flus, l-istralċ ta’ strumenti finanzjarji u r-rappurtar.

(57)

Il-preżentazzjoni tal-kontijiet għandha tiġi ssimplifikata billi jiġi stipulat li l-kontijiet tal-Unjoni jinkludu biss id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u l-kontijiet baġitarji aggregati. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-proċess ta’ konsolidazzjoni jirrigwarda biss l-istituzzjonijiet, korpi li jitwaqqfu taħt it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li għandhom personalità legali u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit, u korpi oħrajn li l-kontijiet tagħhom jeħtieġ li jiġu konsolidati skont ir-regoli ta’ kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

(58)

Kif meħtieġ skont l-istandards tal-kontabilità rikonoxxuti internazzjonalment li fuqhom huma bbażati r-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni, ir-responsabilità għall-pensjonijiet, flimkien ma’ responsabilitajiet oħra fir-rigward tal-benefiċċji tal-impjegati, għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-Unjoni, jiġu żvelati separatament fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni u jiġu spjegati aktar fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja.

(59)

Sabiex jiġu sseparati b'mod ċar id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni minn dawk tal-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet jew korpi li huma stabbiliti skont it-TFUE u t-Tratatt Euratom u li għandhom personalità legali u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit, u korpi oħrajn li l-kontijiet tagħhom jeħtieġ li jkunu kkonsolidati skont ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità, ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja għandu jiġi ppreparat minn kull istituzzjoni jew korp u mbagħad jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.

(60)

Huwa neċessarju li jiġu aġġornati r-regoli u l-prinċipji tal-Unjoni dwar il-kontabilità sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mar-regoli tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità tas-Settur Pubbliku (IPSAS).

(61)

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li kwalunkwe mis-sejbiet tagħha li jista' jkollhom impatt fuq il-kontijiet finali tagħhom jew il-legalità jew ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, jiġu trażmessi lill-istituzzjoni jew korp ikkonċernat fi żmien xieraq sabiex dawk li jiġu awditjati jkollhom biżżejjed żmien biex jindirizzaw dawk is-sejbiet.

(62)

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontijiet provviżorji u finali għandhom jiġu aġġornati, b'mod partikolari sabiex jispeċifikaw l-informazzjoni tar-rappurtar li għandha takkumpanja l-kontijiet li jintbagħtu lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni.

(63)

Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kwittanza, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 318 TFUE.

(64)

Rigward id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament li jirrigwardaw il-fondi strutturali, il-fondi ta’ koeżjoni, il-Fond Ewropew tas-Sajd, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-fondi fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja ġestiti f'ġestjoni kondiviża, id-dispożizzjoni għall-ħlas lura tal-ħlasijiet ta’ prefinanzjament, u sabiex jerġgħu jitpoġġew għad-dispożizzjoni l-approprjazzjonijiet, li kienet fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (6) għandha tinżamm. Minbarra dan, b'deroga mir-regola tar-riport, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirriporta approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli fi tmiem is-sena finanzjarja, li jirriżultaw mill-ħlas lura ta’ ħlasijiet ta’ prefinanzjament, sakemm jingħalaq il-programm, u li jintużaw dawn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta approprjazzjonijiet ta’ impenn oħra ma jkunux għadhom disponibbli.

(65)

Il-parteċipazzjoni taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) fil-proċeduri tal-akkwisti u l-għotjiet għandha tiġi ċċarata. Barra minn hekk, sabiex l-attivitajiet relatati jitwettqu b'mod effettiv, id-dħul li jiġi mill-parteċipazzjoni f'tali proċeduri għandu jitqies b'mod eċċezzjonali bħala dħul assenjat estern.

(66)

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni għandhom jiġu adattati għall-bidliet fil-metodi tal-implimentazzjoni u għandu jiġi previst approċċ differenzjat meta l-Unjoni Ewropea tkun meħtieġa tirreaġixxi għal emerġenzi umanitarji, kriżijiet internazzjonali jew il-ħtiġiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu għaddejjin minn proċess ta’ tranżizzjoni demokratika.

(67)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali li bihom jista' jintuża l-appoġġ baġitarju bħala strument fl-azzjoni esterna. Tali kundizzjonijiet għandhom jirrelataw mal-iżgurar ta’ ġestjoni li tkun biżżejjed trasparenti, affidabbli u effikaċi tal-finanzi pubbliċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi f'deċiżjoni ta’ finanzjament dwar l-objettivi u r-riżultati mistennija li magħhom għandu jkun marbut il-ħlas tal-appoġġ baġitarju. Tali elementi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li bihom għandu jiġi rimborżat l-appoġġ baġitarju, għandhom jinsabu fil-ftehim ta’ finanzjament konkluż mal-pajjiż benefiċjarju,.

(68)

Sabiex jissaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-Unjoni fl-azzjonijiet esterni u l-iżvilupp, u tiżdied il-viżibilità u l-effiċjenza tiegħu, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li toħloq u tamministra fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet ta’ emerġenza, ta’ wara l-emerġenzi jew tematiċi. Minkejja li mhumiex integrati fil-baġit, dawn il-fondi fiduċjarji għandhom ikunu amministrati skont ir-regoli finanzjarji stabbiliti f'dan ir-Regolament safejn hu neċessarju għas-sigurtà u t-trasparenza tal-użu tal-fondi tal-Unjoni. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-bord ta’ tmexxija stabbilit għal kull fond fiduċjarju sabiex tiġi żgurata r-rappreżentazzjoni tad-donaturi u jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-fondi. Minbarra dan, l-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull fond fiduċjarju għandu jkun l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

(69)

Il-perjodu għall-konklużjoni tal-kuntratti u l-ftehim dwar l-għotjiet mill-entitajiet fdati, taħt il-ġestjoni indiretta, bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni, għandu jkun limitat għal tliet snin wara l-iffirmar tal-ftehim tad-delega, sakemm ma jkunx jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali u esterni speċifiċi. Madankollu, dik l-iskadenza ma għandhiex tapplika għal programmi pluriennali implimentati taħt il-proċeduri tal-fondi strutturali. Regoli dettaljati għad-diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet fil-każ ta’ tali programmi pluriennali għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

(70)

Fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-akkwist applikabbli għall-azzjonijiet esterni, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi stabbiliti f'pajjiżi benefiċjarji għandhom jitħallew jieħdu sehem fil-proċeduri tal-offerti, anke fil-każ tal-implimentazzjoni ta’ programm mingħajr att bażiku u fejn ikun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati.

(71)

Il-mod li bih l-istituzzjonijiet attwalment jirrapportaw dwar proġetti ta’ bini lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jittejjeb. Istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel dwar il-proġetti ta’ bini futuri tagħhom u fl-istadji differenti ta’ dawk il-proġetti. Għandha tinħtieġ l-approvazzjoni u mhux biss l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal proġetti ta’ bini b'impatt sinifikanti għall-baġit.

(72)

L-istituzzjonijiet għandhom jitħallew jiżviluppaw politika tal-proprjetà immobbli fit-tul u japprofittaw ruħhom minn rati baxxi ta’ imgħax li jirriżultaw minn klassifikazzjoni tal-kreditu favorevoli tal-Unjoni fis-suq finanzjarju. Għal dan il-għan, huma għandhom ikunu awtorizzati sabiex jiksbu self sabiex jakkwistaw assi ta’ proprjetà immobbli. Dan jippermetti l-possibilità li tiġi indirizzata l-kumplessità tas-sistema preżenti, filwaqt li jiġu ffrankati l-ispejjeż u tiżdied it-trasparenza.

(73)

Fid-dawl tal-esperjenza prattika, dan ir-Regolament għadu jiċċara l-ambitu tal-attivitajiet, il-proċedura ta’ selezzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-persuni fiżiċi magħżula bħala esperti.

(74)

Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati ċerti aspetti ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni. Il- kontenut u l-ambitu ta’ kull delega huma stipulati fid-dettal fl-Artikoli rilevanti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha għal atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(75)

Dan ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi rivedut biss meta jkun neċessarju, u mhux aktar tard minn sentejn qabel it-tmiem tal-ewwel qafas finanzjarju pluriennali post-2013. Reviżjonijiet li huma eċċessivament frekwen jiġġeneraw spejjeż sproporzjonati fl-aġġustar tal-istrutturi u l-proċeduri amministrattivi għar-regoli l-ġodda. Minbarra dan, iż-żmien jista' jkun qasir wisq biex ikun possibbli li wieħed jasal għal konklużjonijiet validi mill-applikazzjoni tar-regoli li jkunu fis-seħħ.

(76)

Għandhom jitniżżlu dispożizzjonijiet tranżitorji. Dan ir-Regolament għandu japplika biss wara l-adozzjoni tal-atti delegati li jkun fihom ir-regoli ta’ applikazzjoni, mistennija li jidħlu fis-seħħ f'Diċembru 2012. Biex tiġi evitata l-applikazzjoni tar-Regolament fl-aħħar xahar tas-sena, huwa xieraq li l-applikazzjoni tiegħu tiġi posposta għall-1 ta’ Jannar 2013. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-koerenza mar-regoli speċifiċi għas-settur, huwa xieraq li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-metodi ta’ implimentazzjoni u l-istrumenti finanzjarji tiġi posposta għall-1 ta’ Jannar 2014. Fl-aħħar nett, biex l-applikazzjoni tagħhom tkun tista' sseħħ diġà fir-rigward tal-baġit 2012, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fondi Strutturali fl-aħħar tas-sena japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(77)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista' ssir l-adozzjoni f'waqtha tal-atti delegat taħt dan ir-Regolament. Id-dħul fis-seħħ f'waqtu ta’ dan ir-Regolament huwa neċessarju għall-applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fl-atti delegati mill-1 ta’ Jannar 2013, biex jiġu evitati d-diffikultajiet marbuta ma’ modifika tar-regoli finanzjarji matul is-sena finanzjarja.

(78)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kien ikkonsultat b'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (7) u ta opinjoni fil-15 ta’ April 2011 (8),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet.

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-implimentazzjoni tal-baġit mill-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

"Unjoni" tfisser l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jew it-tnejn li huma, skont il-kuntest;

(b)

"istituzzjoni" tfisser il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-"SEAE"); il-Bank Ċentrali Ewropew m'għandux jitqies bħala istituzzjoni tal-Unjoni;

(c)

"baġit" tfisser l-istrument li, għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u l-infiq kollu meqjus neċessarju għall-Unjoni;

(d)

"att bażiku" tfisser att legali li jipprovdi bażi legali għal azzjoni u għall-implimentazzjoni tal-infiq korrispondenti mdaħħal fil-baġit.

Att bażiku jista' jieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(i)

fl-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Tratatt Euratom), il-forma ta’ regolament, direttiva jew deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 288 TFUE; jew

(ii)

fl-implimentazzjoni tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), waħda mill-forom speċifikati fl-Artikoli 26(2), 28(1), 29, 31(2), 33 u 37 tat-TUE.

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet m'għandhomx jikkostitwixxu atti bażiċi;

(e)

"metodu ta’ implimentazzjoni" tfisser il-metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit deskritti fl-Artikoli 58, 59 jew 60;

(f)

"ftehim ta’ delega" tfisser ftehim konkluż ma’ entitajiet jew persuni fdati b'kompiti ta’ implimenatzzjoni tal-baġit skont il-punti (i) sa (viii) tal-Artikolu 58(1)(c);

(g)

"benefiċjarju" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li magħha ġie ffirmat ftehim ta’ għotja jew li lilha ġiet innotifikata deċiżjoni ta’ għotja;

(h)

"kuntrattur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li magħha ġie konkluż kuntratt ta’ akkwist;

(i)

"riċevitur" tfisser benefiċjarju, kuntrattur jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirċievi premjijiet jew fondi taħt strument finanzjarju;

(j)

"premju" tfisser kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija bħala premju wara kompetizzjoni.

(k)

"self" ifisser ftehim li jobbliga lill-mutwant li jqiegħed ammont miftiehem ta’ flus disponibbli għall-mutwatarju għal perijodu miftiehem ta’ żmien u li taħtu, il-mutwatarju jkun obbligat iħallas dak l-ammont fiż-żmien miftiehem;

(l)

"garanzija” tfisser impenn bil-miktub ta’ dħul għar-responsabbiltà in toto jew in parte għal debitu ta’ parti terza jew obbligu jew għat-twettiq sħiħ u tajjeb min-naħa ta’ dik il-parti terza f’każ li tiskatta tali garanzija, bħal fil-każ ta’ morożità;

(m)

“investiment fil-kapital” tfisser il-għoti ta’ kapital lil impriża, b'investiment dirett jew indirett inkambju għall-proprjetà sħiħa jew parzjali ta’ dik l-impriża, u fejn l-investitur fil-kapital jista’ jassumi xi kontroll ġestjonali tal-impriża u jkun jista’ jipparteċipa fil-profitti futuri;

(n)

“investiment ta’ kważi-kapital” tfisser għamla ta’ finanzjament li jinkwadra ruħu bejn il-kapital u d-debitu, li għandu riskju akbar mis-senior debt u riskju iżgħar mill-kapital komuni. L-investimenti ta’ kważi-kapitali jistgħu jkunu strutturati bħala debitu, tipikament mingħajr garanzija u subordinati u f’xi każijiet konvertibbli f’kapital, jew f’kapital preferut;

(o)

“strument ta’ qsim tar-riskju” tfisser strument finanzjarju li jippermetti l-kondiviżjoni ta’ riskju definit bejn żewġ entitajiet jew aktar, fejn ikun xieraq bi skambju ma’ remunerazzjoni li ntlaħaq qbil dwarha;

(p)

"strumenti finanzjarji" tfisser miżuri tal-Unjoni ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit fuq bażi komplimentari sabiex jiġi indirizzat, meta meħtieġ u debitament ġustifikat, objettiv speċifiku ta’ politika tal-Unjoni wieħed jew aktar. Tali strumenti jista’ jkollhom il-forma ta’ self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti, u strumenti oħrajn ta’ qsim tar-riskju, u jistgħu, fejn ikun xieraq, ikunu kkombinati flimkien ma’ għotjiet

(q)

"Regolamenti tal-Persunal" tfisser ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 (9);

(r)

"kontroll" tfisser kwalunkwe miżura meħuda biex tingħata assikurazzjoni raġonevoli rigward l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabilità tar-rappurtar, is-salvagwardjar tal-assi u tal-informazzjoni, il-prevenzjoni u s-sejba u l-korrezzjoni tal-frodi u l-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, fejn jittieħed kont tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-ħlasijiet ikkonċernati. Il-kontrolli jistgħu jinvolvu diversi verifiki, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe politika u proċedura għall-kisba tal-objettivi deskritti fl-ewwel sentenza;.

(s)

"verifika" tfisser il-verifika ta’ aspett speċifiku ta’ operazzjoni ta’ dħul jew ta’ nfiq.

Artikolu 3

Konformità tal-leġislazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament

1.   Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-baġit, u li jinsabu f'att bażiku, għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-baġit kif elenkati fit-Titolu II tal-Parti I.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe proposta jew emenda għal proposta mressqa lill-awtorità leġislattiva li jkun fiha derogi minn dispożizzjonijiet li mhumiex dawk fit-Titolu II tal-Ewwel Parti jew mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament għandha tindika b’mod ċar dawn id-derogi u tagħti r-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikawhom fil-premessi u fil-memorandum ta’ spjegazzjoni ta’ tali proposti.

Artikolu 4

Perjodi, dati u limiti ta’ żmien

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (10) għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Protezzjoni ta’ data personali

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (11) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

TITOLU II

PRINĊIPJI TAL-BAĠIT

Artikolu 6

Rispett għall-prinċipji baġitarji

Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat f’konformità mal-prinċipji tal-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u t-trasparenza kif imniżżel f’dan ir-Regolament.

KAPITOLU 1

Prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni baġitarja

Artikolu 7

Ambitu tal-baġit

1.   Il-baġit għandu jinkludi:

(a)

id-dħul u l-infiq tal-Unjoni, inkluża n-nefqa amministrattiva kkaġunata għall-istituzzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tat-TUE li jirrigwardaw il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, u n-nefqa operattiva kkaġunata mill-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet meta din tkun tinġarr mill-baġit;

(b)

id-dħul u l-infiq mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

2.   Il-baġit għandu jirreġistra l-garanziji għall-operazzjonijiet tal-għoti u tat-teħid b'self li tidħol għalihom l-Unjoni, inklużi l-operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja u tal-Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti, f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 49(1).

Artikolu 8

Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni tal-baġit

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 83, l-ebda dħul ma għandu jinġabar u l-ebda nefqa ma għandha tkun effettwata sakemm ma tkunx irreġistrata f'linja tal-baġit.

2.   L-ebda nefqa ma tista' tkun impenjata jew awtorizzata b'eċċess tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.

3.   Approprjazzjoni tista' tkun imdaħħla fil-baġit biss jekk din tkun għal element ta’ nefqa meqjus bħala meħtieġ.

4.   L-imgħax iġġenerat minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jsiru mill-baġit ma għandux ikun dovut lill-Unjoni ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor fil-ftehimiet ta’ delega, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunju nnominaw. Fil-każijiet li fihom ikun previst hekk, dan l-imgħax għandu jew jerġa' jintuża għall-azzjoni korrispondenti, jew jitnaqqas mit-talbiet għal ħlas skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) jew jiġi rkuprat.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kontabilità ta’ imgħax iġġenerat minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament.

KAPITOLU 2

Prinċipju tal-annwalità

Artikolu 9

Definizzjoni

L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 10

Tip ta’ approprjazzjonijiet

1.   Il-baġit għandu jkun fih approprjazzjonijiet differenzjati, li jikkonsistu f'approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament, u approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

2.   L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom ikopru l-ispiża totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja, suġġett għall-Artikoli 86(4) u l-Artikolu 189(2).

3.   L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikopru l-pagamenti magħmula biex jonoraw l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew snin finanzjarji preċedenti.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali tat-Titoli I, IV u VI tal-Parti Tnejn u ma għandhomx iwaqqfu lill-approprjazzjonijiet milli jkunu impenjati globalment u lanqas impenji tal-baġit milli jsiru f'porzjonijiet annwali.

Artikolu 11

Kontabilità għad-dħul u għall-approprjazzjonijiet

1.   Id-dħul għas-sena finanzjarja għandu jkun irreġistrat fil-kontijiet għas-sena finanzjarja fuq il-bażi tal-ammonti miġbura matul dik is-sena finanzjarja. Madankollu, ir-riżorsi proprji għax-xahar ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara jistgħu jitħallsu minn qabel skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/EC, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (12).

2.   L-entrati fir-rigward tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-riżorsa addizzjonali bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross u kwalunkwe kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu aġġustati b'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

3.   L-approprjazzjonijiet awtorizzati għal sena finanzjarja għandhom jintużaw biss biex ikopru n-nefqa impenjata u mħallsa f'dik is-sena finanzjarja u biex ikopru ammonti dovuti kontra impenji minn snin finanzjarji preċedenti.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati għall-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja.

4.   L-impenji għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet fuq il-bażi tal-impenji legali li jsiru sal-31 ta’ Diċembru. Bħala eċċezzjoni, l-impenji baġitarji globali msemmija fl-Artikolu 86(4) u l-ftehimiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 189(2) u konklużi ma’ pajjiżi terzi għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet fuq il-bażi tal-impenji tal-baġit sal-31 ta’ Diċembru.

5.   Il-ħlasijiet għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-ħlasijiet effettwati mill-uffiċjal tal-kontabilità sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.

6.   Bħala deroga mill-paragrafi 3, 4 u 5, in-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija għandha tkun irreġistrata fil-kontijiet għal sena finanzjarja b'konformità mar-regoli elenkati fit-Titolu I tal-Parti Tnejn.

Artikolu 12

Impenjar tal-approprjazzjonijiet

L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit jistgħu jkunu impenjati b'effett mill-1 ta’ Jannar, ladarba l-baġit ikun ġie adottat b'mod definittiv, ħlief jekk ikun previst mod ieħor fit-Titolu I u fit-Titolu VI tal-Parti Tnejn.

Artikolu 13

Tħassir u riport tal-approprjazzjonijiet

1.   Approprjazzjonijiet li ma jkunux ġew użati sat-tmiem tas-sena finanzjarja li għaliha jkunu rreġistrati għandhom ikunu kkanċellati.

Madankollu, dawn jistgħu jiġu riportati, iżda biss għas-sena finanzjarja segwenti, b'deċiżjoni meħuda mill-istituzzjoni kkonċernata sal-15 ta’ Frar, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 jew jistgħu jiġu riportati awtomatikament f'konformità mal-paragrafu 4.

2.   Approprjazzjonijiet ta’ impenn differenzjati u approprjazzjonijiet mhux differenzjati li ma jkunux ġew impenjati fl-għeluq tas-sena finanzjarja jistgħu jiġu riportati fir-rigward ta':

(a)

ammonti li jikkorrispondu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn, jew għal approprjazzjonijiet mhux differenzjati relatati ma’ proġetti ta’ bini li dwarhom il-parti l-kbira tal-istadji preparatorji għall-proċedura tal-impenn ikunu tlestew sal-31 ta’ Diċembru. Tali ammonti jistgħu imbagħad ikunu impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, jew sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara għal ammonti relatati ma’ proġetti ta’ bini;

(b)

ammonti li huma meħtieġa meta l-awtorità leġislattiva tkun adottat att bażiku fil-kwart finali tas-sena finanzjarja u l-Kummissjoni ma tkunx tista' timpenja l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom għal dan l-iskop sal-31 ta’ Diċembru.

3.   Approprjazzjonijiet ta’ pagament jistgħu jiġu riportati fir-rigward ta’ ammonti meħtieġa biex ikopru impenji eżistenti jew impenji marbuta ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn riportati, meta l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li hemm provvediment dwarhom fil-linji tal-baġiti relevanti għas-sena finanazjarja segwenti ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet.

L-istituzzjoni kkonċernata għandha l-ewwel tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u ma għandhiex tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet li jiġu riportati sakemm l-oħrajn ikunu ġew eżawriti.

4.   Approprjazzjonijiet mhux differenzjati li jkunu jikkorrispondu għall-obbligi kkuntrattati kif suppost sat-tmiem tas-sena finanzjarja għandhom jiġu riportati awtomatikament għas-sena finanzjarja segwenti biss.

5.   L-istituzzjoni kkonċernata għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Marzu bid-deċiżjoni ta’ riport li hi tkun ħadet u għandha tistqarr, għal kull linja tal-baġit, kif il-kriterji tal-paragrafi 2 u 3 jkunu ġew applikati għal kull riport.

6.   Bla ħsara għall-Artikolu 14, approprjazzjonijiet imqiegħda f'riżerva u approprjazzjonijiet għall-infiq tal-persunal m'għandhomx jiġu riportati. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, l-infiq għall-persunal jinkludi r-rimunerazzjoni u l-allowances għall-membri u l-persunal tal-istituzzjonijiet li għalihom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati għall-kanċellazzjoni u r-riport tal-approprjazzjonijiet.

Artikolu 14

Regoli dwar ir-riport għad-dħul assenjat

Ir-riport tad-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 21 u ta’ approprjazzjonijiet mhux użati disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jirriżultaw minn tali dħul għandu jkun konformi mar-regoli li ġejjin:

(a)

id-dħul assenjat estern għandu jiġi riportat awtomatikament u għandu jkun użat għalkollox sakemm l-operazzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-programm jew l-azzjoni li jkunu ġew assenjati għalihom ikunu twettqu. Id-dħul assenjat estern riċevut matul l-aħħar sena tal-programm jew tal-azzjoni jista' jerġa' jintuża fl-ewwel sena tal-programm jew azzjoni sussegwenti;

(b)

id-dħul assenjat intern għandu jiġi riportat għal sena waħda biss, bl-eċċezzjoni tad-dħul assenjat intern definit fil-punt (g) tal-Artikolu 21(3), li għandu jiġi riportat awtomatikament.

Artikolu 15

Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet

Bla ħsara għall-Artikoli 178 u 182, meta jiġu diżempenjati approprjazzjonijiet fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha l-approprjazzjonijiet kienu ddaħħlu fil-baġit bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom kienu allokati, l-approprjazzjonijiet ikkonċernati għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 16

Regoli applikabbli fil-każ ta’ adozzjoni tard tal-baġit

1.   Jekk il-baġit ma jkunx ġie definittivament adottat fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 315 TFUE (is-sistema tal-parti minn kull tnax proviżorja) għandha tapplika. L-impenji u l-pagamenti jistgħu jsiru fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Impenji jistgħu jsiru għal kull kapitolu sa massimu ta’ kwart tat-total tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu relevanti tas-sena finanzjarja preċedenti flimkien ma’ parti minn kull tnax għal kull xhar li jkun għadda.

Il-limitu tal-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwaru fl-abozz tal-baġit m'għandux ikun maqbuż.

Il-pagamenti jistgħu jsiru kull xhar għal kull kapitolu sa massimu ta’ parti minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet allokati fil-kapitolu relevanti tas-sena finanzjarja preċedenti. Dik is-somma, madankollu, m'għandhiex tkun aktar minn parti minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet previsti fl-istess kapitolu tal-abbozz tal-baġit.

3.   L-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tas-sena finanzjarja preċedenti, kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-approprjazzjonijiet ivvotati fil-baġit, inkluż permezz ta’ baġits emendatorji, u wara aġġustament għat-trasferimenti li jkunu saru matul dik is-sena finanzjarja.

4.   Jekk il-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-ġestjoni jkunu jitolbu dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza infiq li jkun iktar minn parti waħda minn kull tnax proviżorji iżda li ma jaqbiżx it-total ta’ erba' partijiet minn kull tnax proviżorji, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti b'mod addizzjonali ma’ dawk li jsiru disponibbbli b'mod awtomatiku skont il-paragrafi 1 u 2. Huwa għandu jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew.

Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara l-adozzjoni tagħha sakemm il-Parlament Ewropew:

(a)

li jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu, ma jiddeċidix li jnaqqas dik in-nefqa sa dak il-limitu ta’ żmien, f'liema każ il-Kummissjoni għandha tressaq proposta ġdida; jew

(b)

ma jinformax lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li ma jixtieqx inaqqas dik in-nefqa, f'liema każ id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza tat-30 jum.

Il-partijiet minn kull tnax addizzjonali għandhom ikunu awtorizzati b'mod sħiħ u ma għandhomx ikunu diviżibbli.

5.   Jekk, għal kapitolu partikolari, l-awtorizzazzjoni ta’ erba' partijiet minn kull tnax proviżorji mogħtija skont il-paragrafu 4 ma tkunx suffiċjenti biex tiġi koperta n-nefqa meħtieġa biex tkun evitata interruzzjoni fil-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni fil-qasam kopert bil-kapitolu kkonċernat, tista eċċezzjonalment tingħata awtorizzazzjoni biex jinqabeż l-ammont tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu korrispondenti tal-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu skont il-proċeduri previsti fil-paragrafu 4. Madankollu, it-total kumplessiv disponibbli tal-approprjazzjonijiet fil-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti jew l-abbozz tal-baġit, kif propost, ma jista jinqabeż fl-ebda ċirkostanza.

KAPITOLU 3

Prinċipju tal-ekwilibriju

Artikolu 17

Definizzjoni u ambitu

1.   Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu bbilanċjati.

2.   L-Unjoni u l-korpi imsemmija fl-Artikolu 208, ma jistgħux jidħlu għal dejn fil-qafas tal-baġit.

Artikolu 18

Bilanċ mis-sena finanzjarja

1.   Il-bilanċ minn kull sena finanazjarja għandu jkun irreġistrat fil-baġit tas-sena finanzjarja segwenti bħala dħul fil-każ ta’ bilanċ pożittiv jew bħala approprjazzjoni ta’ pagament fil-każ ta’ bilanċ negattiv.

2.   L-estimi għal dan id-dħul jew approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu rreġistrati fil-baġit matul il-proċedura tal-baġit u f'ittra ta’ emenda ippreżentata skont l-Artikolu 39. L-estimi għandhom ikunu mħejjija b'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

3.   Wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji għal kull sena finananzjarja, kwalunkwe diskrepanza bejn dawk il- kontijiet u l-estimi għandha tkun irreġistrata fil-baġit tas-sena finananzjarja segwenti permezz ta’ baġit emendatorju ddedikat biss għal dik id-diskrepanza. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz preliminari tal-baġit emendatorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament fi żmien 15 il-jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji.

KAPITOLU 4

Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

Artikolu 19

Użu tal-euro

1.   Il-qafas finananzjarju pluriennali u l-baġit għandhom ikunu mħejjija u implementati f'euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f'euro. Madankollu, għall-finijiet ta’ fluss tal-flus imsemmija fl-Artikolu 68(1), l-uffiċjal tal-kontabilità u, fil-każ ta’ kontijiet imprest, l-amministraturi tal-imprest, u, għall-ħtiġijiet tal-ġestjoni amministrattiva tal-Kummissjoni u s-SEAE, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun awtorizzat iwettaq operazzjonijiet f’muniti oħra kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u muniti oħra.

KAPITOLU 5

Prinċipju tal-universalità

Artikolu 20

Definizzjoni u ambitu

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, id-dħul totali għandu jkopri l-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, id-dħul u n-nefqa kollha għandhom ikunu rreġistrati b'mod sħiħ mingħajr l-ebda aġġustament kontra xulxin.

Artikolu 21

Dħul assenjat

1.   Id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw elementi speċifiċi tan-nefqa.

2.   Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern:

(a)

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri għal ċerti programmi ta’ riċerka skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000;

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi, inklużi fiż-żewġ każijiet l-aġenziji pubbliċi tagħhom, entitajiet, jew persuni fiżiċi għal ċerti proġetti ta’ għajnuna esterna jew programmi ffinanzjati mill-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni f’isimhom;

(c)

imgħaxijiet fuq depożiti u multi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (13);

(d)

id-dħul immirat għal skop speċifiku, bħal ma huwa l-introjtu minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u laxxiti, inkluż id-dħul speċifiku mmirat għal kull istituzzjoni;

(e)

kontribuzzjonijiet finanzjarji, mhux koperti mill-punt (b), għall-attivitajiet tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn korpi mhux tal-Unjoni;

(f)

id-dħul assenjat imsemmi fl-Artikoli 181(2) u 183(2);

(g)

id-dħul assenjat intern imsemmi fil-paragrafu 3, sal-punt li dan ikun anċillarju għad-dħul ieħor skont dan il-paragrafu.

3.   Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern:

(a)

dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta’ oġġetti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom;

(b)

rikavat mill-bejgħ ta’ vetturi, tagħmir, istallazzjonijiet, materjali u apparat xjentifiku u tekniku li qed jiġu sostitwiti jew jintremew meta l-valur kif imniżżel fil-kontijiet huwa deprezzat għalkollox;

(c)

dħul li joriġina mir-rifużjoni, skont l-Artikolu 80, ta’ ammonti mħallsa bi żball;

(d)

dħul li joriġina mill-imgħax fuq il-pagamenti ta’ prefinanzjament soġġett għall-Artikolu 5(4);

(e)

rikavat mill-forniment ta’ oġġetti, servizzi u xogħlijiet għal dipartimenti fi ħdan istituzzjoni, istituzzjonijiet jew korpi oħrajn, inklużi rifużjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta’ allokazzjonijiet ta’ missjonijiet imħallsa f'isimhom;

(f)

ħlasijiet tal-assigurazzjoni riċevuti;

(g)

dħul minn kirjiet;

(h)

dħul minn bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet jew films, inklużi dawk fuq medja elettronika;

(i)

ħlas lura lil strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 140(6);

(j)

dħul li jirriżulta mir-rimborż sussegwenti ta’ taxxi skont il-punt (b) tal-Artikolu 23(3).

4.   Att bażiku jista' wkoll jassenja d-dħul li huwa jipprevedi għal elementi speċifiċi tan-nefqa. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-att bażiku, tali dħul għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern.

5.   Il-baġit għandu jinkludi linji li jakkomodaw id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern u fejn possibbli għandu jindika l-ammont.

Id-dħul assenjat jista' jiġi inkluż fl-abbozz tal-baġit biss għall-ammonti li huma ċerti fid-data tal-istabbiliment tal-abbozz tal-baġit.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward l-istabbiliment tal-istruttura biex jiġi akkomodat id-dħul assenjat estern u intern u l-provvediment tal-approprjazzjonijiet korrispondenti u rigward ir-regoli għall-kontribuzzjoni mill-Istati Membri għall-programmi ta’ riċerka. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward rikavat minn sanzjonijiet imposti skont l-Artikolu 126(11) TFUE, u li jirrigwardaw id-dħul assenjat li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-istati tal-EFTA f'ċerti programmi tal-Unjoni.

Artikolu 22

Donazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni tista' taċċetta kwalunkwe donazzjoni magħmula lill-Unjoni, bħal fondazzjonijiet, sussidji, rigali u laxxiti.

2.   L-aċċettazzjoni ta’ donazzjoni ta’ valur ta’ EUR 50 000 jew aktar li jinvolvu ħlas finanzjarju, inkluż spejjeż ta’ segwitu, li jaqbżu l-10 % tal-valur tad-donazzjoni mogħtija, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li t-tnejn għandhom jaġixxu fuq din il-kwistjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievu t-talba mill-Kummissjoni. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni matul dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali fir-rigward tal-aċċettazzjoni tad-donazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet li jsiru lill-Unjoni.

Artikolu 23

Regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti għar-rati tal-kambju

1.   Jista' jsir it-tnaqqis li ġej minn talbiet għal pagament, li għandhom imbagħad ikunu mgħoddija għall-pagament tal-ammont nett:

(a)

pieni imposti fuq partijiet għal kuntratti ta’ akkwist jew fuq benefiċjarji;

(b)

skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u dikjarazzjonijiet tal-kostijiet;

(c)

imgħax iġġenerat minn pagamenti ta’ prefinanzjament;

(d)

aġġustamenti għal ammonti li tħallsu u li ma kinux dovuti.

L-aġġustamenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru bi tnaqqis dirett minn ħlas ġdid interim jew mill-ħlas tal-bilanċ lill-istess persuna li għandha titħallas taħt il-kapitolu, l-artikolu u s-sena finanzjarja li fiha sar il-ħlas żejjed.

Ir-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni għandhom japplikaw għat-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi mroddija lura mill-Istati Membri skont il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jittieħed mill-baġit għall-ammont qabel it-taxxa.

3.   Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi mroddija lura minn pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-ftehimiet rilevanti jista' jittieħed mill-baġit għal:

(a)

l-ammont qabel it-taxxa; jew

(b)

l-ammont li jinkludi t-taxxa. F'tali każ, taxxi rimborżati sussegwentament għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat intern.

4.   Aġġustamenti jistgħu jsiru fir-rigward tad-differenzi fil-kambju li jseħħu fl-implimentazzjoni tal-baġit. Il-qligħ jew it-telf finali għandu jkun inkluż fil-bilanċ tas-sena.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kontijiet għat-taxxi li jistgħu jiġu rkuprati.

KAPITOLU 6

Prinċipju ta’ speċifikazzjoni

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu mmirati għal skopijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu. Il-kapitoli għandhom ikunu wkoll suddiviżi f'artikoli u partiti.

Artikolu 25

Trasferimenti minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni

1.   Kull istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fit-taqsima proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:

(a)

minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

(b)

minn kapitolu għal ieħor u minn artikolu għal ieħor mingħajr limitu.

2.   Tliet ġimgħat qabel ma jsir trasferiment kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li jitqajmu raġunijiet debitament ġustifikati f’dan il-perjodu jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

3.   Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fit-taqsima tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedu l-limitu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha għandu jsir it-trasferiment. Dawk it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

4.   Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fi ħdan l-artikoli mingħajr ma tinforma minn qabel lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-perċentwali tat-trasferimenti minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni.

Artikolu 26

Trasferimenti mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni tista', fit-taqsima tagħha stess tal-baġit, b'mod awtonomu:

(a)

tittrasferixxi approprjazzjonijiet fi ħdan l-istess kapitolu;

(b)

fir-rigward tan-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni li hija komuni għal diversi titoli, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena li tidher fil-linja li minnha jsir it-trasferiment, u sa massimu ta’ 30 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena li tidher fil-linja li lilha jsir it-trasferiment;

(c)

f'ir-rigward tan-nefqa operattiva, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu, sa total massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet tas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.

Tliet ġimgħat qabel ma jsiru t-trasferimenti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li jitqajmu raġunijiet debitament ġustifikati f’dan il-perjodu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Bħala eċċezzjoni mit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni tista’, matul l-aħħar xahrejn tas-sena finanzjarja, b'mod awtonomu tittrasferixxi approprjazzjonijiet relatati ma’ nfiq fuq persunal, persunal estern u aġenti oħrajn minn titolu għal ieħor sa limitu totali ta’ 5 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.

2.   Il-Kummissjoni tista', fit-taqsima tagħha tal-baġit, tiddeċiedi dwar it-trasferimenti li ġejjin ta’ approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor, sakemm tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha:

(a)

trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mit-titolu tal-“provvedimenti” msemmi fl-Artikolu 46, fejn l-unika kundizzjoni għat-tneħħija tar-riżerva tinsab fl-adozzjoni ta’ att bażiku skont l-Artikolu 294 TFUE;

(b)

f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati bħal diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali li jseħħu wara l-1 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja, trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mhux użati għal dik is-sena finanzjarja attwali li jkunu għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali għat-titoli baġitarji li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-perċentwali tat-trasferimenti interni mill-Kummissjoni u l-mottivi għal talbiet ta’ trasferiment.

Artikolu 27

Proposti ta’ trasferiment sottomessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

1.   Kull istituzzjoni għandha tissottometti l-proposti ta’ trasferiment tagħha simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjonijiet rigward it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet kif stipulat fil-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor fit-Titolu I tat-Tieni Parti.

3.   Ħlief f'ċirkustanzi urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b'dan tal-aħħar jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandhom jiddeliberaw fuq kull proposta ta’ trasferiment fi żmien sitt ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevew il-proposta.

4.   Il-proposta ta’ trasferiment għandha tiġi approvata, jekk fil-perjodu ta’ sitt ġimgħat, iseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn:

(a)

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovawha;

(b)

jew il-Kunsill jew il-Parlament Ewropew japprovawha u l-istituzzjoni l-oħra ma tiħux azzjoni;

(c)

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jieħdux azzjoni jew ma jkunux ħadu deċiżjoni li jemendaw jew jirrifjutaw il-proposta ta’ trasferiment.

5.   Il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat, sakemm jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jitolbux mod ieħor, f'wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

it-trasferiment jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja li minnha jsir it-trasferiment u ma jaqbiżx l-EUR 5 000 000;

(b)

it-trasferiment jirrigwarda biss l-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-ammont globali tat-trasferiment ma jaqbiżx il-EUR 100 000 000.

6.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikunu emendaw l-ammont tat-trasferiment filwaqt li l-istituzzjoni l-oħra tkun approvatu jew ma tkunx ħadet azzjoni, jew jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma emendaw l-ammont tat-trasferiment, l-iżgħar miż-żewġ ammonti għandu jitqies bħala approvat, sakemm l-istituzzjoni kkonċernata ma tirtirax il-proposta ta’ trasferiment tagħha.

Artikolu 28

Regoli speċifiċi dwar it-trasferimenti

1.   L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji tal-baġit li għalihom il-baġit għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew li jkollhom entrata "pro memoria".

2.   L-approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk dan id-dħul ikun użat għall-iskop li għalih ikun assenjat.

Artikolu 29

Trasferimenti soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali

1.   It-trasferimenti fit-titoli tal-baġit dedikati għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew tas-Sajd, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u r-Riċerka għandhom ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali taħt it-Titoli I, II u III tat-Tieni Parti.

2.   Deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti sabiex ikun permess l-użu tar-Riżerva ta’ Għajnuna f'Emerġenza għandhom jittieħdu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. Għandha tiġi ppreżentata proposta separata għal kull azzjoni ta’ emerġenza.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 27(3) u 27 (4). Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jaqblux mal-proposta tal-Kummissjoni u ma jistgħux jilħqu pożizzjoni komuni dwar l-użu ta’ din ir-riżerva, huma ma għandhomx jaġixxu fuq il-proposta ta’ trasferiment tal-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar talbiet għal trasferimenti mir-Reżerva ta’ Għajnuna f'Emerġenzi.

KAPITOLU 7

Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

Artikolu 30

Il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja

1.   L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu użati b'konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja.

2.   Il-prinċipju tal-ekonomija jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-istituzzjoni fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha għandhom ikunu disponibbli f'waqt xieraq, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz.

Il-prinċipju tal-effiċjenza jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati miksuba.

Il-prinċipju tal-effikaċja jikkonċerna l-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti u li jintlaħqu r-riżultati ppjanati.

3.   Objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, relevanti u bi skadenza għandhom ikunu stabbiliti għas-setturi kollha tal-attività koperta bil-baġit. It-twettiq ta’ dawk l-objettivi għandu jkun sorveljat b'indikaturi tal-prestazzjoni għal kull attività u l-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 38(3) għandha tkun ipprovduta mill-awtoritajiet tan-nefqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta ta’ kull sena u l-aktar tard fid-dokumenti li jakkumpanjaw l-abbozz preliminari tal-baġit.

4.   Sabiex jittejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jintrabtu li jagħmlu evalwazzjonijiet kemm ex ante kif ukoll ex post b'konformità mal-gwida pprovduta mill-Kummissjoni. Tali evalwazzjonijiet għandhom ikunu applikati għall-programmi u l-attivitajiet kollha li jinvolvu nefqa sinifikanti u r-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jkunu mgħoddija lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-awtoritajiet tan-nefqa.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-evalwazzjonijiet ex ante, ta’ nofs il-perjodu u ex post.

Artikolu 31

Dikjarazzjoni finanzjarja obbligatorja

1.   Kwalunkwe proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġislattiva mill-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") jew minn Stat Membru, li jista’ jkollha impatt fuq il-baġit, inklużi bidliet fin-numru ta’ karigi, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja u minn evalwazzjoni ex-ante kif previst fl-Artikolu 30(4).

Kwalunkwe emenda għal proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġislattiva li jista’ jkollha implikazzjonijiet konsiderevoli fuq il-baġit, inkluż tibdil fin-numru ta’ karigi, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja mħejjija mill-istituzzjoni li tkun qed tipproponi l-emenda.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni finanzjarja.

2.   Matul il-proċedura baġitarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal paragun bejn bidliet fl-approprjazzjonijiet meħtieġa u l-previżjonijiet inizjali magħmula fid-dikjarazzjoni finanzjarja fid-dawl tal-progress tad-deliberazzjonijiet dwar il-proposta jew inizjattiva mressqa lill-awtorità leġislattiva.

3.   Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi u l-irregolaritajiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita, stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli implikati b'sistema bħal din u stima tal-livell stmat ta’ riskju ta’ żbalji, kif ukoll miżuri eżistenti u ppjanati ta’ prevenzjoni tal-frodi u protezzjoni mill-frodi.

Analiżi bħal din għandha tqis il-kobor u t-tip probabbli ta’ żbalji, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-qasam tal-politika kkonċernat u r-regoli applikabbli għalih.

Artikolu 32

Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit

1.   Il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti kif xieraq f’kull metodu ta’ implimentazzjoni, u skont ir-regoli speċifiċi għas-settur.

2.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:

(a)

l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet;

(b)

l-affidabbiltà tar-rappurtar;

(c)

is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni;

(d)

il-prevenzjoni, il-qbid, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u l-irregolaritajiet;

(e)

l-amministrazzjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, fejn jittieħed kont tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-ħlasijiet ikkonċernati.

3.   Il-kontroll intern effettiv huwa bbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u jinkludi b’mod partikolari:

(a)

is-segregazzjoni tal-kompiti;

(b)

strateġija xierqa ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju inkluż il-kontroll fil-livell tar-riċevitur;

(c)

l-evitar ta’ kunflitti ta’ interessi;

(d)

traċċi adegwati għall-awditjar u integrità tad-data f’sistemi tad-data;

(e)

proċeduri għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u għas-segwitu ta’ dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati;

(f)

evalwazzjonijiet perjodiċi tal-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-kontroll intern.

4.   Il-kontroll intern effiċjenti għandu jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:

(a)

l-implimentazzjoni ta’ strateġija xierqa għall-ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll ikkoordinati fost parteċipanti xierqa involuti fil-katina tal-kontroll;

(b)

l-aċċessibilità għall-operaturi xierqa kollha fil-katina tal-kontroll tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa;

(c)

is-serħan, meta jkun xieraq, fuq dikjarazzjonijiet ta’ sħab ta’ implimentazzjoni u opinjonijiet ta’ awditjar indipendenti, sakemm il-kwalità tax-xogħol sottostanti tkun adegwata u aċċettabbli u tkun saret bi qbil mal-istandards miftehma;

(d)

l-applikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri korrettivi inklużi, fejn xieraq, pieni dissważivi;

(e)

leġislazzjoni ċara u mhux ambigwa bħala bażi għall-politiki;

(f)

l-eliminazzjoni tal-kontrolli multipli;

(g)

it-titjib tal-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli.

5.   Jekk, matul l-implimentazzjoni, il-livell ta’ żbalji jkun persistentement għoli, il-Kummissjoni għandha tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi tal-kontroll, tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi azzjoni xierqa, bħas-semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, it-titjib tas-sistemi ta’ kontroll u d-disinn mill-ġdid tal-programm jew tas-sistemi ta’ twassil.

Artikolu 33

Sistemi ta’ kontroll kosteffikaċi

Meta jitressqu proposti riveduti jew ġodda, il-Kummissjoni għandha tistma l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ sistemi ta’ kontroll, kif ukoll il-livell ta’ riskju ta’ żbalji kif jingħad fl-Artikolu 31(3).

KAPITOLU 8

Prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 34

Pubblikazzjoni ta’ kontijiet, ta’ baġits u ta’ rapporti

1.   Il-baġit għandu jkun stabbilit u implementat u l-kontijiet ippreżentati b'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2.   Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-baġit u kwalunkwe baġit emendatorju, kif ikunu adottati b'mod definittiv, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu iddikjarat adottat b'mod definittiv.

Il-kontijiet annwali kkonsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u dik finanzjarja mfasslin minn kull istituzzjoni għandhom jiġu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-pubblikazzjoni proviżorja tal-baġit.

Artikolu 35

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra

1.   Informazzjoni rigward l-operazzjoni ta’ għoti u teħid ta’ self li jkunu kkuntrattati mill-Unjoni għal partijiet terzi għandhom jidhru f'Anness mal-baġit.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b’mod xieraq u f'waqtu, l-informazzjoni dwar ir-riċevituri, kif ukoll dwar in-natura u l-iskop tal-miżura ffinanzjata mill-baġit, fejn dan tal-aħħar ikun implimentat direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(1), u l-informazzjoni dwar riċevituri kif ipprovduta mill-entitajiet, persuni u Stati Membri li lilhom ikunu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit taħt metodi oħrajn ta’ implimentazzjoni.

L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-istituzzjonijiet l-oħrajn fir-rigward tar-riċevituri tagħhom.

3.   Din l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni b'osservanza xierqa tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali.

Għal dak li jirrigwarda persuni fiżiċi, il-pubblikazzjoni għandha tkun limitata għall-isem tar-riċevitur u l-post fejn jinsab, l-ammont mogħti u l-iskop tal-għotja. L-iżvelar ta’ din id-data għandu jkun ibbażat fuq kriterji rilevanti bħall-perjodiċità tal-għotja, jew it-tip jew l-importanza tal-għotja. Il-kriterji għall-iżvelar u l-livell tad-dettalji ppubblikati għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u ta’ kull metodu ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward l-istabbiliment ta’ regoli dettaljati dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri. Meta jkun japplika, il-livell ta’ dettall u l-kriterji għandhom ikunu definiti fir-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur.

TITOLU III

L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Stabbiliment tal-baġit

Artikolu 36

Estimi ta’ dħul u nfiq

1   Kull istituzzjoni barra mill-Kummissjoni għandha tħejji estimi tad-dħul u l-infiq tagħha, li għandha tibgħat lill-Kummissjoni u, b'mod parallel, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

2   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkollu konsultazzjonijiet mal-Membri tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika tal-iżvilupp, il-politika tal-viċinat u l-kooperazzjoni internazzjonali, l-għajnuna umanitarja u r-rispons f’każ ta’ kriżi, rigward ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni għandha tħejji l-estimi tagħha, li hi għandha wkoll tibgħat, direttament wara l-adozzjoni tagħhom, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fil-preparazzjoni tal-estimi tagħha, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37.

Artikolu 37

Estimi tal-baġit tal-korpi msemmija fl-Artikolu 208

Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 208 għandu, b'konformità mal-istrument li jkun stabbilih, jibgħat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill estimi rigward id-dħul u l-infiq tiegħu, inkluż l-organigramma, u l-abbozz tal-programm ta’ ħidma tiegħu.

Artikolu 38

Abbozz tal-baġit

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi l-abbozz tal-baġit lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat. Hija għandha tibgħat dik il-proposta, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-parlamenti nazzjonali wkoll.

L-abbozz tal-baġit għandu jkun fih sommarju tad-dikjarazzjoni ġenerali rigward id-dħul u l-infiq tal-Unjoni u għandu jikkonsolida l-estimi msemmija fl-Artikolu 36. Jista' jkun fih ukoll estimi differenti minn dawk imfassla mill-istituzzjonijiet.

L-abbozz tal-baġit għandu jsegwi l-istruttura u l-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 44 sa 49.

Kull waħda mit-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit għandha tiġi ppreċeduta minn introduzzjoni magħmula mill-istituzzjoni kkonċernata.

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-introduzzjoni ġenerali għall-abbozz tal-baġit. L-introduzzjoni ġenerali għandha tikkonsisti f'tabelli finanzjarji li jkopru d-data prinċipali skont it-titoli u ġustifikazzjonijiet għall-bidliet fl-approprjazzjonijiet minn sena finanzjarja għal dik ta’ warajha skont il-kategoriji tal-infiq tal-qafas finanzjarju pluriennali.

2.   Sabiex jiġu pprovduti previżjonijiet aktar preċiżi u affidabbli tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-leġislazzjoni fis-seħħ u tal-proposti leġislattivi pendenti, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit l-ipprogrammar finanzjarju għas-snin ta’ wara.

L-ipprogrammar finanzjarju għandu jiġi aġġornat wara l-adozzjoni tal-baġit, sabiex jinkorpora r-riżultati tal-proċedura tal-baġit u kull deċiżjoni relevanti oħra.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-ipprogrammar finanzjarju.

3.   Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit:

(a)

meta jkun xieraq, ir-raġunijiet għalfejn l-abbozz tal-baġit fih stimi differenti minn dawk imfassla mill-istituzzjonijiet l-oħra;

(b)

kwalunkwe dokument ta’ ħidma li tqis utli b'konnessjoni mal-organigrammi tal-istituzzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet li l-Kummissjoni tagħti lill-korpi msemmija fl-Artikolu 208 u lill-Iskejjel Ewropej. Kull dokument ta’ ħidma bħal dan, li juri l-aħħar organigramma awtorizzata, għandu jippreżenta:

(i)

il-persunal kollu impjegat mill-Unjoni, inklużi l-entitajiet legalment separati tagħha, skont it-tip ta’ kuntratt,

(ii)

dikjarazzjoni dwar il-politika rigward il-postijiet u l-persunal estern u dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri,

(iii)

l-għadd ta’ postijiet li jkunu mtlew fil-bidu tas-sena li fiha jkun qed jitressaq l-abbozz tal-baġit, fejn jiġi indikat it-tqassim tagħhom skont il-grad u l-unità amministrattiva,

(iv)

lista tal-postijiet skont il-qasam tal-politika,

(v)

għal kull kategorija ta’ persunal estern, l-istima tan-numru inizjali ta’ karigi ekwivalenti għal full-time abbażi tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, kif ukoll in-numru ta’ persuni effettivament fil-post fil-bidu tas-sena li fiha l-abbozz tal-baġit huwa ppreżentat, b'indikazzjoni tad-distribuzzjoni tagħhom skont il-grupp ta’ funzjoni u, kif ikun xieraq, skont il-grad.

(c)

dokumenti ta’ ħidma dwar l-implimentazzjoni ppjanata ta’ approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja u dwar l-impenji pendenti, dwar il-korpi msemmija fl-Artikolu 208 u l-Iskejjel Ewropej, u dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji;

(d)

fir-rigward tal-finanzjament għal organizzazzjonijiet internazzjonali, dokument ta’ ħidma li jkun fih:

(i)

sommarju tal-kontribuzzjonijiet kollha, bl-ammonti mqassmin skont il-programm jew fond tal-Unjoni u skont l-organizzazzjoni internazzjonali,

(ii)

dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex kien aktar effiċjenti għall-Unjoni li tiffinanzja lil dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali minflok taġixxi hi direttament;

(e)

dikjarazzjonijiet tal-attività jew kwalunkwe dokument rilevanti ieħor li jkun fih dan li ġej:

(i)

informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi kollha speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u bi skadenza li ġew stabbiliti minn qabel għad-diversi attivitajiet kif ukoll objettivi ġodda mkejla permezz ta’ indikaturi,

(ii)

ġustifikazzjoni sħiħa, inkluż analiżi tal-ispiża u l-benefiċċju għal bidliet proposti fil-livell tal-approprjazzjonijiet,

(iii)

motivazzjoni ċara għal intervent fil-livell tal-Unjoni li jkun konformi, fost l-oħrajn, mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

(iv)

informazzjoni dwar ir-rati ta’ implimentazzjoni tal-attività tas-sena ta’ qabel u r-rati ta’ implimentazzjoni għas-sena kurrenti,

(v)

sommarju tar-riżultati tal-evalwazzjoni meta dan ikun rilevanti għall-bidliet fil-baġit,

(vi)

informazzjoni dwar premjijiet b'valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew iktar;

(f)

dikjarazzjoni sommarja tal-iskeda għall-ħlasijiet dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti biex jiġu ssodisfati l-impenji baġitarji li jkunu ttieħdu fi snin baġitarji preċedenti.

4.   Meta l-Kummissjoni tafda l-implimentazzjoni tal-baġit f’idejn sħubiji pubbliċi-privati (PPPs), hija għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit dokument ta’ ħidma li jippreżenta:

(a)

rapport annwali dwar il-prestazzjoni ta’ PPPs eżistenti fis-sena finanzjarja preċedenti, inkluża informazzjoni dar il-forma ġuridika u l-azzjonisti ta’ entitajiet fdati skont il-punt (vii) tal-Artikolu 58(1)(c);

(b)

il-miri stabbiliti għas-sena finanzjarja kkonċernata mill-abbozz tal-baġit, fejn jiġu indikati l-bżonnijiet baġitarji speċifiċi ddedikati biex tintlaħaq din il-mira,

(c)

l-ispejjeż amministrattivi u l-baġit implimentat totali u skont it-tip ta’ korp, kif definit fl-Artikolu 209 u skont il-PPP fis-sena finanzjarja preċedenti;

(d)

l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-baġit u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-valur tal-kontribuzzjonijiet in natura magħmula minn sħab oħra għal kull PPP;

Madankollu, meta l-PPPs jagħmlu użu minn strumenti finanzjarji, l-informazzjoni relatata ma’ dawk l-istrumenti għandha tkun inkluża fid-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 5.

5.   Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn strumenti finanzjarji, għandha tehmeż dokument ta’ ħidma mal-abbozz tal-baġit, li fih għandu jkun hemm dan li ġej:

(a)

is-somma tal-impenji u pagamenti baġitarji mill-baġit għal kull strument finanzjarju;

(b)

id-dħul u l-ħlasijiet lura skont l-Artikolu 140(6), u l-akkantonament għar-riżorsi addizzjonali għas-sena finanzjarja;

(c)

l-ammont totali ta’ provvedimenti għal riskji u passivi, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar l-esponmiment tal-Unjoni għal riskji finanzjarji;

(d)

l-indeboliment ta’ attivi ta’ strumenti ta’ ekwità jew tal-kondiviżjoni tar-riskji, u garanziji msejħa għal strumenti ta’ garanzija, kemm għas-sena preċedenti kif ukoll iċ-ċifri akkumulati rispettivi;

(e)

il-medja tat-tul ta’ żmien bejn l-impenn baġitarju għall-istrument finanzjarju u l-impenji legali għal proġetti individwali fil-forma ta’ ekwità jew dejn, meta t-tul ta’ żmien jaqbeż it-tliet snin. Il-Kummissjoni, fir-rapport previst fl-Artikolu 140(8), għandha tispjega r-raġunijiet u tipprovdi meta jkun xieraq pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tal-perjodu fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ kwittanza;

(f)

in-nefqa amministrattiva li tirriżulta minn spejjeż ta’ ġestjoni u kwalunkwe ħlasijiet finanzjarji jew operattivi oħra mħallsa għall-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji, meta l-ġestjoni ikun tħalla f’idejn partijiet terzi, bħala total u għal kull parti ta’ ġestjoni u għal kull strument finanzjarju ġestit.

6.   Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit kull dokument ta’ ħidma ieħor li tqis bħala utli sabiex tappoġġja t-talbiet tal-baġit tagħha.

7.   F’konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (14) u sabiex tiġi żgurata t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz tal-baġit, dokument ta’ ħidma li jippreżenta, b’mod komprensiv:

(a)

l-infiq amministrattiv u operattiv kollu relatat mal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni, inklużi l-kompiti tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni, u ffinanzjat mill-baġit;

(b)

l-infiq amministrattiv globali tas-SEAE għas-sena preċedenti, imqassam f’infiq skont id-delegazzjoni tal-Unjoni u nfiq għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE; flimkien mal-infiq operattiv, imqassam skont iż-żona ġeografika (reġjuni, pajjiżi), l-oqsma tematiċi, id-Delegazzjoni tal-Unjoni u l-missjoni.

8.   Id-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 7 għandu wkoll:

(a)

juri n-numru ta’ karigi għal kull grad f’kull kategorija u n-numru ta’ karigi permanenti u temporanji, inkluż il-persunal kuntrattwali u lokali awtorizzat fil-limiti tal-approprjazzjonijiet f’kull Delegazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll fl-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE;

(b)

juri kwalunkwe żieda jew tnaqqis fil-karigi skont il-grad u l-kategorija fl-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni kollha kemm huma fuq il-bażi tas-sena finanzjarja preċedenti;

(c)

juri, flimkien man-numru ta’ karigi awtorizzati għas-sena finanzjarja, in-numru ta’ karigi awtorizzati għas-sena preċedenti, kif ukoll in-numru ta’ karigi okkupati minn uffiċjali diplomatiċi ssekondati mill-Istati Membri u minn persunal tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

(d)

jipprovdi stampa dettaljata tal-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-mument tal-preżentazzjoni tal-abbozz tal-baġit, imqassma skont iż-żona ġeografika, il-ġeneru, il-pajjiż individwali u l-missjoni, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-karigi tal-organigramma, l-aġenti kuntrattwali, l-aġenti lokali u l-esperti nazzjonali ssekondati u l-approprjazzjonijiet mitluba fl-abbozz tal-baġit għal tipi oħra bħal dawn ta’ persunal flimkien ma’ stimi korrispondenti tal-persunal f’karigi ekwivalenti għal full-time, li jista’ jiġi impjegat fil-limiti tal-approprjazzjonijiet mitluba.

Artikolu 39

Ittra ta’ emenda għall-abbozz tal-baġit

Fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni ġdida li ma kinitx disponibbli fiż-żmien meta l-abbozz tal-baġit ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha jew jekk mitluba minn kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet l-oħra fir-rigward tat-taqsima rispettiva tagħhom, tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ittri ta’ emenda għall-abbozz tal-baġit qabel jitlaqqa' l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314 TFUE. L-ittri jistgħu jinkludu ittra ta’ emenda li taġġorna, b'mod partikolari, l-estimi tal-infiq għall-agrikoltura.

Artikolu 40

Obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-baġit

1.   Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara l-baġit adottat b'mod definittiv f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 314(9) TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.

2.   Ladarba l-baġit ikun iddikjarat bħala adottat b'mod definittiv, kull Stat Membru għandu, mill-1 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja segwenti jew mid-data tad-dikjarazzjoni tal-adozzjoni definittiva tal-baġit jekk din isseħħ wara l-1 ta’ Jannar, ikun marbut li jagħmel il-pagamenti dovuti lill-Unjoni kif speċifikat fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

Artikolu 41

Abbozzi ta’ baġits emendatorji

1.   Il-Kummissjoni tista' tippreżenta abbozzi ta’ baġits emendatorji li jkunu primarjament ibbażati fuq id-dħul fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

biex iddaħħal fil-baġit il-bilanċ tas-sena finanzjarja preċedenti, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18,

biex tirrevedi t-tbassir tar-riżorsi proprji abbażi ta’ previżjonijiet ekonomiċi aġġornati, u

taġġorna t-tbassir rivedut tar-riżorsi proprji u dħul ieħor, kif ukoll biex teżamina mill-ġdid id-disponibilità ta', u l-ħtiġijiet għal approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Jekk ikun hemm ċirkostanzi li ma jkunux jistgħu jiġu evitati u li jkunu eċċezzjonali u mhux previsti, b'mod partikolari minħabba l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tista' tippreżenta baġits emendatorji li jkunu primarjament ibbażati fuq l-infiq.

2.   Talbiet għal baġits emendatorji, fl-istess ċirkostanzi kif imsemmi fil-paragrafu 1, minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni, għandhom ikunu mibgħuta lill-Kummissjoni.

Qabel jippreżentaw abbozz ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom jeżaminaw il-possibilità ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet relevanti, b’referenza partikolari għal kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta’ approprjazzjonijiet.

L-Artikolu 40 għandu japplika għal baġits emendatorji. Il-baġits emendatorji għandhom ikunu sostanzjati permezz ta’ referenza għall-baġit li l-estimi tiegħu jkunu qed jemendaw.

3.   Il-Kummissjoni għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq jew fil-każ ta’ mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea li għaliha jista' jiġi ppreżentat abbozz ta’ baġit emendatorju fi kwalunkwe żmien tas-sena, tippreżenta l-abbozzi ta’ baġits emendatorji tagħha fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena finanzjarja. Hi tista' tehmeż opinjoni mat-talbiet mill-istituzzjonijiet l-oħrajn għal baġits emendatorji.

4.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddiskutu l-abbozzi ta’ baġits emendatorji waqt li jieħdu kont xieraq tal-urġenza tagħhom.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar abbozzi ta’ baġits emendatorji.

Artikolu 42

Trażmissjoni bikrija tal-estimi u l-abbozzi tal-baġit

Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiftiehmu li jressqu 'l quddiem ċerti dati għat-trażmissjoni tal-estimi, u għall-adozzjoni u t-trażmissjoni tal-abbozz tal-baġit. Tali arranġament ma jistax, b'danakollu, jkollu effett li jqassar jew jestendi l-perjodi li jkunu previsti għall-konsiderazzjoni ta’ dawk it-testi skont l-Artikolu 314 TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.

KAPITOLU 2

Struttura u preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 43

Struttura tal-baġit

Il-baġit għandu jikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u l-infiq;

(b)

taqsimiet separati għal kull istituzzjoni, ħlief il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill li għandhom jaqsmu l-istess taqsima tal-baġit, suddiviżi f'dikjarazzjonijiet ta’ dħul u nfiq.

Artikolu 44

Nomenklatura baġitarja

1.   Id-dħul tal-Kummissjoni u d-dħul u l-infiq tal-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom ikunu kklassifikati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont it-tip tagħhom jew l-użu li għalih huma assenjati f'titoli, kapitoli, artikoli u partiti.

2.   Id-dikjarazzjoni tan-nefqa għat-taqsima tal-Kummissjoni għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ nomenklatura adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u kklassifikata skont l-iskop.

Kull titolu għandu jikkorrispondi ma’ qasam ta’ politika u kull kapitolu għandu, bħala regola, jikkorrispondi ma’ attività.

Kull titolu jista' jinkludi approprjazzjonijiet operattivi u approprjazzjonijiet amministrattivi.

L-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titolu għandhom ikunu miġbura flimkien f'kapitolu wieħed.

3.   Meta ppreżentati skont l-iskop, l-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titoli individwali għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:

(a)

infiq fuq il-persunal awtorizzat fl-organigramma: għandu jkun hemm ammont ta’ approprjazzjonijiet u għadd ta’ karigi fl-organigramma li jikkorrispondu ma’ dak l-infiq;

(b)

l-infiq fuq il-persunal estern u nfiq ieħor imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) u ffinanzjat mill-intestatura "amministrazzjoni" tal-qafas finanzjarju pluriennali;

(c)

l-infiq fuq bini u nfiq relatat ieħor, inklużi tindif u manutenzjoni, kiri, telekomunikazzjonijiet, ilma, gass u elettriku;

(d)

persunal estern u għajnuna teknika marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-programmi.

Kwalunkwe nfiq amministrattiv tal-Kummissjoni ta’ tip li jkun komuni għal bosta titoli għandu jiġi inkluż f’dikjarazzjoni sommarja separata u kklassifikat skont it-tip.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-klassifikazzjoni tal-baġit.

Artikolu 45

Projbizzjoni ta’ dħul negattiv

1.   Il-baġit m'għandux ikun fih dħul negattiv.

2.   Ir-riżorsi proprji mħallsa skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom, tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (15) għandhom ikunu ammonti netti u għandhom ikunu murija bħala tali fid-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul fil-baġit.

Artikolu 46

Provvedimenti

1.   Kull taqsima tal-baġit tista' tinkludi titolu ta’ “provvedimenti”. L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati f'dan it-titolu meta:

(a)

ma jkun jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata meta l-baġit ikun ġie stabbilit; jew

(b)

jkun hemm raġunijiet serji biex wieħed jiddubita l-adegwatezza tal-approprjazzjonijiet jew il-possibbiltà tal-implimentazzjoni, taħt kundizzjonijiet skont il-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba, l-approprjazzjonijiet irreġistrati fil-linji kkonċernati.

L-approprjazzjonijiet f’dak it-titolu jistgħu jintużaw biss wara trasferiment skont il-proċedura stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn l-adozzjoni tal-att bażiku hi soġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament, għall-każijiet l-oħrajn kollha.

2.   Fil-każ ta’ diffikultajiet serji rigward l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi, matul sena finanzjarja, li l-approprjazzjonijiet ikunu ttrasferiti lejn it-titolu ta’ “provvedimenti”. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjoni rigward dawn it-trasferimenti kif stipulat fl-Artikolu 27.

Artikolu 47

Riżerva negattiva

It-taqsima tal-Kummissjoni fil-baġit tista’ tinkludi “riżerva negattiva” limitata għal ammont massimu ta’ EUR 200 000 000. Tali riżerva, li tista' tkun irreġistrata f'titolu separat, għandha tinkludi biss approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Din ir-riżerva negattiva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 26 u 27.

Artikolu 48

Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza

1.   It-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni għandha tinkludi riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għall-pajjiżi terzi.

2.   Ir-riżerva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża qabel tmiem is-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 27 u 29.

Artikolu 49

Preżentazzjoni tal-baġit

1.   Il-baġit għandu juri:

(a)

fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u n-nefqa:

(i)

l-estimi tad-dħul tal-Unjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata (‧sena n‧);

(ii)

l-estimi tad-dħul għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena n - 2;

(iii)

l-appropjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena n;

(iv)

l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja preċedenti;

(v)

in-nefqa impenjata u n-nefqa mħallsa fis-sena n - 2, b’din tal-aħħar espressa wkoll bħala perċentwal tal-baġit tas-sena n;

(vi)

rimarki xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif imniżżel fl-Artikolu 44(1);

(b)

f'kull taqsima, id-dħul u l-infiq fl-istess struttura bħal fil-punt (a);

(c)

fir-rigward tal-persunal:

(i)

għal kull taqsima, organigramma li jistabbilixxi n-numru ta’ postijiet għal kull grad f'kull kategorija u f'kull wieħed mis-servizzi u n-numru ta’ postijiet permanenti u temporanji awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet;

(ii)

organigramma għall-persunal imħallas mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għal azzjoni diretta u organigramma għall-persunal imħallas mill-istess approprjazzjonijiet għal azzjoni indiretta; l-organigramma għandu jkun ikklassifikat skont il-kategorija u l-grad u għandu jiddistingwi bejn postijiet permanenti u temporanji, awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet;

(iii)

rigward persunal xjentifiku u tekniku, il-klassifikazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq gruppi ta’ gradi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’kull baġit; l-organigramma għandu jispeċifika n-numru ta’ persunal xjentifiku jew tekniku kwalifikat ħafna li huwa mogħti vantaġġi speċjali skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti tal-Persunal;

(iv)

organigramma li jistabbilixxi n-numru ta’ postijiet skont il-grad u l-kategorija għal kull korp imsemmi fl-Artikolu 208 li jirċievi kontribut ddebitat lill-baġit. L-organigrammi għandhom juru, biswit in-numru ta’ postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, in-numru awtorizzat tas-sena preċedenti;

(d)

fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-għoti u teħid ta’ self:

(i)

fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul, il-linji tal-baġit li jikkorrispondu mal-operazzjonijiet relevanti u intiżi biex jirreġistraw xi rimborsi rċevuti minn riċevituri li inizjalment ikunu naqsu li jħallsu, li jwassal għall-attivazzjoni tal-garanzija għal eżekuzzjoni. Dawk il-linji għandhom ikollhom entrata "pro memoria" u jkunu akkumpanjati minn rimarki xierqa;

(ii)

fit-taqsima tal-Kummissjoni:

fil-linji tal-baġit li jkun fihom il-garanzija għal eżekuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Dawk il-linji għandhom ikollhom entrata "pro memoria", sakemm ma jkun hemm l-ebda imposta effettiva li tkun trid tiġi koperta b'riżorsi definittivi;

rimarki li jagħtu r-referenza għall-att bażiku u għall-volum tal-operazzjonijiet previsti, it-tul taż-żmien u l-garanzija finanzjarja mogħtija mill-Unjoni fir-rigward ta’ tali operazzjonijiet,

(iii)

f'dokument anness mat-taqsima tal-Kummissjoni, bħala indikazzjoni:

l-operazzjonijiet kapitali kurrenti u l-amministrazzjoni tad-dejn,

l-operazzjonijiet kapitali u l-ġestjoni tad-dejn għas-sena n;

(e)

fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji fit-Titoli VIII tal-Parti I:

(i)

referenza għall-att bażiku;

(ii)

linji baġitarji li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet rilevanti;

(iii)

deskrizzjoni ġenerali tal-istrumenti finanzjarji, inklużi t-tul ta’ żmien tagħhom u l-impatt tagħhom fuq il-baġit;

(iv)

l-operazzjonijiet previsti, inklużi l-volumi mira abbażi tal-proporzjon ta’ ingranaġġ li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji eżistenti;

(f)

fir-rigward tal-finanzjament lil entitajiet fdati skont il-punt (vii) tal-Artikolu 58(1)(c):

(i)

referenza għall-att bażiku tal-programm rilevanti;

(ii)

il-linji baġitarji korrispondenti;

(iii)

deskrizzjoni ġenerali tal-kompiti fdati, inklużi t-tul ta’ żmien tagħhom u l-impatt tagħhom fuq il-baġit;

(g)

l-ammont totali tal-infiq tal-PESK imdaħħal f'kapitolu wieħed, intitolat PESK, b'artikoli speċifiċi. Dawk l-artikoli għandhom ikopru l-infiq tal-PESK u għandhom jinkludu linji speċifiċi li jidentifikaw mill-inqas il-missjonijiet ewlenin individwali.

2.   B'żieda mad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jehmżu kwalunkwe dokumenti rilevanti oħrajn mal-baġit.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward il-preżentazzjoni tal-baġit, inkluża definizzjoni tan-nefqa reali fl-aħħar sena finanzjarja li fir-rigward tagħha jkunu ngħalqu l-kontijiet, ir-rimarki tal-baġit u l-organigrammi.

Artikolu 50

Regoli dwar l-organigramma għall-persunal

1.   L-organigrammi deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 49(1) għandhom jikkostitwixxu limitu assolut għal kull istituzzjoni jew korp; l-ebda ħatra ma tista' ssir b'eċċess ta’ dak il-limitu stabbilit.

B'danakollu, apparti milli fil-każ ta’ gradi AD 16, AD 15 u AD 14, kull istituzzjoni jew korp jista' jimmodifika l-organigrammi tiegħu b'sa 10 % tal-postijiet awtorizzati, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-volum tal-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondu għal sena finanzjarja sħiħa ma jkunx affettwat;

(b)

il-limitu tan-numru totali ta’ postijiet awtorizzat minn kull organigramma ma jkunx maqbuż; u

(c)

li l-istituzzjoni jew il-korp ikunu ħadu sehem f'eżerċizzju ta’ benchmarking ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni kif mibdi mill-eżerċizzju ta’ skrijning tal-persunal tal-Kummissjoni.

Tliet ġimgħat qabel ma jagħmlu l-modifiki msemmija fit-tieni subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li jingħataw raġunijiet iġġustifikati kif xieraq matul dan il-perjodu jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, l-istituzzjoni għandha tibqa' lura milli tagħmel il-modifiki u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 41 għandha tapplika.

2.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti tax-xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità tal-ħatriet b'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu bbilanċjati b'ħatriet oħrajn.

KAPITOLU 3

Dixxiplina baġitarja

Artikolu 51

Konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali

Il-baġit għandu jikkonforma mal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 52

Konformità tal-atti tal-Unjoni mal-baġit

Fejn l-implimentazzjoni ta’ att tal-Unjoni teċċedi l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit, dan l-att jista' jiġi implimentat f'termini finanzjarji biss wara li l-baġit ikun ġie emendat kif meħtieġ.

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 53

Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit f'konformità ma’ dan ir-Regolament, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni hekk li l-approprjazzjonijiet ikunu użati f'konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u informazzjoni dwar trasferimenti ta’ data personali għal skopijiet ta’ awditjar.

Artikolu 54

Att bażiku u eċċezzjonijiet

1.   Għandu jiġi adottat att bażiku qabel ma jkunu jistgħu jintużaw l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għal kwalunkwe azzjoni mill-Unjoni.

2.   B' deroga mill-paragrafu 1 dawn li ġejjin jistgħu jkunu implimentati mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li jkunu intenzjonati li jiffinanzjaw jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Unjoni:

(a)

approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ta’ natura sperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibbiltà ta’ azzjoni u s-siwi tagħha. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji konsekuttivi.

L-ammont totali ta’ appropjazzjonijiet għall-proġetti pilota m'għandux jaqbeż EUR 40 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja;

(b)

approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-applikazzjoni tat-TFUE u t-Trattat Euratom, imfassla għat-tħejjija ta’ proposti li jwasslu għall-adozzjoni ta’ azzjonijiet futuri. L-azzjonijiet preparatorji għandhom isegwu approċċ koerenti u jistgħu jieħdu diversi forom. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji konsekuttivi. Il-proċedura għall-adozzjoni tal-att bażiku rilevanti għandha tiġi konkluża qabel tmiem it-tielet sena finanzjarja. Matul il-proċedura leġislattiva, l-impenjar ta’ approprjazzjonijiet għandu jikkorrispondi mal-karatteristiċi partikolari tal-azzjoni preparatorja fir-rigward tal-attivitajiet previsti, l-għanijiet li jkunu jridu jintlaħqu u l- benefiċjarji. Konsegwentement, il-mezzi implimentati ma għandhomx jikkorrispondu fil-volum ma’ dawk previsti għall-iffinanzjar tal-azzjoni definittiva nnifisha.

L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmija f'dan il-punt m'għandux jaqbeż EUR 50 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja, u l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet effettivament impenjati għall-azzjonijiet preparatorji m'għandux jaqbeż EUR 100 000 000;

(c)

approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-TUE. Tali miżuri għandhom ikunu limitati għal perjodu qasir ta’ żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-azzjoni tal-Unjoni fl-ilħiq tal-objettivi tal-PESK u għall-adozzjoni tal-istrumenti legali meħtieġa.

Għall-fini tal-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni, il-miżuri preparatorji għandhom jitfasslu, fost l-oħrajn, biex jivvalutaw il-ħtiġijiet operattivi, jipprovdu għal allokazzjoni inizjali mgħaġġla tar-riżorsi, jew jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fil-post għall-varar tal-operazzjoni.

Miżuri preparatorji għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli.

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri preparatorji, ir-Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kmieni kemm jista' jkun dwar l-intenzjoni tal-Kunsill li jniedi miżura preparatorja u b'mod partikolari r-riżorsi meħtieġa stmati għal dan l-għan. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat ħlas mgħaġġel tal-fondi.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati għall-finanzjament tal-miżuri preparatorji fil-qasam tal-PESK;

(d)

approprjazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ darba, jew anke azzjonijiet għal tul indefinit, imwettqin mill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ kompiti li jirriżultaw mill-prerogattivi tagħha fil-livell istituzzjonali skont it-TFUE u t-Trattat Euratom barra mid-dritt tagħha għal inizjattiva leġislattiva msemmi fil-punt (b) u skont setgħat speċifiċi mogħtija lilha direttament minn dawk it-Trattati, li lista tagħhom tingħata fl-atti delegati skont dan ir-Regolament;

(e)

approprjazzjonijiet għall-operat ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet skont l-awtonomija amministrattiva tagħha.

Meta jkun ippreżentat l-abbozz tal-baġit, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu li għandu jkun fih ukoll valutazzjoni tar-riżultati u s-segwitu previst.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-att bażiku u l-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 55

Implimentazzjoni tal-baġit minn istituzzjonijiet oħra għajr il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tikkonferixxi fuq l-istituzzjonijiet l-oħrajn il-poteri meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom.

Arranġamenti dettaljati jistgħu jiġu miftiehma bejn is-SEAE u l-Kummissjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni. Tali arranġamenti ma għandu jkun fihom l-ebda deroga minn dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 56

Delegazzjoni ta’ poteri ta’ implimentazzjoni tal-baġit

1.   Il-Kummissjoni u kull waħda mill-istituzzjonijiet l-oħrajn jistgħu, fi ħdan id-dipartimenti tagħhom, jiddelegaw il-poteri tagħhom tal-implimentazzjoni tal-baġit f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u bir-regoli interni tagħhom u fil-limiti li huma jistabbilixxu fl-istrument tad-delega. Dawk li jingħataw dan il-poter għandhom jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat li jkunu ġew ikkonferiti lilhom espressament.

2.   Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddelega s-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-approprjazzjonijiet operattivi tat-taqsima tagħha stess lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni. Hija għandha, fl-istess ħin, tgħarraf lir-Rappreżentant Għoli b’dan. Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega tal-Kummissjoni, huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandhom ikunu suġġetti għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal awtorizzanti ieħor b’sottodelega tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tirtira d-delega skont ir-regoli tagħha stess.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-dipartimenti tal-Kummissjoni.

Artikolu 57

Kunflitti ta’ interessi

1.   L-atturi finanzjarji u persuni oħra involuti fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji tagħhom, l-awditu jew il-kontroll m'għandhom jieħdu ebda azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni.

Fejn jeżisti tali riskju, il-persuna inkwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u għandha tirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjali awtorizzanti b'delega li għandu jikkonferma bil-miktub jekk jeżistix kunflitt ta’ interess. Il-persuna inkwistjoni għandha tinforma wkoll lis-superjur ġerarkiku tagħha. Meta jinstab li jeżisti kunflitt ta’ interess, il-persuna inkwistjoni għandha twaqqaf l-attivitajiet kollha tagħha fil-kwistjoni. L-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandha personalment tieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri li tkun xierqa.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ikun jeżisti kunflitt ta’ interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż mal-benefiċjarju.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 li jistabbilixxi dak li x'aktarx jikkostitwixxu kunflitt ta’ interessi flimkien mal-proċedura li għandha tiġi segwita f'tali każijiet.

KAPITOLU 2

Metodi ta’ implimentazzjoni

Artikolu 58

Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit b’dawn il-modi:

(a)

direttament ("ġestjoni diretta"), permezz tad-dipartimenti tagħha, inkluż persunal fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni taħt l-awtorità tal-Kap tad-Delegazzjoni rispettiv tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 56(2), jew permezz tal-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 62;

(b)

taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ("ġestjoni kondiviża"); or

(c)

indirettament ("ġestjoni indiretta"), fejn dan ikun previst fl-att bażiku jew fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2), billi tafda kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit lil:

(i)

pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

(ii)

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom;

(iii)

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

(iv)

korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

(v)

korpi tal-liġi pubblika;

(vi)

korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

(vii)

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

(viii)

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

2   Il-Kummissjoni tibqa' responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 317 TFUE u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet imwettqa mill-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-entità jew persuna fdata tkun identifikata f'att bażiku, id-dikjarazzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 31 għandha tinkludi ġustifikazzjoni sħiħa għall-għażla ta’ dik l-entità jew persuna partikolari.

3.   L-entitajiet jew persuni skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Ftehimiet ta’ delega għandhom jipprovdu għad-dritt tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi tagħhom skont it-TFUE fl-awditjar tal-fondi.

Il-Kummissjoni għandha tafda kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit f'idejn entitajiet u persuni mniżżla fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm jiġu stabbiliti proċeduri ta’ eżami trasparenti, mhux diskriminatorji, effiċjenti u effikaċi rigward l-implimentazzjoni effettiva ta’ tali kompiti.

4.   Il-ftehimiet ta’ delega kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq talba tagħhom.

5.   Entitajiet u persuni fdati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw, f’konformità mal-Artikolu 35(2), il-pubblikazzjoni annwali ex post ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji. Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bil-miżuri meħuda f' dan ir-rigward.

6.   L-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandux ikollhom l-istatus ta’ uffiċjali awtorizzanti b'delega.

7.   Il-Kummissjoni m'għandhiex tafda l-poteri eżekuttivi f'idejn partijiet terzi meta tali poteri jinvolvu miżura kbira ta’ diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit, inkluża l-ġestjoni diretta, l-eżerċizzju ta’ poteri ddelegati lill-aġenziji eżekuttivi, u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209, ma’ korpi tad-dritt pubbliku jew korpi rregolati bid-dritt privat li jkollhom missjoni ta’ servizz pubbliku, ma’ korpi rregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u ma’ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fl-ambitu tal-PESK.

Artikolu 59

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

1.   Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’ġestjoni kondiviża, il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u għandhom jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet kumplimentari għandhom jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-setturi.

2.   Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inklużi dawk leġislattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġiferi:

(a)

jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu implimentati b'mod korrett u effikaċi u f'konformità mar-regoli applikabbli speċifiċi għas-settur u għal dak l-iskop jagħżlu skont il-paragrafu 3, u jissorveljaw korpi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni;

(b)

jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi.

Biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, u f'konformità ma’ dan l-Artikolu, u r-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, iwettqu kontrolli ex ante u ex post inkluż, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju ta’ tranżazzjonijiet. Għandhom ukoll jirkupraw fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali jekk meħtieġ f'dan ir-rigward.

L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq ir-riċevituri fejn stipulat fir-regoli speċifiċi għas-setturi u f'dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġislazzjoni nazzjonali.

Bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha tar-riskji u f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha ta’ awditjar, għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis il-livell ta’ riskju evalwat b'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.

3.   F'konformità mal-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi, l-Istati Membri għandhom, fil-livell xieraq, jaħtru korpi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni Tali korpi jistgħu ukoll iwettqu ħidmiet li ma jkunux relatati mal-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni u jistgħu jafdaw xi wħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħra.

Meta jiddeċiedu dwar il-ħatra ta’ korpi, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk li diġà qed jitħaddmu għall-perjodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b'mod effikaċi.

Jekk ir-riżultati tal-awditjar u tal-kontroll juru li l-korpi maħtura m'għadhomx konformi mal-kriterji stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ dawk il-korpi jinstab rimedju għalihom, inkluż billi tintemm il-ħatra bi qbil mar-regoli speċifiċi għas-setturi.

Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom jiddefinixxu r-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess stabbilit f'dan il-paragrafu.

4.   Il-korpi maħtura skont il-paragrafu 3 għandhom:

(a)

jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha;

(b)

jużaw sistema ta’ kontijiet li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;

(c)

jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 5;

(d)

jiżguraw il-pubblikazzjoni ex post bi qbil mal-Artikolu 35(2). Kwalunkwe proċessar ta’ data personali għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

5.   Il-korpi maħtura skont paragrafu 3 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara:

(a)

bil-kontijiet tagħhom dwar l-infiq magħmul, waqt il-perjodu ta’ referenza rilevanti kif definit fir-regoli speċifiċi għas-settur, fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u li ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni għar-rimborż. Dawk il-kontijiet għandhom jinkludu l-prefinanzjament u s-somom li fir-rigward tagħhom għaddejjin jew tlestew proċeduri ta’ rkupru. Għandhom ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni dwar il-ġestjoni li tikkonferma li, fl-opinjoni ta’ dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi:

(i)

l-informazzjoni hija ppreżentata kif suppost, kompluta u preċiża,

(ii)

in-nefqa intużat għall-iskop li kienet maħsuba għalih, kif definit fir-regoli speċifiċi għas-settur,

(iii)

il-proċeduri ta’ kontroll imħaddma jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

(b)

b'sommarju annwali tar-rapporti tal-awditi finali u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u l-portata tal-iżbalji u tad-dgħufijiet identifikati fis-sistema, kif ukoll l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati.

Il-kontijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u s-sommarji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp tal-awditjar indipendenti, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk il-kontijiet jagħtux stampa ċara u ġusta, jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ntalab rimborż mill-Kummissjoni hijiex legali u regolari, u jekk is-sistemi ta’ kontroll imħaddma jiffunzjonawx kif suppost. L-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk ix-xogħol tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

L-iskadenza tal-15 ta’ Frar tista' tiġi estiża b'eċċezzjoni mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu, abbażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri jistgħu, fil-livell xieraq, jippubblikaw l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dikjarazzjonijiet iffirmati fil-livell xieraq dwar l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

6.   Sabiex ikun żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tapplika proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet tal-korpi maħtura, fejn tiżgura li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri;

(b)

teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni nfiq li fir-rigward tiegħu sar żborż bi ksur tal-liġi applikabbli;

(c)

tinterrompi skadenzi għal ħlasijiet jew tissospendi ħlasijiet fejn dan ikun previst fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

Il-Kummissjoni għandha ttemm l-interruzzjoni tal-iskadenzi għal ħlasijiet jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet, għalkollox jew parzjalment, wara li Stat Membru jkun ippreżenta l-kummenti tiegħu u hekk kif ikun ħa l-miżuri neċessarji. Ir-rapport annwali tal-attività imsemmi fl-Artikolu 66(9) għandu jkopri l-obbligi kollha skont dan is-subparagrafu.

7.   Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom iqisu l-ħtiġijiet tal-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea partikolarment rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, il-proċess stabbilit fil-paragrafu 3 u l-funzjoni tal-awditjar.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, inkluża l-kumpilazzjoni ta’ reġistru ta’ korpi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni, u dwar miżuri biex tkun promossa l-aħjar prattika.

Artikolu 60

Ġestjoni indiretta

1.   Entitajiet u persuni fdati bi dmirijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u għandhom jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw il-fondi tal-Unjoni. Huma għandhom jiggarantixxu livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak mitlub taħt dan ir-Regolament meta jamministraw il-fondi tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni xierqa għal dawn li ġejjin:

(a)

in-natura tal-kompiti fdati lilhom u l-ammonti involuti;

(b)

ir-riskji finanzjarji involuti;

(c)

il-livell ta’ assigurazzjoni li jirriżulta mis-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri tagħhom flimkien mal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u tappoġġja l-implimentazzjoni tad-dmirijiet fdati lilhom.

2.   Bil-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) għandhom, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità:

(a)

jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha;

(b)

jużaw sistema ta’ kontijiet li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;

(c)

ikunu suġġetti għal awditu indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditjar funzjonalment indipendenti mill-entità jew persuna kkonċernata;

(d)

japplikaw regoli u proċeduri xierqa sabiex jipprovdu finanzjament mill-fondi tal-Unjoni permezz ta’ għotjiet, akkwisti u strumenti finanzjarji;

(e)

jiżguraw, f'konformità mal-Artikolu 35(2), il-pubblikazjoni ex post ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri;

(f)

jiżguraw protezzjoni raġonevoli tad-data personali, kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Persuni fdati skont il-punt (viii) tal-Artikolu 58(1)(c) għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. Għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-bidu tal-mandat tagħhom. Meta fi tmiem dan il-perjodu, jikkonformaw biss parzjalment ma’ dawn ir-rekwiżiti, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta’ rimedju xierqa biex tissorvelja u tappoġġja l-implimentazzjoni tal-kompiti fdati lilhom.

3.   L-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) għandhom iwaqqfu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi meta jkunu qed jesegwixxu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Sabiex jagħmlu dan huma għandhom iwettqu, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, verifiki ex ante u ex post inkluż, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskji tat-tranżazzjonijiet, sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu verament qed jitwettqu u jiġu implimentati b'mod korrett. Huma għandhom jirkupraw ukoll fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali fejn meħtieġ f'dan ir-rigward.

4.   Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlasijiet lill-entitajiet u persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1), b'mod partikolari meta jinstabu żbalji sistemiċi li jitfgħu dubju fuq l-affidabilità tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-entità jew persuna kkonċernata jew il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Minkejja l-Artikolu 92, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jinterrompi l-ħlasijiet lil dawn l-entitajiet jew persuni b'mod sħiħ jew parzjali biex isiru aktar verifiki meta:

(i)

tasal għall-attenzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli informazzjoni li tindika nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll intern jew li n-nefqa ċċertifikata mill-entità jew persuna kkonċernata hija marbuta ma’ irregolarità serja u ma ġietx ikkoreġuta;

(ii)

l-interruzzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat dannu sinifikanti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

5.   Bla ħsara għall-paragrafu 7, l-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dan li ġej:

(a)

rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dmirijiet fdati lilhom;

(b)

il-kontijiet tagħhom imħejjija għall-infiq magħmul fl-eżekuzzjoni tal-kompiti fdati lilhom. Dawk il-kontijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni dwar il-ġestjoni li tikkonferma li, fl-opinjoni ta’ dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi:

(i)

l-informazzjoni hija ppreżentata kif suppost, kompluta u preċiża;

(ii)

l-infiq ikun intuża għall-fini intenzjonat tiegħu, kif definit fil-ftehimiet ta’ delega jew, meta japplika, fir-regoli speċifiċi għas-setturi,

(iii)

il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

(c)

taqsira tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli kollha mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, u wkoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk il-kontijiet jagħtux stampa vera u ġusta, jekk is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti jaħdmux sewwa, u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. L-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżerċizzju tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tkun pprovduta lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu.

L-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu bla ħsara għall-ftehimiet konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi. Tali ftehimietgħandhom jinkludu mill-anqas l-obbligu għal tali organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi li jipprovdu lill-Kummissjoni kull sena b'dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ntużat u ġiet kontabilizzata f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 u mal-obbligi stabbiliti f' tali ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew pajjiż terz rilevanti.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-Komunità għandha:

(a)

tissorvelja t-twettiq minn dawk il-persuni u dawk l-entitajiet tar-responsabilitajiet tagħhom, partikolarment billi jwettqu awditjar u evalwazzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-programm;

(b)

tapplika proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet tal-entitajiet u persuni fdati, fejn tiżgura li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri;

(c)

teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni nfiq li l-ħlasijiet għalih saru bi ksur tar-regoli applikabbli.

7.   Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-entitajiet suġġetti għal proċedura separata ta’ kwittanza skont l-Artikolu 208.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-ġestjoni indiretta, inkluż l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet taħt ġestjoni indiretta li, f'konformità magħhom, is-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri tal-entitajiet u tal-persuni għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni, id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjoni ta’ konformità, u l-proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u l-esklużjoni mill-finanzjamenti tal-Unjoni tal-infiq li jsir bi ksur tar-regoli applikabbli.

Artikolu 61

Valutazzjonijiet ex ante u ftehimiet ta’ delega

1.   Qabel ma l-Kummissjoni tafda kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil entitajiet jew persuni elenkati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1), hija għandha tikseb provi li r-rekwiżiti tal-punt (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) huma ssodisfati.

Meta jsiru bidliet sostanzjali fis-sistemi jew regoli ta’ entità jew persuna fdata skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1), jew fil-proċeduri li jirrigwardaw il-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni fdati lil dik l-entita' jew persuna, l-entità jew il-persuna kkonċernata għandha tinforma b'dan lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ftehimiet ta’ delega konklużi mal-entità jew persuna kkonċernata sabiex tiżgura t-tkomplija tar-rispett tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2).

2.   Sakemm l-entità fdata ma tkunx identifikata fl-att bażiku, il-Kummissjoni għandha tagħżel entità minn waħda mill-kategoriji elenkati fil-punti (ii), (v) (vi) u (vii) tal-Artikolu 58(1)(c) u tieħu kont dovut tan-natura tal-kompiti li għandhom jiġu fdati u tal-esperjenza u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-entitajiet ikkonċernati. L-għażla għandha tkun trasparenti, iġġustifikata b'motivazzjonijiet oġġettivi u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interessi.

3.   Il-ftehimiet ta’ delega għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2). Huma għandhom jiddefinixxu b'mod ċar il-kompiti fdati lill-entità u jkun fihom impenn mill-entitajiet jew il-persuni kkonċernati sabiex iwettqu l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punti (e) sa (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2), u ma jwettqu l-ebda att li jista' jwassal għal kunflitt ta’ interessi.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-valutazzjoni ex ante tar-regoli u tal-proċeduri taħt ġestjoni indiretta u l-kontenut tal-ftehimiet ta’ delega.

Artikolu 62

Aġenziji eżekuttivi

1.   Il-Kummissjoni tista' tiddelega s-setgħat lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni, totalment jew parzjalment, tal-programmi jew tal-proġetti tal-Unjoni, f'isimha u taħt ir-responsabilità tagħha, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (16). L-aġenziji eżekuttivi jinħolqu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni u jkollhom personalità ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-eżerċizzju tas-setgħat delegati lill-aġenziji eżekuttivi.

2.   Id-direttur tal-aġenzija eżekuttiva għandu jimplimenta l-approprjazzjonijiet operattivi korrispondenti taħt ġestjoni diretta.

Artikolu 63

Limiti għad-delega tal-poteri

1.   Il-Kummissjoni ma għandhiex tafda kompiti marbuta mal-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni, inkluż il-pagament u l-irkupru, lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat, minbarra fil-każ imsemmi fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 58(1)(c), jew f'każijiet speċifiċi fejn il-ħlasijiet involuti:

(i)

jsiru lil benefiċjarji ddeterminati mill-Kummissjoni;

(ii)

huma suġġetti għal kundizzjonijiet u ammonti stabbiliti mill-Kummissjoni; u

(iii)

ma jinvolvux l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-entità jew korp li jagħmel il-pagamenti.

2.   Il-Kummissjoni tista' tafda l-kompiti li ġejjin permezz ta’ kuntratt lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat li ma għandhomx missjoni ta’ servizzi pubbliku: kompiti ta’ esperjenza teknika u kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li la jinvolvu l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u lanqas l-użu tal-poteri diskrezzjonali ta’ ġudizzju.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-assenjazzjoni ta’ kompiti għal ċerti entitajiet jew korpi esterni fis-settur privat b'konformità mar-regoli fil-qasam tal-akkwist stabbiliti fit-Titolu V tal-Parti I.

KAPITOLU 3

Atturi finanzjarji

Taqsima 1

Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet

Artikolu 64

Segregazzjoni tad-dmirijiet

1.   Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu segregati u għandhom ikunu reċiprokament esklussivi.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-atturi finanzjarji kollha.

Taqsima 2

Uffiċjal awtorizzanti

Artikolu 65

L-uffiċjal awtorizzanti

1.   Kull istituzzjoni għandha twettaq id-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti.

2.   Għall-fini ta’ dan it-Titolu, it-terminu "persunal" jirreferi għal persuni koperti mir-Regolamenti tal-Persunal.

3.   Kull istituzzjoni għandha tiddelega, b'konformità mal-kundizzjoni fir-regoli ta’ proċedura tagħha, id-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti lil persunal f'livell adegwat. Fir-regoli amministrattivi interni tagħha għandha tindika l-persunal li lilu tiddelega tali dmirijiet, l-ambitu tal-poteri delegati u jekk il-persuni delegati b'dawk il-poteri jistgħu jissottodelegawhom.

4.   Il-poteri tal-uffiċjal awtorizzanti għandhom jiġu delegati jew sottodelegati biss lill-persunal.

5.   L-uffiċjali awtorizzanti responsabbli għandhom jaġixxu fil-limiti stabbiliti mill-istrument tad-delega jew tas-sottodelega. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jkun megħjun minn membru wieħed jew aktar tal-persunal fdat, taħt ir-responsabilità tiegħu, li jwettaq ċerti operazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-preżentazzjoni tal-kontijiet.

6.   Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 56(2), huma għandhom ikunu suġġetti għall-Kummissjoni bħala l-istituzzjoni responsabbli għad-definizzjoni, l-eżerċizzju, il-monitoraġġ, u l-evalwazzjoni tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega. Il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, tgħarraf lir-Rappreżentant Għoli b'dan.

7.   L-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jista' jkun megħjun minn persunal fdat, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, b'ċerti kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni. Il-persunal li jgħin lill-uffiċjali awtorizzanti responsabbli huwa suġġett għall-Artikolu 57.

8.   Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-ħatra u r-rilaxx ta’ uffiċjali awtorizzanti b'delega, awdituri interni u uffiċjali tal-kontabilità, u bi kwalunkwe regola interna li tadotta fir-rigward ta’ materji finanzjarji.

9.   Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti tal-Awdituri bil-ħatra tal-amministraturi tal-imprest u bid-deċiżjoni ta’ delega skont l-Artikolu 69(1) u l-Artikolu 70.

10.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-assistenza pprovduta lill-uffiċjali awtorizzanti responsabbli u d-dispożizzjonijiet interni li jirregolaw id-delegi.

Artikolu 66

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

1.   L-uffiċjal awtorizzanti għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq b'konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex jiżgura l-konformita' mar-rekwiżiti tal-legalità u r-regolarità jkunu rrispettati.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu, f'konformità mal-Artikolu 32 u l-istandards minimi adottati minn kull istituzzjoni u b'kunsiderazzjoni xierqa għar-riskji assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni u n-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati, jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u s-sistemi tal-kontroll intern xierqa għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. L-istabbiliment ta’ din l-istruttura u dawn is-sistemi għandu jkun appoġġjat minn analiżi sħiħa tar-riskju, li tieħu kont tal-effikaċja tagħhom meta mqabbla mal-ispejjeż.

3.   Sabiex jimplimenta n-nefqa, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jwettaq l-impenji tal-baġit u l-impenji legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-ħlasijiet, u għandu jwettaq il-passi prelimenari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

4.   L-implimentazzjoni tad-dħul għandha tinkludi l-preparazzjoni tal-istimi tal-ammonti riċevibbli, l-istabbiliment tal-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u l-ħruġ tal-ordnijiet tal-irkupru. Fejn ikun xieraq, għandha tinkludi r-rinunzja ta’ intitolamenti stabbiliti.

5.   Kull operazzjoni għandha tkun suġġetta għal mill-anqas kontroll ex ante, bbażat fuq analiżi mhux fuq il-post tad-dokumenti u wkoll fuq ir-riżultati disponibbli tal-kontrolli diġà mwettqa, fir-rigward tal-aspetti operattivi u finanzjarji tal-operazzjoni.

Il-kontrolli ex ante għandhom jinkludu l-inizjazzjoni u l-verifikazzjoni tal-operazzjoni.

Għal kull tranżazzjoni, il-verifikazzjoni għandha issir mill-persunal li jkun differenti minn dak li inizja l-operazzjoni. Il-persunal li jwettaq il-verifiki m' għandux ikun subordinat għal membri tal-persunal li inizjaw l-operazzjoni.

6.   L-uffiċjal awtorizzanti b'delega jista' jistabbilixxi kontrolli ex post sabiex jivverifika l-operazzjonijiet diġà approvati wara l-kontrolli ex ante. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun skont ir-riskji.

Il-kontrolli ex ante għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal li mhumiex dawk responsabbli għall-kontrolli ex post. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante.

Meta l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jimplimenta awditjar finanzjarju tal-benefiċjarji bħala kontrolli ex post, ir-regoli tal-awditjar relatati għandhom ikunu ċari, konsistenti u trasparenti, u jirrispettaw id-drittijiet kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-entitajiet awditjati.

7.   Il-persunal responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji għandu jkollu ll-kapaċitajiet professjonali meħtieġa. Għandu jirrispetta kodiċi speċifika ta’ normi professjonali stabbilita minn kull istituzzjoni.

8.   Jekk membru tal-persunal, involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa rikjest li josserva, għandu jinforma lis-superjur ġerarkiku tiegħu b'dan. Jekk il-membru tal-persunal jagħmel dan bil-miktub, is-superjur ġerarkiku għandu jwieġeb bil-miktub. Jekk is-superjur ġerarkiku jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għall-problema tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega bil-miktub. Jekk dan tal-aħħar ma jiħux azzjoni, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 73(6).

Fil-każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Unjoni, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-awtoritajiet jew korpi maħtura mil-leġislazzjoni applikabbli. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom jipprevedu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega bi kwalunkwe suspett ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Unjoni.

9.   L-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tiegħu dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu fil-forma ta’ rapport tal-attività annwali, li fih informazzjoni finanzjarja u tal-ġestjoni, inklużi r-riżultati tal-kontrolli, u li jiddikjara li, minbarra kif speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva marbuta ma’ oqsma definiti ta’ dħul u nfiq, għandu assigurazzjoni raġonevoli li:

(a)

l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa vera u ġusta;

(b)

ir-riżorsi assenjati lill-attivitajiet deskritti fir-rapport intużaw għall-finijiet intenzjonati tagħhom u f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba;

(c)

il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Ir-rapport ta’ attivita' għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet, l-użu li jkun sar mir-riżorsi provduti u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern, inkluża valutazzjoni ġenerali tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli.

Mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sommarju tar-rapporti annwali ta’ attività għas-sena preċedenti. Ir-rapporti annwali ta’ attività ta’ kull l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandhom jitqiegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar kontrolli ex post u ex ante, iż-żamma ta’ provi dokumentarji, dwar il-kodiċi ta’ standards professjonali, in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-uffiċjal awtorizzanti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità u r-rapporti dwar proċeduri negozjati.

Artikolu 67

Poteri u dmirijiet tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni

1.   Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega skont l-Artikolu 56(2), huma għandhom jikkoperaw mill-qrib mal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni xierqa tal-fondi, sabiex tiġi żgurata b'mod partikolari l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, ir-rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba fil-ġestjoni tal-fondi u l-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Għal dan il-għan, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tqiegħed fil-periklu r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit sottodelegat lilhom kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta’ prijoritajiet li x'aktarx ikollu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-kompiti tal-ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom.

Meta jinqalgħu sitwazzjoni jew kunflitt tat-tip imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu b'dan mingħajr dewmien lid-Diretturi Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni u tas-SEAE. Dawk id-Diretturi Ġenerali għandhom jieħdu passi xierqa biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjoni.

2.   Meta Kapijiet ta’ Delegazzjonijiet tal-Unjoni jsibu rwieħhom f'sitwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 66(8), huma għandhom jirreferu l-kwistjoni għall-bord speċjalizzat għall-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf skont l-Artikolu 73(6). Fil-każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Komunità, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u l-korpi maħtura mil-leġislazzjoni applikabbli.

3.   Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega skont l-Artikolu 56(2) għandhom jagħmlu rapporti lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega tagħhom sabiex dan ikun jista' jintegra r-rapporti tagħhom fir-rapport annwali ta’ attività tiegħu msemmi fl-Artikolu 66(9). Ir-rapporti tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll interni stabbiliti fid-Delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni ta’ operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u jipprovdu l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(5). Dawk ir-rapporti għandhom jiġu mehmuża bħala annessi mar-rapport annwali tal-attività tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega, u għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom.

Il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw b'mod sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdu, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali neċessarja. F'dan il-kuntest, jistgħu jintalbu jattendu laqgħat tal-korpi rilevanti u jassistu lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli b'delega.

4.   Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega skont l-Artikolu 56(2) għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba mill-uffiċjal awtorizzanti b'delega tal-Kummissjoni fuq talba tagħha stess jew, fil-kuntest tal-kwittanza, fuq talba mill-Parlament Ewropew.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li setgħat sottodelegati mhumiex ta’ detriment għall-proċedura ta’ kwittanza, skont l-Artikolu 319 TFUE.

Taqsima 3

Uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 68

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

1.   Kull istituzzjoni għandha tappunta uffiċjal tal-kontabilità li għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għal dan li ġej:

(a)

għall-implimentazzjoni adegwata tal-ħlasijiet, għall-ġbir tad-dħul u għall-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;

(b)

jipprepara u jippreżenta l-kontijiet f'konformità mat-Titolu IX tal-Parti I;

(c)

iżomm il-kontijiet f'konformità mat-Titolu IX tal-Parti I;

(d)

jistabbilixxi, f'konformità mat-Titolu IX, il-proċeduri tal-kontijiet u l-karta tal-kontijiet skont it-Titolu IX tal-Parti I;

(e)

jistabbilixxi u jivvalida s-sistemi tal-kontijiet u meta xieraq is-sistemi tal-validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti, sabiex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet; f'dan ir-rigward l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika fi kwalunkwe żmien ir-rispett tal-kriterji ta’ validazzjoni;

(f)

amministrazzjoni tat-teżor.

Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità tas-SEAE għandhom jikkonċernaw biss it-taqsima tas-SEAE tal-baġit kif implimentat mis-SEAE. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jibqa' responsabbli għat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit kollha kemm hi, inklużi l-operazzjonijiet ta’ kontabilità li jirrigwardaw l-approprazzjonijiet mgħoddija b'sottodelega lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu, suġġett għall-Artikolu 213, jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità u l-karta armonizzata tal-kontijiet f'konformità mat-Titolu IX tal-Parti I.

3.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jakkwista mingħand l-uffiċjali awtorizzanti li l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Istituzzjonijiet u tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-uffiċjali awtorizzanti għandu jiggarantixxi l-affidabbiltà ta’ tali informazzjoni.

4.   Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni jew korp imsemmi fl-Artikolu 208, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiffirmahom u b'hekk jiċċertifika li huwa jew hija għandu jew għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew korp imsemmi fl-Artikolu 208.

Għal dak il-fini, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jivverifika li l-kontijiet tħejjew skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 143 u l-proċeduri tal-kontabilità, imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li d-dħul u l-infiq kollu jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.

L-uffiċjali awtorizzanti b'delega għandhom jgħaddu kwalunkwe informazzjoni li l-uffiċjal tal-kontabilità għandu bżonn biex ikun jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu.

L-uffiċjali awtorizzanti għandhom jibqgħu totalment responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jamministraw, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-kontroll tagħhom u l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni mgħoddija lill-uffiċjal tal-kontabilità.

5.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jingħata l-poter sabiex jikkontrolla l-informazzjoni li tasal kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis meħtieġ sabiex jiffirma l-kontijiet.

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jagħmel riżervi, jekk ikun meħtieġ, u jispjega eżattament in-natura u l-ambitu ta’ tali riżervi.

6.   Ħlief fejn huwa previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-uffiċjal tal-kontabilità biss għandu jkollu s-setgħa li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkun responsabbli għas-salvagwardja tagħhom.

7.   Fi ħdan l-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni, jistgħu jinfetħu kontijiet fiduċjarji f'isem il-Kummissjoni sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tagħhom minn entità fdata skont il-punti (ii), (iii), (v) jew (vi) tal-Artikolu 58(1)(c).

Tali kontijiet għandhom jinfetħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni bi qbil mal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

Tali kontijiet huma ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti.

8.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi r-regoli għall-ftuħ, il-ġestjoni u l-għeluq tal-kontijiet fiduċjarji u l-użu tagħhom.

9.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati li jikkonċernaw is-setgħat u d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità, inkluż il-ħatra tiegħu u t-temma tad-dmirijiet, l-opinjoni dwar is-sistemi ta’ kontabilità u tal-inventarju, il-ġestjoni tal-kontijiet tat-teżor jew bankarji, il-firem fil-kontijiet, il-ġestjoni ta’ bilanċi tal-kontijiet, l-operazzjonijiet ta’ trasferiment u konverżjoni, il-metodi ta’ ħlas, fajls dwar l-identità ġuridika u ż-żamma ta’ provi dokumentarji.

Artikolu 69

Poteri li jistgħu jiġi ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabilità

L-uffiċjal tal-kontabilità jista', fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil persunal subordinat.

L-istrument tad-delega għandu jistabbilixxi dawk il-kompiti.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-persuni bis-setgħa li jamministraw kontijiet f'unità lokali.

Taqsima 4

Amministratur tal-imprest

Artikolu 70

Kontijiet tal-imprest

1.   Il-kontijiet tal-imprest jistgħu jitwaqqfu għall-ġbir ta’ dħul għajr ir-riżorsi proprji u għall-ħlas ta’ somom żgħar kif iddefinit fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

Madankollu, fil-qasam tal-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-operazzjonijiet għall-għajnuna umanitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 128, il-kontijiet tal-imprest jistgħu jintużaw mingħajr ebda limitu fuq l-ammont waqt li jirrispettaw il-livell ta’ approprjazzjonijiet deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-linja tal-baġit li jikkorrispondi magħhom għas-sena finanzjarja attwali.

2.   Il-kontijiet tal-imprest għandhom ikunu dotati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni u għandhom jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ amministraturi tal-imprest maħturin mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward il-kundizzjonijiet tal-kontijiet tal-imprest, inklużi l-ammonti massimi li għandhom jitħallsu mill-amministraturi tal-imprest u r-regoli anki għall-azzjonijiet esterni, fosthom ir-regoli li jirrigwardaw l-għażla tal-amministraturi tal-imprest, id-dotazzjoni tal-kontijiet tal-imprest, verifiki min-naħa tal-uffiċjali awtorizzanti u tal-kontabilità kif ukoll ir-rispett tal-proċeduri tal-akkwist. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-ħolqien ta’ kontijiet tal-imprest u ta’ amministraturi tal-imprest fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

KAPITOLU 4

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 71

Irtirar ta’ delegi u sospensjoni tal-kompiti mogħtija lill-uffiċjali awtorizzanti

1.   lL-uffiċjali awtorizzanti responsabbli jistgħu fi kwalunkwe waqt ikollhom id-delega jew is-sottodelega tagħhom imneħħija temporanjament jew definittivament mill-awtorità li taħtarhom.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jew l-amministratturi tal-imprest, jew it-tnejn, jista' fi kwalunkwe waqt ikun sospiż temporanjament jew definittivament mid-dmirijiet tiegħu mill-awtorità li tkun ħatret lill-uffiċjal tal-kontabilità.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari meħuda fir-rigward tal-atturi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2

Artikolu 72

Responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti għal attività illegali, frodi jew korruzzjoni

1.   Dan il-Kapitolu huma bla ħsara għal kwalunkwe responsabbiltà taħt id-dritt kriminali, li l-atturi finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 71 jistgħu jeħlu kif previst fid-dritt nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73, 74 u 75 ta’ dan ir-Regolament, kull wieħed mill-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, mill-uffiċjali tal-kontabilità jew l-amministraturi tal-imprest għandhom ikunu soġġetti għal azzjoni dixxiplinari u ħlas ta’ kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal. Fil-każ ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġislazzjoni applikabbli, partikolarment lill-OLAF.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali awtorizzanti, l-uffiċjali tal-kontabilità u l-amministraturi tal-imprest f'każ ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni.

Taqsima 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti responsabbli

Artikolu 73

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti

1.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun soġġett għall-ħlas ta’ kumpens kif stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   L-obbligu li jitħallas kumpens għandu partikolarment japplika jekk l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jew b'mod intenzjonat jew minħabba traskuraġni serja min-naħa tiegħu:

(a)

jiddetermina li għandhom jiġu rkuprati intitolamenti jew joħroġ ordnijiet ta’ rkupru, jikkommetti nefqa jew jiffirma ordni ta’ ħlas mingħajr ma jkun konformi ma’ dan ir-Regolament jew l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament;

(b)

jonqos milli jfassal dokument li jistabbilixxi ammont riċevibbli, jittraskura milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew jittardja l-ħruġ tagħha jew jittardja l-ħruġ ta’ ordni għal ħlas, u b'hekk jesponi lill-istituzzjoni għal azzjoni ċivili minn partijiet terzi.

3.   Uffiċjal awtorizzanti b'delega jew b'sottodelega li jikkonsidra li deċiżjoni li jkun fir-responsabilità tiegħu li għandu jieħu tkun irregolari jew kontra l-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba, għandu jinforma b'dan bil-miktub lill-awtorità tad-delega. Jekk l-awtorità tad-delega mbagħad tagħti bil-miktub struzzjoni motivata lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew b'sottodelega biex jieħu d-deċiżjoni, dak l-uffiċjal awtorizzanti ma għandux jinżamm responsabbli.

4.   Fil-każ ta’ sottodelega fl-ambitu tas-servizzi tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jibqa' responsabbli għall-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll interni stabbiliti u għall-għażla tal-uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

5.   Fil-każ ta’ sottodelega lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, l-uffiċjali awtorizzanti b'delega għandhom ikunu responsabbli għad-definizzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll interni fis-seħħ, kif ukoll l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom. Il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għat-twaqqif u l-funzjonament adegwat ta’ dawk is-sistemi, skont l-istruzzjonijiet tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega, u għall-ġestjoni tal-fondi u l-operazzjonijiet li dawn jeżegwixxu fid-Delegazzjoni tal-Unjoni taħt ir-responsabilità tagħhom. Qabel ma jibdew jaqdu dmirijiethom, huma għandhom isegwu korsijiet speċifiċi ta’ taħriġ dwar il-kompiti u r-responsabilitajiet tal-uffiċjali awtorizzanti u dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

Il-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jirrapportaw dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 67(3).

Kull sena, il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega tal-Kummissjoni l-assigurazzjoni dwar is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll interni stabbiliti fid-Delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u r-riżultati tagħhom, sabiex jippermettu lill-uffiċjal awtorizzanti jifformula d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kif previst fl-Artikolu 66(9).

6.   Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi bord speċjalizzat għall-irregolaritajiet finanzjarji jew tipparteċipa f'bord konġunt imwaqqaf minn diversi istituzzjonijiet. Il-bordijiet għandhom jiffunzjonaw indipendentement u jiddeterminaw jekk tkunx seħħet irregolarità finanzjarja u x'għandhom ikunu l-konsegwenzi, jekk dan ikun il-każ.

Fuq il-bażi tal-opinjoni ta’ dan il-grupp, l-istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tagħtix bidu għal proċedimenti għal azzjoni dixxiplinari jew tal-ħlas ta’ kumpens. Jekk il-grupp jintebaħ bi problemi sistemiċi, dan għandu jibgħat rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal awtorizzanti u lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-persuna involuta, kif ukoll lill-awditur intern.

7.   Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega skont l-Artikolu 56(2), il-bord speċjalizzat għall-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun kompetenti għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 56(2).

Jekk il-grupp jintebaħ bi problemi sistematiċi, dan għandu jibgħat rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal awtorizzanti, lir-Rappreżentant Għoli u lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega tal-Kummissjoni, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-persuna involuta, kif ukoll lill-awditur intern.

Abbażi tal-opinjoni tal-bord, il-Kummissjoni tista' titlob lir-Rappreżentant Għoli biex jibda, fil-kapaċità tar-Rappreżentant Għoli bħala awtorità tal-ħatra, proċedimenti għal azzjoni dixxiplinari jew għal ħlas ta’ kumpens kontra l-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega jekk l-irregolaritajiet jirrigwardaw il-kompetenzi tal-Kummissjoni mgħoddija lilhom b'sottodelega. F'tali każ, ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu azzjoni xierqa skont ir-Regolamenti tal-Persunal biex jinforza d-deċiżjonijiet dwar l-azzjoni dixxiplinari jew il-ħlas ta’ kumpens, kif rakkomandat mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw b'mod sħiħ lill-Unjoni fl-infurzar ta’ kwalunkwe responsabbiltà skont l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ persunal temporanju li għalih japplika l-punt (e) tal-Artikolu 2 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati applikabbli lill-uffiċjali awtorizzanti b'delega, inkluża l-konferma tal-istruzzjonijiet u r-rwol tal-Bord dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji.

Taqsima 3

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità u l-amministraturi tal-imprest

Artikolu 74

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità

1.   Uffiċjal tal-kontabilità jista' jkun soġġett għal azzjoni dixxiplari u ħlas ta’ kumpens, kif stabbilit fi u skont il-proċeduri fir-Regolamenti tal-Persunal. Uffiċjal tal-kontabilità jista', b'mod partikolari, isir soġġett għal dan bħala riżultat ta’ kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin ta’ kondotta ħażina minn naħa tiegħu:

(a)

telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb;

(b)

bdil ta’ kontijiet bankarji jew kontijiet kurrenti postali b'mod żbaljat

(c)

irkuprar jew ħlas ta’ ammonti li ma jkunux konformi mal-ordnijiet għall-irkupru jew ordnijiet għall-ħlas korrispondenti;

(d)

huwa jonqos milli jiġbor id-dħul dovut.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali tal-kontabilità fil-każ ta’ forom oħra ta’ kondotta ħażina.

Artikolu 75

Regoli applikabbli għall-amministraturi tal-imprest

1.   Amministratur tal-imprest għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u l-ħlas ta’ kumpens, kif stabbilit u b'konformità mal-proċeduri fir-Regolamenti tal-Persunal. B'mod partikolari, Amministratur tal-imprest jista' jagħmel lilu nnifsu soġġett għal dan bħala riżultat ta’ kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin ta’ kondotta ħażina minn naħa tiegħu:

(a)

telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb;

(b)

nuqqas ta’ provi dokumentarji adegwati għall-ħlasijiet li jkun għamel;

(c)

ħlasijiet magħmula lil persuni li mhumiex intitolati għal tali ħlasijiet;

(d)

huwa jonqos milli jiġbor id-dħul dovut.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-responsabbiltà tal-amministratur tal-imprest fil-każ ta’ forom oħra ta’ kondotta ħażina.

KAPITOLU 5

Operazzjonijiet ta' dħul

Taqsima 1

Tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji

Artikolu 76

Riżorsi proprji

1.   Estimu tad-dħul kostitwit mir-riżorsi proprji, kif imsemmi fid-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom jkun rreġistrat fil-baġit f'euro. Dan għandu jkun disponibbli b'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati applikabbli lir-riżorsi proprji.

Taqsima 2

Stima tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 77

Stima tal-ammonti riċevibbli

1.   Meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkollu informazzjoni suffiċjenti u affidabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura jew sitwazzjoni li jistgħu jwasslu biex ikun hemm ammont dovut lill-Unjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jagħmel stima tal-ammont riċevibbli.

2.   L-istima tal-ammont riċevibbli għandha tkun aġġustata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli malli dan isir jaf b'avveniment li jimmodifika l-miżura jew is-sitwazzjoni li wasslet li ssir l-istima.

Meta jistabbilixxi l-ordni ta’ rkupru dwar miżura jew sitwazzjoni li qabel kienet wasslet fi stima tal-ammonti riċevibbli, tali stima għandha tiġi aġġustata skont dan mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

Jekk l-ordni ta’ rkupru jsir għall-istess ammont bħall-istima oriġinali tal-ammonti riċevibbli, tali stima għandha titnaqqas għal żero.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-ebda stimi tal-ammont riċevibbli ma għandhom isiru qabel mal-Istati Membri jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti tar-riżorsi proprji kif definiti fid-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom li huma mħallsa f'intervalli stabbiliti mill-Istati Membri. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu joħroġ ordni ta’ rkupru fir-rigward ta’ dawk l-ammonti.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati għall-istima tal-ammonti riċevibbli.

Taqsima 3

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 78

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

1.   L-istabbiliment ta’ ammont riċevibbli huwa l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli:

(a)

jivverifika li d-dejn jeżisti;

(b)

jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tad-dejn;

(c)

jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom ikun dovut id-dejn.

2.   Ir-riżorsi proprji mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u kull ammont riċevibbli li huwa identifikat bħala li jkun ċert, ta’ ammont fiss u dovut għandu jkun stabbilit b'ordni ta’ rkupru lill-uffiċjal tal-kontabilità segwit b'nota ta’ debitu mibgħuta lid-debitur, it-tnejn imħejjija mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

3.   L-ammonti li jitħallsu bi żball għandhom jiġu rkuprati.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-istabbiliment tal-ammonti riċevibbli, inklużi l-proċedura u provi dokumentarji, u l-interessi għal inadempjenza fil-ħlas.

Taqsima 4

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

Artikolu 79

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

1.   L-awtorizzazzjoni tal-irkupru hija att li permezz tiegħu l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontabilità, bil-ħruġ ta’ ordni ta’ rkupru, sabiex jirkupra ammont riċevibbli li l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun stabbilixxa.

2.   L-istituzzjoni tista' formalment tistabbilixxi ammont bħala riċevibbli minn persuni għajr Stati Membri permezz ta’ deċiżjoni li għandha tkun inforzabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 299 TFUE.

Jekk il-protezzjoni effiċjenti u f'waqtha tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni teħtieġ hekk, il-Kummissjoni tista' wkoll, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tadotta tali deċiżjoni infurzabbli għall-ġid tal-istituzzjonijiet l-oħra fuq talba tagħhom fir-rigward tal-pretensjonijiet dwar il-persunal li għalih japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-istabbiliment tal-ordni ta’ rkupru.

Taqsima 5

Irkupru

Artikolu 80

Regoli dwar l-irkupru

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jaġixxi fuq ordnijiet għall-irkupru għal ammonti riċevibbli li jkunu ġew iddeterminati b'mod xieraq mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jeżerċita diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-Unjoni tirċievi d-dħul tagħha u għandu jara li d-drittijiet tagħha jkunu ssalvagwardjati.

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra ammonti billi jpaċihom ma’ pretensjonijiet ekwivalenti li l-Unjoni jkollha fuq kull debitur li hu wkoll għandu pretensjoni kontra l-Unjoni. Tali pretensjonijiet għandhom jkunu ċerti, ta’ ammont fiss u eżegwibbli.

2.   Fejn l-uffiċjal awtorizzanti b’ delega jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja għal jew parzjalment jirrinunzja għal irkupru ta’ xi ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u li tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta’ rinunzja għandha tiġi ssostanzjata. L-uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega d-deċiżjoni tar-rinunzja.

L-uffiċjal awtorizzanti b’ delega jista' jħassar ammont riċevibbli stabbilit b'mod sħiħ jew parzjali. Il-kanċellazzjoni parzjali ta’ ammont riċevibbli stabbilit ma timplikax rinunzja għal intitolament stabbilit tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-mod ta’ rkupru, inkluż l-irkupru permezz ta’ tpaċija, proċedura ta’ rkupru fl-adempjenza ta’ ħlas volontarju, żmien addizzjonali għall-ħlas, irkupru ta’ multi u penali oħrajn, rinunzja tal-irkupru u kanċellazzjoni ta’ ammont riċevibbli stabbilit.

3.   L-Istati Membri għandhom, fl-ewwel lok, ikunu responsabbli mit-twettiq ta’ kontrolli u awditjar u mill-irkupru tal-ammonti minfuqa indebitament, kif previst fir-regoli speċifiċi għas-setturi. Sal-punt li l-Istati Membri jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stess, għandhom ikunu eżenti mill-korrezzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ tali irregolaritajiet.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri sabiex teskludi mill-finanzjamenti tal-Unjoni l-infiq li jkun jikser id-dritt applikabbli. Il-Kummissjoni għandha ssejjes il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti minfuqa indebitament, u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit. Meta dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu identifikati b'mod preċiż, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b'rata fissa skont ir-regoli speċifiċi għas-setturi.

Il-Kummissjoni għandha, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja, tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tad-dritt applikabbli kif ukoll l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit, inkluż fil-każ tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

Il-kriterji biex jiġu definiti l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-proċedura li għandha tkun applikata jistgħu jkunu stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

5.   Il-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet estrapolati jew b'rata fissa għandha tkun stabbilita skont ir-regoli speċifiċi għas-setturi bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista' tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 81

Perjodu ta’ limitazzjoni

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti speċifiċi u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, id-drittijiet tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi u d-drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-perjodu ta’ limitazzjoni.

Artikolu 82

Trattament nazzjonali għall-intitolamenti tal-Unjoni

Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, l-intitolamenti tal-Unjoni għandhom jingħataw l-istess trattament preferenzjali bħall-intitolamenti tal-istess natura dovuti lil korpi pubbliċi fl-Istati Membri fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti ta’ rkupru.

Artikolu 83

Multi, penali u mgħax dovut impost mill-Kummissjoni

1.   Ammonti riċevuti bħala multi, penali u sanzjonijiet, u kull imgħax jew dħul dovut jew dħul ieħor iġġenerat minnhom ma għandhomx ikunu rreġistrati bħala dħul tal-baġit sakemm id-deċiżjonijiet li jimponuhom jistgħu jkunu mħassra mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati bħala dħul tal-baġit mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mis-sena ta’ wara l-eżawriment tar-rimedji kollha legali. L-ammonti li għandhom ikunu rritornati lill-entità li ħallsithom, b'segwitu għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa, ma għandhomx jiġu rreġistrati bħala dħul tal-baġit.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet rigward l-approvazzjoni ta’ kontijiet jew korrezzjonijiet finanzjarji.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-ammonti rċevuti permezz ta’ multi, penali u mgħax dovut.

KAPITOLU 6

Operazzjonijiet ta' nfiq

Artikolu 84

Deċiżjoni ta’ finanzjament

1.   Kull element tan-nefqa għandu jiġi impenjat, validat, awtorizzat u mħallas.

2.   Ħlief fil-każ ta’ approprjazzjoniet li jistgħu jiġu implimentati skont il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2), l-impenn tan-nefqa għandu jkun preċedut b'deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom il-poteri jkunu ġew delegati mill-istituzzjoni.

3.   Id-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tispeċifika l-objettiv segwit, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħha. Hija għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, u kalendarju indikattiv għall-implimentazzjoni.

Fil-każ ta’ ġestjoni indiretta, id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha wkoll tispeċifika l-entità jew il-persuna fdata skont l-Artikolu 58(1), il-kriterji użati biex tintgħażel l-entità jew persuna u l-kompiti fdati lil dik il-persuna jew entità.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar deċiżjonijiet ta’ finanzjament.

Taqsima 1

Impenn ta' nfiq

Artikolu 85

Tipi ta’ impenji

1.   Impenn tal-baġit huwa l-operazzjoni li biha l-approprjazzjoni meħtieġa sabiex tkopri l-ħlasijiet sussegwenti sabiex ikunu onorat impenji legali hija rriservata.

Impenn legali huwa att li bih l-uffiċjal awtorizzanti jidħol fi, jew jistabbilixxi, obbligu li jirriżulta fi spiża.

L-impenn tal-baġit u l-impenn legali għandhom ikunu adottati mill-istess uffiċjal awtorizzanti, minbarra f'każi debitament ġustifikati kif stipulat fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar it-tipi ta’ impenn, l-adozzjoni ta’ impenji globali, il-firma unika u l-infiq amministrattiv kopert minn impenji provviżorji.

3.   L-impenji tal-baġit għandhom jidħlu f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

individwali: l-impenn tal-baġit huwa individwali meta l-benefiċjarju u l-ammont tan-nefqa huma magħrufa;

(b)

globali: l-impenn tal-baġit huwa globali meta għall-anqas wieħed mill-elementi meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali jkun għadu mhux magħruf;

(c)

provviżorju: l-impenn tal-baġit huwa provviżorju meta huwa intiż biex ikopri n-nefqa msemmija fl-Artikolu 170 jew nefqa amministrattiva ta’ rutina u jew l-ammont jew il-benefiċjarji finali ma jkunux magħrufa b'mod definittiv.

4.   L-impenji tal-baġit għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jkunu maqsuma matul diversi snin f'siltiet annwali biss meta l-att bażiku hekk jipprovdi jew fejn ikunu relatati man-nefqa amministrattiva.

Artikolu 86

Regoli applikabbli għall-impenji

1.   Fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura li tista' twassal għal nefqa debitabbli lill-baġit, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jagħmel impenn baġitarju qabel ma jidħol f'impenn legali ma’ partijiet terzi jew jittrasferixxi fondi lejn fond fiduċjarju fuq il-bażi tal-Artikolu 187.

2.   L-obbligu biex isir impenn tal-baġit qabel ma jittieħed impenn legali kif previst fil-paragrafu 1, m'għandhux ikun applikabbli għall-impenji legali konklużi wara dikjarazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi fil-qafas tal-pjan ta’ kontinwità tal-attivitajiet, f'konformità mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe istituzzjoni oħra taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha.

3.   Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u għajnuna għall-maniġġar ta’ kriżijiet, l-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 ma għanduxjapplikajekk eżekuzzjoni effiċjenti tal-intervent tal-Unjoni jeħtieġ li l-Unjoni tidħol f' impenn legali ma’ partijiet terzi immedjatament u mhuwiex possibbli li impenn baġitarju jiġi riservat minn qabel. L-impenn tal-baġit għandu jiġi riservat mingħajr dewmien wara t-teħid ta’ impenn legali ma’ partijiet terzi.

4.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali tat-Titolu IV tat-Tieni Parti, l-impenji globali tal-baġit għandhom ikopru l-ispiża totali tal-impenji legali individwali li jikkorrispondu magħhom konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n + 1.

Soġġett għall-Artikoli 85(4) u 203(2), l-impenji legali individwali li jirrigwardaw impenji individwali jew proviżżorji tal-baġit għandhom ikunu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n.

Fit-tmiem tal-perjodi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-bilanċ mhux użat ta’ tali impenji tal-baġit għandu jiġi diżimpenjat mill-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli.

L-ammont ta’ kull impenn legali individwali adottat b'segwiment ta’ impenn globali baġitarju għandu, qabel il-firma, jkun irreġistrat mill-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli fil-kontijiet tal-baġit u mdaħħal fl-impenn globali baġitarju.

5.   L-impenji baġitarji u legali li jsiru għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda għandhom, ħlief fil-każ ta’ nefqa tal-persunal, ikollhom data finali għal-implimentazzjoni stabbilita, b'konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Xi partijiet ta’ tali impenji li ma jkunux ġew effettwati fi żmien sitt xhur wara d-data għandhom ikunu diżimpenjati f'konformità mal-Artikolu 15.

L-ammont ta’ impenn tal-baġit li jikkorrispondi għal impenn legali li għalih ma sar l-ebda ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 90 f'perjodu ta’ sentejn wara l-iffirmar tal-impenn legali għandu jkun diżimpenjat, ħlief fejn dak ammont ikun relatat ma’ każi f'litigazzjoni quddiem qrati ġudizzjarji jew korpi arbitrali jew fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċjali preskritti fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-impenji tal-baġit u legali inkluża r-reġistrazzjoni tal-impenji individwali.

Artikolu 87

Verifiki applikabbli għall-impenji

1.   Meta jadotta impenn tal-baġit, l-uffiċjal awtorizzanti li hu responsabbli għandu jassigura li:

(a)

in-nefqa tkun ġiet debitata lill-partita korretta tal-baġit;

(b)

l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli;

(c)

in-nefqa tkun f'konformità mat-Trattati, mal-baġit, ma’ dan ir-Regolament, mal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u mal-atti kollha adottati b'konformità mat-Trattati u kwalunkwe regolament ieħor;

(d)

ikun hemm konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. L-adegwatezza ta’ ħlasijiet ta’ prefinanzjament, l-ammont tagħhom u l-iskeda globali tal-ħlas għandhom ikunu proporzjonati mat-tul ippjanat, il-progress fl-implimentazzjoni u r-riskji finanzjarji li dan il-finanzjament jinvolvi.

2.   Meta jirreġistra l-impenn legali b'firma fiżika jew elettronika, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jassigura li:

(a)

l-impenn ikun kopert bl-impenn tal-baġit li jikkorrispondi miegħu;

(b)

in-nefqa tkun regolari u tkun konformi mat-Trattati, tal-baġit, ta’ dan ir-Regolament, tal-atti delegati imsemmija adottati skont dan ir-Regolament u l-atti kollha adottati skont it-Trattati u kwalunkwe regolament ieħor;

(c)

jiġi rispettat il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-verifiki applikabbli għall-impenji.

Taqsima 2

Validazzjoni tan-nefqa

Artikolu 88

Validazzjoni tan-nefqa

1.   Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli:

(a)

jivverifika l-eżistenza tal-initolament tal-kreditur;

(b)

jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tal-pretensjoni;

(c)

jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom huwa dovut il-ħlas.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward il-ħolqien ta’ regoli dettaljati dwar il-validazzjoni tan-nefqa, inkluż pagament għal infiq tal-persunal u għall-pagamenti interim u tal-bilanċ ta’ kuntratti ta’ akkwist u għotjiet, iċċertifikati bħala korretti għall-pagamenti ta’ prefinanzjament, forom materjali ta’ "mgħoddi għall-ħlas" u "iċċertifikat konformi".

Taqsima 3

Awtorizzazzjoni tan-nefqa

Artikolu 89

Awtorizzazzjoni tan-nefqa

1.   L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li permezz tiegħu l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità billi joħroġ ordni għall-ħlas, sabiex iħallas ammont tan-nefqa li l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun ivvalida.

Fejn isiru ħlasijiet perjodiċi fir-rigward tas-servizzi mogħtija, inklużi s-servizzi ta’ kiri jew ta’ merkanzija konsenjata, u bla ħsara għall-analiżi tar-riskju tal-uffiċjal awtorizzanti, l-uffiċjal awtorizzanti jista' jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-awtorizzazzjonijiet tan-nefqa, inkluż l-istabbiliment ta’ dettalji obbligatorji għall-ordnijiet għall-ħlas u dwar verifiki min-naħa tal-uffiċjal awtorizzanti tal-ordnijiet għall-ħlas.

Taqsima 4

Ħlas tal-infiq

Artikolu 90

Tipi ta’ ħlasijiet

1.   Il-ħlas għandu jsir mal-preżentazzjoni ta’ prova li l-azzjoni relevanti tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-att bażiku jew mal-kuntratt u għandu jkopri waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħlas tal-ammont kollu dovut;

(b)

il-ħlas tal-ammont dovut f'xi wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:

(i)

prefinanzjament li jista' jinqasam f'numru ta’ ħlasijiet wara l-iffirmar tal-ftehim ta’ delega, il-kuntratt jew ftehim ta’ għotja jew wara li tiġi rċevuta notifika tad-deċiżjoni tal-għotja;

(ii)

ħlas interim wieħed jew aktar bħala kontroparti għat-twettiq parzjali tal-azzjoni;

(iii)

ħlas tal-bilanċ tal-ammonti dovuti meta l-azzjoni tiġi mwettqa b'mod sħiħ.

2.   Għandha ssir distinzjoni fil-kontabilità baġitarja bejn it-tipi differenti ta’ ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fil-waqt li fih isir kull ħlas.

3.   Ir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 152 għandhom jinkludu r-regoli għall-approvazzjoni tal-prefinanzjament fil-kontijiet u għar-rikonoxximent tal-eliġibbiltà tal-kostijiet.

4.   Il-ħlasijiet tal-prefinanzjament għandhom ikunu approvati b'mod regolari mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skont in-natura ekonomika u l-kalendarju tal-proġett involut.

Meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jqis li hu ineffiċjenti li jintalab rendikont finanzjarju mill-benefiċjarji jew mill-kuntratturi, għal għotjiet jew kuntratti ta’ 'l fuq minn EUR 5 000 000, għandu jikseb informazzjoni minnhom dwar l-infiq kumulattiv tal-anqas darba f'sena.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijet xierqa fil-kuntratti, deċiżjonijiet ta’ għotja u ftehimiet kif ukoll fil-ftehimiet ta’ delega.

Dan il-paragrafu huwa bla ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fit-Titolu IV tat-Tieni Parti.

5   . Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar it-tipi ta’ ħlasijiet u l-provi dokumentarji.

Artikolu 91

Ħlas limitat għall-fondi disponibbli

Il-ħlas tal-infiq għandu jsir mill-uffiċjal tal-kontabilità fil-limiti tal-fondi disponibbli.

Taqsima 5

Limiti ta' żmien għall-infiq

Artikolu 92

Limiti taż-żmien

1.   Il-ħlasijiet għandhom isiru f' perjodu ta':

(a)

90 ġurnata ta’ kalendarju għall-ftehimiet ta’ delega, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet li jinvolvu servizzi tekniċi jew azzjonijiet li huma partikolarment kumplessi biex jiġu evalwati u li għalihom il-ħlas jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat;

(b)

60 ġurnata ta’ kalendarju għall-ftehimiet ta’ delega l-oħra kollha, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet li għalihom il-ħlas jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat;

(c)

30 ġurnata ta’ kalendarju għall-ftehimiet ta’ delega l-oħra kollha, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet.

2.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jissospendi l-limitu ta’ żmien għall-ħlas fejn:

(a)

l-ammont tat-talba tal-ħlas mhuwiex dovut jew

(b)

ma ntwerewx il-provi dokumentarji adegwati.

Jekk l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli isir jaf b'informazzjoni li tqiegħed f'dubju l-eliġibbiltà tan-nefqa f'talba għal ħlas, huwa jista' jissospendi l-limitu ta’ żmien għal ħlas sabiex jivverifika, inkluż permezz ta’ kontrolli fuq il-post, li n-nefqa hija fil-fatt eliġibbli.

3.   Il-kredituri kkonċernati għandhom jiġu informati bil-miktub dwar ir-raġunijiet ta’ dik is-sospensjoni.

4.   Meta s-sospensjoni taqbeż il-perjodu ta’ xahrejn, il-kreditur jista' jitlob deċiżjoni min-naħa tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli dwar jekk is-sospensjoni għandhiex titkompla.

5   Barra fil-każ tal-Istati Membri, f'għeluq il-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-interessi.

6   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-limiti taż-żmien għall-ħlasijiet u dwar l-ispeċifikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom il-kredituri mħallsa tard huma intitolati li jirċievu imgħax għall-ħlas tard li għandu jkun iddebitat għal-linja li minnha s-somma ewlenija kienet ġiet imħallsa.

KAPITOLU 7

Sistemi tal-IT u gvern elettroniku

Artikolu 93

Ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet

1.   Fejn l-operazzjonijiet ta’ dħul u nfiq ikunu ġestiti permezz ta’ sistemi tal-kompjuter, id-dokumenti jistgħu jiġu ffirmati permezz ta’ proċedura kompjuterizzata jew elettronika.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet.

Artikolu 94

Trażmissjoni ta’ dokumenti

Soġġett għall-ftehim preċedenti tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri kkonċernati, kull trażmissjoni ta’ dokumenti bejniethom tista' ssir b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 95

Gvern elettroniku

1.   Fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża, kull skambju uffiċjali ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jsir bil-mezzi indikati fir-regoli speċifiċi għas-setturi. Dawk ir-regoli għandhom jipprevedu l-interoperabbiltà tad-data miġbura jew irċevuta u trażmessa b'mod ieħor fil-ġestjoni tal-baġit.

2   L-istituzzjonijiet u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll il-korpi msemmija fl-Artikolu 208 għandhom jistabbilixxu u japplikaw standards uniformi għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni ma’ terzi li jieħdu sehem fil-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti. B'mod partikolari, dawn għandhom, sal-massimu possibbli, ifasslu u jimplimentaw soluzzjonijiet għall-preżentazzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tad-data ppreżentata fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti, u għal dawn il-finijiet, għandhom jiddefinixxu "spazju ta’ interskambju tad-data elettronika" uniku għall-applikanti, il-kandidati u l-offerenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Gvern elettroniku.

KAPITOLU 8

Prinċipji amministrattivi

Artikolu 96

Amministrazzjoni tajba

1.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jħabbar mingħajr dewmien il-bżonn ta’ forniment ta’ provi u/jew dokumentazzjoni, il-forma u l-kontenut prerikwesti tagħhom, kif ukoll, jekk ikun il-każ, il-kalendarju indikattiv għat-tlestija tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni.

2.   Fejn, minħabba żball ta’ kopjar evidenti min-naħa tal-applikant jew tal-offerent, l-applikant jew tal-offerent jonqos milli jippreżenta provi jew jagħmel dikjarazzjonijiet, il-kumitat ta’ valutazzjoni jew, jekk ikun il-każ, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, jitlob lill-applikant jew lill-offerent iforni l-informazzjoni nieqsa jew jiċċara l-provi dokumentarji. Tali informazzjoni jew kjarifiki ma għandhomx jimmodifikaw sostanzjalment il-proposta jew jalteraw it-termini tas-sejħa għall-offerti.

Artikolu 97

Indikazzjoni ta’ mezzi ta’ rimedju

Meta att proċedurali ta’ uffiċjal awtorizzanti jolqot b'mod negattiv id-drittijiet ta’ applikant jew ta’ offerent, benefiċjarju jew kuntrattur, għandu jkun fiha indikazzjoni tal-mezzi disponibbli ta’ rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju għall-kontestazzjoni ta’ dan l-att.

B'mod partikolari, in-natura tar-rimedju, l-entità jew l-entitajiet lil min jista' jitressaq kif ukoll il-limiti taż-żmien għall-eżerċizzju tagħhom għandhom ikunu indikati.

KAPITOLU 9

Awditur intern

Artikolu 98

Appuntar tal-awditur intern

1.   Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi funzjoni ta’ awditjar intern li għandha tkun imwettqa f'konformità man-normi internazzjonali relevanti. L-awditur intern maħtur mill-istituzzjoni għandu jwieġeb għal din tal-aħħar dwar il-verifika tal-operat xieraq tas-sistemi u l-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-awditur intern la jista' jkun uffiċjal awtorizzanti u lanqas uffiċjal tal-kontabilità.

2.   Għall-iskopijiet tal-awditu intern tas-SEAE, il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega skont l-Artikolu 56(2), għandhom ikunu soġġetti għas-setgħat ta’ verifika tal-awditur intern tal-Kummissjoni għall-ġestjoni finanzjarja sottodelegata lilhom.

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-awditur intern tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tas-SEAE tal-baġit, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 213.

3   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-ħatra tal-awditur intern.

Artikolu 99

Poteri u dmirijiet tal-awditur intern

1.   L-awditur intern għandu jagħti pariri lill-istituzzjoni tiegħu dwar it-trattar tar-riskji, billi jippreżenta opinjonijiet indipendenti rigward il-kwalità ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u billi jippreżenta rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

L-awditur intern għandu jkun responsabbli partikolarment sabiex:

(a)

jivvaluta l-adattabilità u l-effikaċja tas-sistemi interni tal-ġestjoni u l-imġiba tat-dipartimenti fl-implimentazzjoni tal-politiki, il-programmi u l-azzjonijiet b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom;

(b)

jivvaluta l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tal-kontroll intern u tal-awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni baġitarja.

2.   L-awditur intern għandu jwettaq id-doveri tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istituzzjoni. Hu għandu jgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-doveri tiegħu, jekk meħtieġ fuq il-post, inklużi fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.

L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali tal-uffiċjali awtorizzanti u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.

3.   L-awditur intern għandu jirrapporta lill-istituzzjoni dwar dak li jsib u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-istituzzjoni għandha tassigura li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar. L-awditur intern għandu wkoll jippreżenta lill-istituzzjoni rapport annwali tal-awditjar intern li fih jindika n-numru u t-tip ta’ awditi interni li hu jkun wettaq, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fir-rigward ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

4.   L-istituzzjoni għandha tagħmel disponibbli d-dettalji ta’ kuntatt tal-awditur intern għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f'operazzjonijiet ta’ nfiq, għall-iskopijiet ta’ kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.

5.   Ta' kull sena l-istituzzjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih sommarju tan-numru u t-tip ta’ awditi interni mwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

6.   Ir-rapporti u r-riżultati tal-awditur intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-poteri u d-dmirijiet tal-awditur intern.

Artikolu 100

Indipendenza tal-awditur intern

1.   Regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-istituzzjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li l-awditur intern ikun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu, u jistabbilixxu r-responsabbilità tal-awditur intern.

Jekk l-awditur intern hu membru tal-persunal, huwa għandu jeżerċita l-funzjonijiet esklużivi ta’ awditur b'indipendenza totali u jassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal u stabbilit fl-atti delegati adottai skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 dwar ir-regoli dettaljati dwar l-indipendenza u r-responsabbiltà tal-awditur intern, inkluż id-dritt tal-awditur intern li jintenta kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

TITOLU V

AKKWIST PUBBLIKU

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1

Ambitu u prinċipji tal-aġġudikazzjoni

Artikolu 101

Definizzjoni tal-kuntratti pubbliċi

1.   Il-kuntratti pubbliċi huma kuntratti għal interess pekunarju konklużi bil-kitba bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar skont it-tifsira tal-Artikoli 117 u 190, sabiex tinkiseb, għal pagament ta’ prezz imħallas totalment jew parzjalment mill-baġit, il-provvista ta’ beni immobbli jew mobbli, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi.

Tali kuntratti jinkludu:

(a)

kuntratti ta’ bini;

(b)

kuntratti ta’ forniment;

(c)

kuntratti ta’ xogħlijiet;

(d)

kuntratti ta’ servizzi.

2.   Kuntratti qafas huma kuntratti konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar, li l-iskop tagħhom huwa li jiġu stabbiliti t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jiġu aġġudikati matul perjodu speċifiku, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista. Huma għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijet ta’ dan it-Titolu dwar il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, inkluż ir-reklamar.

3.   Bla ħsara għall-Artikoli 106 sa 109, dan it-Titolu ma għandux japplika għall-għotjiet, jew għal kuntratti għall-assistenza teknika konklużi bejn mal-BEI jew mal-Fond Ewropew tal-Investiment.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar id-definizzjoni u l-ambitu tal-kuntratti ta’ akkwist, inkluż il-kuntratti qafas u l-kuntratti speċifiċi.

Artikolu 102

Prinċipji applikabbli għall-kuntratti pubbliċi

1.   Il-kuntratti pubbliċi kollha li huma ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-baġit għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, il-proporzjonalità, it-trattament ugwali u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.

2.   Il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku kollha għandhom ikunu ppreżentati għall-offerti fuq il-bażi l-aktar wiesgħa, apparti milli meta l-użu jsir mill-proċedura nnegozjata riferuta fl-Artikolu 104(1).

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw kuntratti ta’ qafas b'mod mhux xieraq jew b'mod li l-għan jew l-effett ikun il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

Taqsima 2

Pubblikazzjoni

Artikolu 103

Pubblikazzjoni tal-kuntratti pubbliċi

1.   Il-kuntratti kollha li jaqbżu l-limiti massimi previsti fl-Artikolu 118 jew l-Artikolu 190 għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet kontraenti.

L-avviżi tal-kuntratti għandhom ikunu ppubblikati minn qabel minbarra fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 104(2), u għall-kuntratti ta’ servizzi koperti mill-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (17).

Il-pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni wara li l-kuntratt ikun ġie aġġudikat tista' ma sseħħx jekk dan ikun ifixkel l-applikazzjoni tal-liġi, ikun kuntrarju għall-interess pubbliku, ikun ta’ ħsara għall-interessi leġittimi tan-negozju ta’ impriżi pubbliċi jew privati jew jista' jfixkel il-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

2.   Kuntratti b'valur taħt il-limiti massimi stipulati fl-Artikolu 118 jew l-Artikolu 190 u l-kuntratti ta’ servizzi msemmija fl-Anness IIB għad-Direttiva 2004/18/KE għandhom ikunu rreklamati b'mezzi xierqa.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għar-reklamar ta’ kuntratti u l-pubblikazzjoni tal-avviżi.

Taqsima 3

Proċeduri ta' akkwist

Artikolu 104

Proċeduri ta’ akkwist

1.   Il-proċeduri ta’ akkwist għandhom jieħdu waħda minn dawn il-forom li ġejjin:

(a)

il-proċedura miftuħa;

(b)

il-proċedura ristretta;

(c)

il-kompetizzjonijiet;

(d)

il-proċedura nnegozjata;

(e)

id-djalogu kompetittiv.

Meta kuntratt pubbliku jew kuntratt ta’ qafas huwa ta’ interess għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar, l-aġenziji eżekuttivi jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 208 u 209, u fejn hemm possibilità li jkun realizzat gwadann ta’ effiċjenza, l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati għandhom ifittxu li jwettqu l-proċedura ta’ akkwist fuq bażi interistituzzjonali.

Meta kuntratt pubbliku jew kuntratt qafas huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni konġunta bejn istituzzjoni u awtorità kontraenti waħda jew aktar minn Stat Membru, il-proċedura ta’ akkwist tista' titwettaq konġuntament mill-istituzzjoni u mill-awtoritajiet kontraenti, f'ċerti sitwazzjonijiet, li għandhom ikunu speċifikati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

Jista' jsir akkwist konġunt mal-istati tal-EFTA, u mal-pajjiżi kandidati tal-Unjoni, jekk din il-possibbiltà kienet espressament prevista fi Trattat bilaterali jew multilaterali.

2.   Għall-kuntratti li l-valur tagħhom jeċċedi l-massimu stipulat fl-Artikoli 118 jew 190, l-użu tal-proċedura nnegozjata għandu jkun awtorizzat biss fil-każi stipulati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar it-tipi ta’ proċeduri ta’ akkwist, akkwist konġunt, kuntratti ta’ valur baxx u l-ħlas fuq preżentazzjoni ta’ fatturi.

Artikolu 105

Kontenut tas-sejħa għall-offerti

Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għandhom jagħtu deskrizzjoni sħiħa, ċara u preċiża tas-soġġett tal-kuntratt u jispeċifikaw il-kriterji tal-esklużjoni, l-għażla u l-aġġudikazzjoni applikabbli għall-kuntratt.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut tad-dokumenti tal-offerta, inkluż il-possibbiltà li u l-kundizzjonijiet għal reviżjoni tal-prezz u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Artikolu 106

Kriterji tal-esklużjoni applikabbli għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist

1.   Il-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist jekk:

(a)

huma falluti jew qed jiġu stralċati, għandhom l-affarijiet tagħhom amministrati mill-qrati, daħlu fi ftehim mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom, huma soġġett ta’ proċedimenti li jirrigwardaw dawn il-kwistjonijiet, jew jinsabu f'sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili stipulata fil-leġislazzjoni jew regolamenti nazzjonali;

(b)

huma jew persuni li jkollhom il-poter tar-rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuqhom ikunu nstabu ħatja ta’ reat li jirrigwarda l-kondotta professjonali tagħhom b'sentenza ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li għandha l-forza ta’ res judicata;

(c)

huma kienu ħatja ta’ kondotta ħażina serja professjonali ppruvata b'kull mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika inkluż b'deċiżjonijiet tal-BEI u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

ma jkunux konformi mal-obbligi relatati mal-pagament tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew mal-ħlas tat-taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huma stabbiliti jew ma’ dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew ma’ dawk tal-pajjiż ta’ fejn il-kuntratt ikun sejjer jiġi eżegwit;

(e)

huma jew persuni li jkollhom poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuqhom ikunu soġġetti għal sentenza li jkollha l-forza ta’ res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali, ħasil tal-flus jew kwalunkwe attività illegali oħra, fejn din l-attività illegali hija detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(f)

huma soġġetti għal penali amministrattiva msemmija fl-Artikolu 109(1).

Il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ xiri ta’ provvisti b'termini partikolarment vantaġġjużi mingħand fornitur li definittivament se jtemm l-attivitajiet tan-negozju tiegħu, jew mingħand ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta’ falliment, permezz ta’ ftehim mal-kredituri, jew permezz ta’ proċedura simili skont id-dritt nazzjonali.

Il-punti (b) u (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fejn il-kandidati jew l-offerenti jistgħu juru li ġew adottati miżuri adegwati kontra l-persuni li għandhom il-poteri tar-rappreżentanza, teħid tad-deċiżjonijiet jew kontroll fuqhom li huma soġġetti għal sentenza kif imsemmi fil-punti (b) jew (e) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Fil-każ ta’ proċedura nnegozjata fejn, għal raġunijiet tekniċi jew artistiċi, jew għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ drittijiet esklussivi, il-kuntratt jista' jiġi aġġudikat biss lil operatur ekonomiku partikolari, l-istituzzjoni tista' tiddeċiedi li ma teskludix lill-operatur ekonomiku kkonċernat għar-raġunijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jekk dan huwa indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz tal-istituzzjoni. F'talikażijiet, l-istituzzjoni għandha debitament tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.

3.   Il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jiċċertifikaw li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġew elenkati fil-paragrafu 1. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista' ma titlobx din iċ-ċertifikazzjoni għal kuntratti ta’ valur baxx ħafna.

Għall-fini tal-applikazzjoni korretta tal-paragrafu 1, il-kandidat jew l-offerent, kulmeta jintalab mill-awtorità kontraenti, għandu:

(a)

fejn il-kandidat jew offerent huwa persuna ġuridika, jipprovdi informazzjoni dwar is-sjieda jew il-ġestjoni, il-kontroll u l-poter ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika u jiċċertifika li mhumiex f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

fejn ikun previst l-aġġudikazzjoni ta’ subkuntratt, jiċċertifika li s-subkuntrattur mhux f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar:

(a)

il-kriterji ta’ esklużjoni applikabbli għall-parteċipazzjoni fis-sejħiet għall-offerti, inklużi r-regoli dwar l-attivitajiet illegali li jagħtu lok għall-esklużjoni;

(b)

liema provi jistgħu jkunu sodisfaċenti biex juru li ma tissussistix sitwazzjoni ta’ esklużjoni;

(c)

it-tul ta’ żmien ta’ esklużjoni; tali esklużjoni ma għandhiex taqbeż l-10 snin.

Artikolu 107

Kriterji ta’ esklużjoni applikabbli għall-għotjiet

1.   Kuntratt m'għandux jiġi aġġudikat lil kandidati jew offerenti li, matul il-proċedura ta’ akkwist għal dak il-kuntratt:

(a)

ikunu soġġetti għal kunflitt ta’ interessi;

(b)

ikunu ħatja ta’ qerq fl-informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kontraenti bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist jew jonqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni;

(c)

isibu ruħhom f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni, imsemmija fl-Artikolu 100(1), għall-proċedura ta’ akkwist.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kriterji ta’ esklużjoni applikabbli matul il-proċedura tal-akkwist, u d-determinazzjoni ta’ liema provi jistgħu jitqiesu bħala sodisfaċenti biex juru li ma tissussistix sitwazzjoni ta’ esklużjoni. Barra minn hekk, f' sitwazzjoni ta’ esklużjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward it-tul ta’ żmien tal-esklużjoni.

Artikolu 108

Bażi tad-data ċentrali tal-esklużjoni

1.   Il-bażi ta’ data ċentrali tal-esklużjoni stabbilita u operata mill-Kummissjoni, għandu jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u l-offerenti li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 106, punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 109(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 109(2). Dik il-bażi ta’ data għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi msemmijin fl-Artikolu 208. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu informati kull sena bin-numru ta’ każijiet ġodda u bin-numru totali ta’ każijiet imdaħħla fil-bażi tad-data.

2.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kif ukoll il-korpi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikoli 58 u 61, għandhom jikkomunikaw lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli l-informazzjoni dwar il-kandidati u l-offerenti li jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 106(1), fejn il-kondotta tal-operatur konċernat kienet ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dak l-uffiċjal awtorizzanti għandu jirċievi din l-informazzjoni u jitlob lill-uffiċjal awtorizzanti biex idaħħalha fil-bażi tad-data.

L-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-ewwel inċiż ta’ dan il-paragrafu għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data u jistgħu jieħdu kont tagħha, kif adegwat u fuq ir-responsabbiltà tagħhom stess, fl-għoti ta’ kuntratti assoċjat mal-implimentazzjoni tal-baġit.

3.   Il-BĊE, il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni fil-bażi tad-data għall-finijiet tal-protezzjoni tal-fondi tagħhom u jistgħu jiħduha f'kunsiderazzjoni, kif xieraq u fuq ir-responsabbiltà tagħhom stess fl-għoti ta’ kuntratti f'konformità mar-regoli tagħhom dwar l-akkwisti.

Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-kandidati u l-offerenti li huma f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 106(1), fejn il-kondotta tal-operaturi kkonċernati kienet ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-bażi tad-data ċentrali tal-esklużjoni, inkluż id-definizzjoni tal-proċeduri standardizzati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-operat tal-bażi tad-data.

5.   L-aċċess jista' jingħata lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi biss meta r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikunu ġew irrispettati u wara li tkun saret valutazzjoni fuq il-bażi ta’ każ b'każ.

Artikolu 109

Penali amministrattivi u finanzjarji

1.   L-awtorità kontraenti tista' timponi penalitajiet amministrattivi u/jew finanzjarji fuq dawn li ġejjin:

(a)

kuntratturi, kandidati jew offerenti fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 107(1);

(b)

kuntratturi li ġew iddikjarati li huma fi ksur serju tal-obbligi tagħhom skont kuntratti koperti mill-baġit.

Madanakollu, fil-każi kollha, l-awtorità kontraenti għandha l-ewwel tagħti lill-persuna kkonċernata opportunità sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

2.   Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 iridu jkunu proporzjonati għall-importanza tal-kuntratt u għas-serjetà tal-kondotta ħażina, u jistgħu jikkonsistu f'dawn li ġejjin:

(a)

l-esklużjoni tal-kandidat jew tal-offerent jew tal-kuntrattur ikkonċernat mill-kuntratti u l-għotjiet iffinanzjati mill-baġit, għal perjodu massimu ta’ għaxar snin; u/jew

(b)

il-ħlas ta’ penali finanzjarji mill-kandidat jew l-offerent jew mill-kuntrattur sal-valur tal-kuntratt ikkonċernat.

3.   Sabiex jissaħħaħ il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu, bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, li jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li fihom jimponu penali amministrattivi jew finanzjarji msemmija fl-ewwel paragrafu wara li jkun hemm konformità sħiħa mal-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu.

Id-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tqis b'mod partikolari s-serjetà tal-kondotta ħażina, inkluż l-impatt tagħha fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġini tal-Unjoni, iż-żmien li jkun għadda, it-tul u r-rikorrenza tal-kondotta ħażina, l-intenzjoni jew il-grad ta’ negliġenza tal-entità kkonċernata u l-miżuri meħuda mill-entità kkonċernata sabiex tirranġa s-sitwazzjoni.

Id-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni għandha tkun inkluża fid-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew finanzjarja u għandha tipprevedi b'mod ċar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali, jew ta’ sommarju tagħha, fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjoni.

Biex jiġi żgurat effett deterrenti, is-sommarju ppubblikat għandu jinkludi l-isem tal-persuna responsabbli għall-kondotta ħażina, deskrizzjoni qasira tal-fatti, il-programm ikkonċernat u t-tul tal-esklużjoni u/jew l-ammont tal-penali finanzjarji.

Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata wara li jkunu ntużaw ir-rimedji legali kollha kontra d-deċiżjoni jew wara li jiskadu l-iskadenzi biex jinstab rimedju, u l-pubblikazzjoni għandha tibqa' fuq is-sit tal-Internet sa tmiem il-perjodu tal-esklużjoni jew sa sitt xhur wara l-ħlas tal-penali finanzjarji, meta dawn il-penali jkunu jikkostitwixxu l-unika miżura li tkun ġiet deċiża.

Meta jkunu kkonċernati persuni fiżiċi, id-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni xierqa tad-dritt għall-privatezza u b'rispett għad-drittijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar penali amministrattivi u finanzjarji differenti għall-offerenti jew għall-kandidati li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, li jkunu wettqu żbalji sostanzjali, ikkommettew irregolaritajiet jew frodi jew ikunu nstabu fi ksur gravi tal-obbligi kuntrattwali tagħhom.

Artikolu 110

Kriterji tal-aġġudikazzjoni tal-kuntratti

1.   Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji għall-aġġudikazzjoni applikabbli għall-kontenut tas-sejħa għall-offerti wara li l-ħila tal-operaturi ekonomiċi mhux esklużi taħt l-Artikoli 106, 107 u l-punt (a) tal-Artikolu 109(2) tkun ġiet iċċekkjata skont il-kriterji tal-għażla li jinsabu fid-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti.

2.   Il-kuntratti għandhom jingħataw bil-proċedura awtomatika ta’ aġġudikazzjoni jew bil-proċedura tal-aħjar valur għall-flus.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni u tal-kriterji ta’ aġġudikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward id-dokumenti li jagħtu prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja u prova tal-kapaċità teknika u professjonali u regoli dettaljati dwar il-bejgħ bl-irkant elettroniku u l-offerti anormalment baxxi.

Artikolu 111

Tfigħ ta’ offerti

1.   L-arranġamenti sabiex jintefgħu l-offerti għandhom ikunu tali li jiżguraw li jkun hemm kompetizzjoni ġenwina u li l-kontenut tal-offerti jibqa' kunfidenzjali sakemm jinfetħu kollha simultanjament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi b'mezzi xierqa u b'applikazzjoni tal-Artikolu 95 li l-offerenti jkunu jistgħu jdaħħlu l-kontenuti tal-offerti u kull prova dokumentarja f'format elettroniku ("akkwist elettroniku").

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni sat-28 ta’ Ottubru 2014 u regolarment wara dan.

3.   L-awtorità kontraenti tista', jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, titlob lill-offerenti jippreżentaw sigurtà bil-quddiem bħala garanzija li l-offerti magħmulin ma jiġux irtirati.

4.   Bl-eċċezzjoni tal-kuntratti ta’ valur baxx imsemmija fl-Artikolu 104(3), l-applikazzjonijiet u l-offerti għandhom ikunu miftuħa minn bord tal-ftuħ appuntat għal-dak l-iskop. Kwalunkwe offerta jew applikazzjoni ddikjarata mill-bord li ma tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti għandha tkun miċħuda.

5.   It-talbiet għal parteċipazzjoni jew l-offerti kollha ddikjarati mill-bord tal-ftuħ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti għandhom jiġu evalwati, abbażi tal-kriterji previsti fid-dokumenti rigward is-sejħa għall-offerti, sabiex issir proposta lill-awtorità kontraenti jew li jiġi aġġudikat il-kuntratt jew li jsir irkant elettroniku.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar it-tfigħ ta’ offerti u l-iffissar tal-limiti taż-żmien biex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni, iż-żmien permess għall-aċċess għad-dokumentazzjoni tal-istedina biex jintefgħu offerti u l-limiti taż-żmien f'każijiet urġenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward il-metodi differenti ta’ komunikazzjoni u r-regoli dettaljati dwar il-possibbiltà ta’ garanzija tal-offerta, il-ftuħ tal-offerti, it-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti u tat-talbiet għall-parteċipazzjoni.

Artikolu 112

Prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza

1.   Waqt li l-proċedura tal-aġġudikazzjoni tkun għaddejja, il-kuntatti kollha bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati jew l-offerenti għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li jassiguraw trasparenza u trattament ugwali. Dawn ma għandhomx iwasslu għal emendar tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt jew tat-termini tal-offerta oriġinali.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward il-kuntatt li hu permess bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti tul l-iżvolġiment tal-proċedura tal-aġġudikazzjoni tal-kuntratt, ir-rekwiżiti minimi għar-reġistrazzjoni bil-miktub ta’ evalwazzjoni u d-dettalji minimi tad-deċiżjoni meħuda mill-awtoità kontraenti.

Artikolu 113

Deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni

1.   L-uffiċjal awtorizzanti għandu jiddeċiedi lil min għandu jiġi aġġudikat il- kuntratt, b'konformità mal-kriterji tas-selezzjoni u l-aġġudikazzjoni stabbiliti minn qabel fid-dokumenti li jirrelataw mas-sejħa għal-offerti u r-regoli dwar l-akkwist.

2.   L-awtorità kontraenti għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-offerenti kollha li l-applikazzjonijiet jew l-offerti tagħhom huma miċħuda bil-bażi li fuqhom tkun ittieħdet id-deċiżjoni, kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ pawsa msemmi fl-Artikolu 118(2). L-awtorità kontraenti għandha tinnotifika lill-offerenti kollha li jissodisfaw il-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, u li jagħmlu talba bil-miktub, bil-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula u l-isem tal-offerent li lilu jingħata l-kuntratt.

Madankollu, ċerti dettalji ma jkunx hemm ħtieġa li jkunu żvelati meta l-iżvelar tagħhom ikun ifixkel l-applikazzjoni tal-liġi, ikun kuntrarju għall-interess pubbliku jew ikun ta’ ħsara għall-interessi leġittimi tal-attività tal-impriżi pubbliċi jew privati jew jista' jfixkel il-kompetizzjoni ġusta bejn dawk l-impriżi.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar id-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni u l-iffirmar u l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Artikolu 114

Tħassir tal-proċedura tal-akkwist

L-awtorità kontraenti tista', qabel mal-kuntratt ikun iffirmat, jew tirrinunzja għall-akkwist ew tikkanċella l-proċedura tal-aġġudikazzjoni mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkunu intitolati għal talba għal xi kumpens.

Id-deċiżjoni għandha tkun ġustifikata u mwassla għall-attenzjoni tal-kandidati jew l-offerenti.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar it-tħassir tal-proċedura tal-akkwist.

Taqsima 4

Garanziji u azzjoni korrettiva

Artikolu 115

Garanziji

Ħlief fil-każ ta’ kuntratti b'valur baxx, l-awtorità kontraenti tista', jekk tqis xieraq u proporzjonat, fuq bażi ta’ każ b'każ u soġġett għal analiżi tar-riskji, titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija sabiex:

(a)

tiżgura eżekuzzjoni sħiħa tal-kuntratt, jew

(b)

tillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta’ prefinanzjament.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati, inklużi l-kriterji għall-analiżi tar-riskju, dwar il-garanziji meħtieġa mill-kuntratturi.

Artikolu 116

Żbalji, irregolaritajiet u frodi fil-proċedura

1.   Meta l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-awtorità kontraenti għandha tissospendi l-proċedura u tista' tieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura.

Meta, wara l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt, il-proċedura tal-aġġudikazzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-awtorità kontraenti tista', skont l-istadju li jkun intlaħaq fil-proċedura, ma tikkonkludix il-kuntratt jew tissospendi l-eżekuzzjoni tiegħu jew, fejn xieraq, ittemmu.

Meta tali żbalji, irregolaritajiet jew frodi huma attribwibbli għall-kuntrattur, l-awtorità kontraenti tista', minbarra dan, tirrifjuta li tagħmel ħlasijiet, tista' tirkupra ammonti diġà mħallsa jew tista' ttemm l-kuntratti kollha konklużi ma’ dak il-kuntrattur, fi proporzjon mas-serjetà tal-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar is-sospensjoni ta’ kuntratt fil-każ ta’ żbalji, irregolaritajiet u frodi.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f'isimhom stess

Artikolu 117

L-awtorità kontraenti

1.   L-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom ikunu meqjusa li huma l-awtoritajiet kontraenti fil-każi ta’ kuntratti aġġudikati f'isimhom. Dawn għandhom jiddelegaw il-poteri meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awtorità kontraenti skont l-Artikolu 65.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 dwar ir-regoli dettaljati dwar id-delega tal-funzjoni ta’ awtorità kontraenti, inkluża l-identifikazzjoni tal-livelli xierqa għall-kalkolu tal-limiti.

Artikolu 118

Limiti applikabbli

1.   Bla ħsara għat-Titolu IV tat-Tieni Parti, id-Direttiva 2004/18/KE tistabbilixxi l-limiti massimi li jiddeterminaw:

(a)

l-arranġamenti tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 103;

(b)

l-għażla ta’ proċeduri msemmijin fl-Artikolu 104(1);

(c)

il-limiti taż-żmien korrispondenti.

2.   Bla ħsara għall-eċċezzjonijiet u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, l-awtorità kontraenti ma għandhiex, fil-każ ta’ kuntratti koperti mid-Direttiva 2004/18/KE, tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent li jkun rebħu qabel ma jgħaddi perjodu ta’ pawsa.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-limiti applikabbli, kuntratti separati u kuntratti b'lottijiet, l-istima tal-valur ta’ ċerti kuntratti, u l-perjodu ta’ pawsa qabel l-iffirmar tal-kuntratt.

Artikolu 119

Regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħa għall-offerti

1.   Parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti għandha tkun miftuħha fuq termini ugwali għall-persuni kollha, fiżiċi u ġuridiċi, li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha f'pajjiż terzi li jkollu ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akwist pubbliku permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-provi li għandhomk jiġu pprovduti fir-rigward tal-aċċess għall-kuntratti.

2.   L-OLAF għandu jeżerċita s-setgħa konferita lill-Kummisssjoni mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (18) biex iwettaq spezzjonijiet u verifiki fuq il-post fl-Istati Membri u, skont il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza reċiproka fis-seħħ, f'pajjiżi terzi u fil-bini ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 120

Regoli dwar l-akkwist tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Meta l-Ftehim Multilaterali dwar l-Akkwist Governattiv konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ikun applikabbli, il-kuntratti għandhom ukoll ikunu miftuħa għal ċittadini tal-Istati li jkunu rratifikaw dak il-ftehim, permezz tal-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

TITOLU VI

GĦOTJIET

KAPITOLU 1

Ambitu u forma tal-għotjiet

Artikolu 121

Ambitu tal-għotjiet

1.   Għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, bħala donazzjoni, mill-baġit sabiex jiffinanzjaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

azzjoni intiża biex tgħin sabiex tinkiseb politika tal-Unjoni;

(b)

il-funzjonament ta’ korp li jsegwi għan ta’ interess Ewropew ġenerali jew li jkollu objettiv li jifforma parti minn politika tal-Unjoni, jew isostniha (għotjiet operattivi).

L-għotjiet għandhom ikunu koperti jew bi ftehim bil-miktub jew b'deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi notifikata lill-applikant għal għotja li ntgħażel.

Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi sistemi elettroniċi siguri għall-iskambji mal-benefiċjarji.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward l-ispeċifikazzjoni dettaljata tal-ambitu tal-għotjiet, u dwar ir-regoli li jiddeterminaw jekk il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet ta’ għotja għandhomx jintużaw. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward id-dettalji ta’ sistema elettronika ta’ skambju, inklużi l-kundizzjonijiet li fihom id-dokumenti ppreżentati permezz ta’ tali sistemi, inklużi l-ftehimiet ta’ għotja, jitqiesu oriġinali u li ġew iffirmati, u l-użu tas-sħubijiet ta’ qafas.

2.   Dawn li ġejjin ma jikkostitwixxux għotjiet skont it-tifsira ta’ dan it-Titolu:

(a)

nefqa fuq membri u persunal tal-istituzzjonijiet u kontribuzzjonijiet lill-iskejjel Ewropej;

(b)

kuntratti pubbliċi msemmijin fl-Artikolu 101 u għajnuna mħallsa bħala assistenza makrofinanzjarja u appoġġ ta’ baġit;

(c)

strumenti finanzjarji, kif ukoll ishma jew parteċipazzjoni f'ekwità f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) jew korpi speċjalizzati tal-Unjoni bħal ma huwa l-Fond Ewropew għall-Investiment;

(d)

kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Unjoni bħala sottoskrizzjonijiet lil korpi li tagħhom hija membru;

(e)

nefqa implimentata taħt ġestjoni kondiviża u ġestjoni indiretta skont it-tifsira tal-Artikoli 58, 59 u 60, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fir-regoli finanzjarji applikabbli lill-baġit tal-entitajiet jew persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) jew fil-ftehimiet ta’ delega;

(f)

kontribuzzjonijiet lill-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 62, magħmula permezz tal-att kostituttiv ta’ kull aġenzija;

(g)

nefqa relatat mas-swieq tas-sajd imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (19);

(h)

ħlas lura ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza maħruġin minn, jew meta xieraq, kwalunkwe indennitajiet oħrajn imħallsin lil persuni mistiedna jew li rċevew il-mandat mill-istituzzjonijiet;

(i)

rigali mogħtija bħala premju f'kompetizzjoni, li għalihom japplika t-Titolu VII tal-Ewwel Parti.

3.   Ir-ribassi tar-rati ta’ mgħax u s-sussidji għad-drittijiet ta’ garanzija għandhom ikunu ttrattati bħala għotjiet, dment li ma jkunux ikkombinati f'miżura unika mal-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fit-Titolu VIII tal-Parti I.

Tali ribassi u sussidji għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tas-segwenti:

(a)

il-prinċipju tal-kofinanzjament kif stabbilit fl-Artikolu 125(3);

(b)

il-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt kif stabbilit fl-Artikolu 125(4);

(c)

għall-azzjonijiet li l-għan tagħhom hu t-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew il-ġenerazzjoni ta’ introjtu, il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 132(1).

4.   Kull istituzzjoni tista' tagħti għotjiet għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni fejn, għal raġunijiet debitament ġustifikati, l-użu tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku ma jkunx xieraq.

Artikolu 122

Benefiċjarji

1.   Meta bosta entitajiet jissodisfaw il-kriterji biex jiġu konċessi għotja u flimkien jiffurmaw entita' waħda, dik l-entita' tista' tkun ittrattata bħala benefiċjarju uniku, anki meta l-entità hija speċifikament stabbilita għall-iskopijiet ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni li għandha tkun iffinanzjata mill-għotja.

2.   Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-entitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala entitajiet affiljati mal-benefiċjarju:

(a)

entitajiet li jiffurmaw il-benefiċjarju skont il-paragrafu 2;

(b)

entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà u li ma jaqgħux f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 131(4) u li huma marbutin mal-benefiċjarju, partikolarment rabta ġuridika jew ta’ kapital, li la tkun limitata għall-azzjoni u lanqas stabbilita għall-iskop uniku tal-implimentazzjoni tagħha.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward il-kontenut minimu tal-ftehimiet jew tad-deċiżjonijiet ta’ għotja, partikolarment, meta l-għotja tiġi konċessa lil bosta entitajiet, l-obbligi speċifiċi tal-koordinatur, jekk ikollu, u tal-benefiċjarji l-oħrajn, ir-reġim ta’ responsabbiltà applikabbli u l-kundizzjonijiet għaż-żieda jew għat-tneħħija ta’ benefiċjarju.

Artikolu 123

Forom ta’ għotjiet

1.   L-għotjiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

rimbors ta’ proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli, imsemmija fl-Artikolu 126, li effettivament ikunu tħallsu;

(b)

rimbors abbażi ta’ kostijiet ta’ unità;

(c)

somom ta’ darba;

(d)

finanzjament b'rata fissa;

(e)

kumbinazzjoni tal-forom imsemmijin fil-punti (a) sa (d).

2.   Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-forma xierqa ta’ għotja, l-interessi tal-benefiċjarji potenzjali u l-metodi ta’ kontabilità għandhom jitqiesu kemm jista' jkun.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli għall-forom differenti ta’ għotjiet, inkluż l-għotjiet b'valur baxx.

Artikolu 124

Somom ta’ darba, kostijiet ta’ unità u finanzjament b'rata fissa

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-att bażiku, l-użu ta’ somom ta’ darba, il-kostijiet ta’ unità jew il-finanzjament b'rata fissa għandu jkun awtorizzat permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiżgura r-rispett għall-prinċipju tat-trattament ugwali tal-benefiċjarji għall-istess kategorija ta’ azzjonijiet jew programmi ta’ ħidma.

Meta l-ammont massimu għal kull għotja ma jaqbiżx l-ammont ta’ għotja b'valur baxx, l-awtorizzazzjoni tista' tingħata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha għall-inqas tkun appoġġata minn dan li ġej:

(a)

ġustifikazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali forom ta’ finanzjament fir-rigward tan-natura tal-azzjonijiet appoġġati jew il-programmi ta’ ħidma kif ukoll ir-riskji ta’ irregolaritajiet u frodi u l-ispejjeż tal-kontroll;

(b)

identifikazzjoni tal-kostijiet jew il-kategoriji tal-kostijiet koperti minn somom ta’ darba, kostijiet ta’ unità jew finanzjament b'rata fissa, li għandha teskludi l-ispejjeż mhux eliġibbli skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-metodi ta’ determinazzjoni tas-somom ta’ darba, tal-kostijiet ta’ unità jew tal-finanzjament b'rata fissa, u tal-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li l-prinċipji li jipprojbixxu l-profitt u tal-kofinanzjament huma rispettati u jiġi evitat il-finanzjament doppju tal-kostijiet. Dawk il-metodi għandhom jiġu bbażati fuq:

(i)

data statistika jew mezzi oġġettivi simili; jew

(ii)

approċċ għal kull benefiċjarju b'mod individwali, permezz ta’ referenza għal data storika ċertifikata jew verifikabbli tal-benefiċjarju jew għall-prattiki komuni ta’ kontabilità tal-ispejjeż.

3.   Fejn jiġi awtorizzat rikors għall-prattiki komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jivvaluta l-konformità ta’ dawk il-prattiki ex ante mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jew permezz ta’ strateġija xierqa għal kontrolli ex post.

Jekk il-konformità tal-prattiki komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ġiet stabbilita ex ante, l-ammonti ta’ somom ta’ darba, il-kostijiet ta’ unità jew il-finanzjament b'rata fissa determinati bl-applikazzjoni ta’ dawk il-prattiki ma għandhomx ikunu kkuntestati minn kontrolli ex post.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jqis li l-prattiki komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju huma f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jekk huma aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali skont skemi ta’ finanzjament komparabbli.

4.   Id-deċiżjoni jew ftehim ta’ għotja jistgħu jawtorizzaw jew jimponu, fil-forma ta’ rati fissi, finanzjament tal-ispejjeż indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta’ 7 % mill-ispejjeż eliġibbli diretti totali għall-azzjoni, ħlief fejn il-benefiċjarju jkun qed jirċievi għotja operattiva ffinanzjata mill-baġit. Il-limitu ta’ 7 % jista' jinqabeż permezz ta’ deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni.

5.   Is-sidien ta’ SMEs u persuni fiżiċi oħra li ma jaqalgħux salarju jistgħu jiddikjaraw l-ispejjeż marbuta mal-persunal eliġibbli għall-ħidma mwettqa fl-ambitu tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma, abbażi tal-kostijiet ta’ unità ddeterminati permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar is-somom ta’ darba, il-kostijiet ta’ unità u l-finanzjament b'rata fissa.

KAPITOLU 2

Prinċipji

Artikolu 125

Prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet

1.   L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 130, l-għotjiet ma għandhomx ikunu kumulattivi jew jingħataw retrospettivament.

3.   L-għotjiet għandhom jinvolvu kofinanzjament bla ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fit-Titolu IV tat-Tieni Parti.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (20).

4.   L-għotjiet ma għandhomx ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt fi ħdan il-qafas tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tal-benefiċjarju ("prinċipju li jipprojbixxi l-profitt").

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a)

azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jirrinfurzaw il-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew azzjonijiet li jiġġeneraw introjtu biex jiżguraw il-kontinwità tagħhom wara l-perjodu tal-finanzjament mill-Unjoni kif stipulat fid-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ għotja;

(b)

boroż ta’ studju, ta’ riċerka jew ta’ taħriġ imħallsa lil persuni fiżiċi;

(c)

appoġġ ieħor dirett imħallas lil persuni fiżiċi li huma l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni qiegħda u r-rifuġjati;

(d)

għotjiet ibbażati fuq rati fissi u/jew somom ta’ darba u/jew kost ta’ unità fejn dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 124(2);

(e)

għotjiet b'valur baxx.

Fejn isir profitt, il-Kummissjoni għandha jkollha d-dritt tirkupra l-perċentwal tal-profitt korrispondenti għall-kontribut mill-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju biex iwettaq l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma.

5.   Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, il-profitt għandu jkun definit bħala l-eċċess tal-irċevuti mill-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju, meta ssir it-talba għall-pagament tal-bilanċ.

L-irċevuti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għall-introjtu ġġenerat mill-azzjoni jew mill-programm ta’ ħidma, kif ukoll għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifikament assenjati mid-donaturi għall-finanzjament tal-ispejjeż eliġibbli.

Fil-każ ta’ għotja operattiva, l-ammonti ddedikati għall-kostituzzjoni ta’ riżervi ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ verifika tar-rispett tal-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt.

6.   Jekk partit politiku fil-livell tal-Unjoni jkollu eċċess ta’ introjtu fuq in-nefqa fit-tmiem ta’ sena finanzjarja li għaliha jkun irċieva għotja operattiva, parti minn dak l-eċċess sa 25 % tal-introjtu totali għal dik is-sena jista', b'deroga mill-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt stabbilit fil-paragrafu 4, tiġi riportata għas-sena sussegwenti sakemm din tintuża qabel it-tmiem tal-ewwel kwart ta’ dik is-sena sussegwenti.

Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mal-prinċipju li tipprojbixxi l-profitt, ma għandhux jittieħed kont ta’ dawk ir-riżorsi proprji, partikolarment donazzjonijiet u miżati tas-sħubija, aggregati fl-operazzjonijiet annwali ta’ partit politiku f'livell Ewropew, li jaqbżu l-15 % tal-ispejjeż eliġibbli li jinġarru mill-benefiċjarju.

It-tieni subparagrafu ma għandux japplika jekk ir-riżervi finanzjarji ta’ partit politiku fil-livell tal-Unjoni jaqbżu l-100 % tal-introjtu annwali medju tiegħu.

7.   L-għotjiet jistgħu jiġu konċessi mingħajr sejħa għall-proposti lill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment għall-azzjonijiet ta’ assistenza teknika. F'tali każijiet, l-Artikoli 131(2) sa (5) u 132(1) ma għandhomx japplikaw.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 li jissupplementaw il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet, inklużi l-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt u l-prinċipju tal-kofinanzjament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward id-definizzjoni tal-assistenza teknika.

Artikolu 126

Spejjeż eliġibbli

1.   L-għotjiet ma għandhomx jaqbżu limitu massimu globali espress f'termini ta’ valur assolut li għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli stmati.

L-għotjiet ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż eliġibbli.

2.   L-ispejjeż eliġibbli huma effettivament spejjeż imġarrba mill-benefiċjarju ta’ għotja li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

jiġġarbu waqt li tkun għaddejja l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma, bl-eċċezzjoni ta’ spejjeż relatati mar-rapporti finali u ċ-ċertifikati tal-awditjar;

(b)

ikunu indikati fl-istima tal-baġit globali tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma;

(c)

ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma li jkun is-suġġett tal-għotja;

(d)

ikunu identifikabbli u verifikabbli, u b'mod partikolari jkunu rreġistrati fil-kotba tal-kontijiet tal-benefiċjarju u ddeterminati skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju jkun stabbilit u skont il-prattika komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju;

(e)

jirrispettaw ir-rekwiżiti tat-taxxa applikabbli u l-leġislazzjoni soċjali;

(f)

ikunu raġonevoli, ġustifikati, u jirrispettaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari rigward ekonomija u effiċjenza.

3.   Is-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw il-kategoriji tal-ispejjeż meqjusa bħala eliġibbli għall-finanzjamenti tal-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-att bażiku u flimkien mal-paragrafu 2, il-kategoriji ta’ spejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli fejn l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli ikun iddikjarahom bħala tali fl-ambitu tas-sejħa għall-proposti:

(a)

l-ispejjeż marbuta mal-garanzija ta’ prefinanzjament ippreżentata mill-benefiċjarju tal-għotja, meta dik il-garanzija tkun meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli skont l-Artikolu 134;

(b)

l-ispejjeż marbuta mal-awditjar estern meta meħtieġ mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala sostenn tat-talbiet għall-ħlasijiet;

(c)

it-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") meta ma tkunx rekuperabbli skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-VAT applikabbli u titħallas minn benefiċjarju li ma jkunx persuna mhux taxxabbli kif definita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (21);

(d)

l-ispejjeż ta’ deprezzament, sakemm dawn ikunu effettivament inġarrbu mill-benefiċjarju;

(e)

l-ispejjeż tas-salarji tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali sakemm dawn ikunu relatati mal-ispejjeż ta’ attivitajiet li l-awtorità pubblika rilevanti ma kinitx twettaqhom kieku ma jkunx sar il-proġett ikkonċernat.

4.   L-ispejjeż imġarrba mill-entitajiet affiljati ma’ benefiċjarju kif deskritt fl-Artikolu 122 jistgħu jkunu aċċettati bħala eliġibbli mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli fl-ambitu tas-sejħa għall-proposti. F'tali każijiet, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b'effett kumulattiv:

(a)

l-entitajiet ikkonċernati huma identifikati fil-ftehim jew fid-deċiżjoni ta’ għotja;

(b)

l-entitajiet ikkonċernati jirrispettaw ir-regoli applikabbli lill-benefiċjarju fl-ambitu tal-ftehim jew tad-deċiżjoni ta’ għotja fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż u tad-drittijiet tal-kontrolli u l-awditjar min-naħa tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri.

5.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 dwar l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri dwar l-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 127

Kofinanzjament in natura

1.   Għall-fini tal-kalkolu tal-profitt iġġenerat mill-għotja, ma għandux jitqies il-kofinanzjament fil-forma ta’ kontributi in natura.

2.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jaċċetta kontributi in natura bħala kofinanzjament, jekk dan jitqies neċessarju jew xieraq. Meta l-kofinanzjament in natura jiġi offrut bħala appoġġ għal għotjiet b'valur baxx u meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli ddeċieda li jirrifjuta dan, hu għandu jiġġustifika għalfejn mhuwiex meħtieġ jew mhuwiex xieraq.

Dawn il-kontributi ma għandhomx jaqbżu:

(a)

l-ispejjeż li tassew tħallsu minn terzi u sostnuti debitament b'dokumenti ta’ kontabilità;

(b)

jew, fin-nuqqas ta’ dawn id-dokumenti, l-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawk ġeneralment aċċettati fis-suq partikolari.

Il-kontributi in natura għandhom jiġu ppreżentati separatament fl-istima tal-baġit sabiex dawn jirriflettu r-riżorsi kollha allokati għall-azzjoni. Il-valur tal-unità tagħhom għandu jkun ivvalutat fil-baġit provviżorju u ma għandux ikun suġġett għal tibdiliet sussegwenti.

Il-kontributi in natura għandhom jikkonformaw mar-regoli nazzjonali dwar it-taxxa u s-sigurtà soċjali.

Artikolu 128

Trasparenza

1.   L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għal programm ta’ ħidma, li jrid jiġi ppubblikat qabel l-implimentazzjoni tiegħu.

Dak il-programm ta’ ħidma għandu jiġi implimentat permezz tal-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza debitament ġustifikati jew meta l-karatteristiċi tal-benefiċjarju jew tal-azzjoni ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikolari, jew meta l-benefiċjarju jiġi identifikat f'att bażiku.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal għajnuna f'każ ta’ ġestjoni ta’ kriżi, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja.

2.   Is-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw id-data ppjanata sa liema l-applikanti kollha għandhom ikunu ġew informati bl-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u d-data indikattiva għall-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja jew għan-notifika tad-deċiżjonijiet ta’ għotja.

Tali dati għandhom jiġu ffissati abbażi tal-perjodi li ġejjin:

(a)

biex jiġu informati l-applikanti kollha dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, massimu ta’ sitt xhur li jiddekorru mid-data finali għall-preżentazzjoni tal-proposti kompluti;

(b)

biex jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja magħhom jew jiġu notifikati bid-deċiżjonijiet ta’ għotja, massimu ta’ tliet xhur li jiddekorru mid-data ta’ meta l-applikanti ġew infurmati li ntgħażlu.

Dawk il-perjodi jistgħu jiġu aġġustati sabiex jitqies iż-żmien neċessarju għar-rispett tal-proċeduri speċifiċi li jistgħu jkunu meħtieġa mill-att bażiku f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u jistgħu jinqabżu f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, partikolarment għal azzjonijiet kumplessi, fejn hemm numru kbir ta’ proposti jew ittardjar attribwibbli għall-applikanti.

Fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jsemmi l-medja ta’ żmien meħud biex ikunu informati l-applikanti u għall-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja jew għan-notifika tad-deċiżjonijiet ta’ għotja. Fil-każ li jinqabżu l-perjodi msemmija fit-tieni subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jagħti raġunijiet u, meta mhux debitament ġustifikat skont it-tielet subparagrafu, għandu jipproponi azzjoni ta’ rimedju.

3.   L-għotjiet kollha mogħtija matul is-sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati ta’ kull sena f'konformità mal-Artikolu 35(2) u (3).

4   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-programm ta’ ħidma, il-kontenut tas-sejħiet għal proposti, l-eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti, l-informazzjoni għall-applikanti u l-pubblikazzjoni ex post.

Artikolu 129

Prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv

1.   Kull azzjoni tista' tagħti lok għall-għoti ta’ għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed, minbarra fejn huwa awtorizzat xort'oħra mill-atti bażiċi konċernati.

Benefiċjarju jista' jingħata għotja operattiva waħda biss mill-baġit għal kull sena finanzjarja.

L-applikant għandu jinforma immedjatament lill-uffiċjali awtorizzanti bi kwalunkwe applikazzjoni multipla u bi kwalunkwe għotja multipla relatata mal-istess azzjoni jew mal-istess programm ta’ ħidma.

Fl-ebda ċirkustanza ma għandhom l-istess spejjeż jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv ta’ għatjiet.

Artikolu 130

Prinċipju tan-nonretroattività

1.   Għotja tista' tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet sakemm l-applikant jista' juri l-ħtieġa li tinbeda l-azzjoni qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja jew in-notifika tad-deċiżjoni ta’ għotja.

F'tali każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma għandhomx ikunu ntefqu qabel id-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, ħlief f'każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, kif previst fl-att bażiku jew fil-każ ta’ urġenza estrema għall-għajnuna għal ġestjoni ta’ kriżi, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili jew operazzjonijiet għal għajnuna umanitarja, jew f'sitwazzjoni ta’ periklu imminenti jew immedjat li jhedded li jiddeġenera f'kunflitt armat jew li jiddestabbilizza pajjiż, b'tali mod li involviment bikri min-naħa tal-Unjoni jkollu importanza kbira fil-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitt.

Ma tista' tingħata l-ebda għotja retroattivament għal azzjonijiet li diġà tlestew.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-prinċipju tan-nonretroattività.

2.   Fil-każ ta’ għotjiet operattivi, il-ftehim ta’ għotja għandu jkun iffirmat jew in-notifika tad-deċiżjoni ta’ għotja għandha tinħareġ fi żmien sitt xhur wara l-bidu tas-sena tal-baġit tal-benefiċjarju. Spejjeż eliġibbli għal finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu la qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni u lanqas qabel il-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju.

KAPITOLU 3

Poċedura ta’ aġġudikazzjoni

Artikolu 131

Applikazzjonijiet għall-għotjiet

1.   L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jitressqu bil-miktub, inkluż b'format elettroniku sikur, fejn xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-possibilità tal-għemil ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet onlajn, fejn xieraq.

2.   L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu eliġibbli jekk ikunu sottomessi minn dawn li ġejjin:

(a)

persuni ġuridiċi; jew

(b)

persuni fiżiċi, sakemm dan ikun meħtieġ min-natura jew mill-karatteristiċi tal-azzjoni jew tal-objettiv segwit mill-applikant.

Għall-fini tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-applikazzjonijiet għal għotjiet jistgħu jkunu eliġibbli jekk jiġu sottomessi minn entitatjiet li ma għandhomx personalità legali taħt il-liġi nazzjonali relevanti, sakemm ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jieħdu obbligi legali f'isem l-entità u joffru garanziji għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni legali.

3.   L-applikazzjoni għandha tiddikjara l-istatus legali tal-applikant u turi l-kapaċità finanzjarja u operattiva tiegħu li jwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma.

Għal dak l-iskop, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni fuq l-unur tiegħu u, sakemm l-għotja għandha valur baxx, kwalunkwe dokumenti ta’ prova mitluba, fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskju, mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. It-talba għal dawn id-dokumenti għandha tkun indikata fis-sejħa għall-proposti.

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tgħoddx għal persuni naturali li jirċievu boroż ta’ studju, għal persuni naturali li huma l-aktar fil-bżonn u li jirċievu appoġġ dirett, għal korpi pubbliċi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista', abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, iwarrab l-obbligu ta’ verifika tal-kapaċità operattiva tal-korpi pubbliċi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

4.   L-Artikolu 106(1) u l-Artikoli 107, 108 u 109 japplikaw ukoll għall-applikanti għall-għotjiet. L-applikanti għandhom jiċċertifikaw li m’humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dawk l-Artikoli. Madankollu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli m'għandux jirrikjedi din iċ-ċertifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għotjiet b'valur baxx;

(b)

meta din iċ-ċertifikazzjoni tkun ġiet reċentement ipprovduta fi proċedura oħra ta’ għoti;

5.   Il-penali amministrattivi u finanzjarji li huma effettivi, proporzjonati u disswasivi jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skont l-Artikolu 109.

Tali penali jistgħu wkoll jiġu imposti fuq benefiċjarji li, fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni jew waqt l-implimentazzjoni tal-għotja jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew jonqsu milli jagħtu tali informazzjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 210 dwar regoli dettaljati li jikkonċernaw l-arranġamenti għall-applikazzjonijiet ta’ għotja, prova ta’ nuqqas ta’ esklużjoni, applikanti mingħajr personalità legali, persuni legali li jiffurmaw applikant wieħed, pieni finanzjarji u amministrattivi, kriterji ta’ eliġibilità u għotjiet b'valur baxx.

Artikolu 132

Kriterji tal-għażla u tal-għoti

1.   Il-kriterji tal-għażla mħabbra minn qabel fis-sejħa għal proposti għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi valutata l-kapaċità tal-applikant li jikkompleta l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma propost.

2.   Il-kriterji tal-għotja mħabbra bil-quddiem fis-sejħa għall-proposti għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi valutata l-kwalità tal-proposti mressqa fid-dawl tal-objettivi u l-prijoritajiet stabbiliti.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kriterji tal-għażla u l-aġġudikazzjoni.

Artikolu 133

Il-proċedura ta’ valutazzjoni

1.   Il-proposti għandhom jiġu evalwati, abbażi ta’ kriterji ta’ għażla u ta’ għoti mħabbra minn qabel, bil-għan li jiġi determinat liema proposti jistgħu jiġu ffinanzjati.

2.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, abbażi tal-evalwazzjoni prevista fil-paragrafu 1, għandu jfassal il-lista tal-benefiċjarji u tal-ammonti approvati.

3.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-għotja mitluba ma tkunx milqugħa, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tagħti r-raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni, b'referenza partikolarment għall-kriterji dwar l-għażla u l-għoti.

4.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar id-deċiżjoni l-valutazzjoni u l-aġġudikazzjoni tal-għotjiet u l-informazzjoni lill-applikanti.

KAPITOLU 4

Il-pagament u l-kontroll

Artikolu 134

Il-garanzija ta’ qabel il-finanzjament

1.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, jekk iqis li jkun xieraq u proporzjonat, skont il-każ u soġġett għal analiżi tar-riskju, jitlob lill-benefiċjarju jissottometti garanzija bil-quddiem sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta’ ffinanzjar minn qabel.

2.   Minkejja l-paragrafu1, m'għandhomx jintalbu garanziji f'każ ta’ għotjiet ta’ valur baxx.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-garanzija ta’ qabel il-finanzjament.

Artikolu 135

Pagament tal-għotjiet u kontrolli

1.   L-ammont tal-għotja ma għandux isir finali sakemm l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli kompetenti jkun aċċetta b'delega r-rapporti u l-kontijiet finali, bla ħsara għal verifiki sussegwenti mill-istituzzjoni, li għandhom jitwettqu f'ħin opportun.

2.   Meta l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jissospendi l-proċedura u jkun jista' jieħu kwalunkwe miżuri li jkunu meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli minnufih jinforma lill-OLAF dwar suspett ta’ każi ta’ frodi.

3.   Fejn, wara li tiġi aġġudikata l-għotja, il-proċedura tal-għoti jew l-implimentazzjoni tal-għotja tintwera li kienet soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet, frodi, jew ksur ta’ obbligi, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista', skont l-istadju milħuq mill-proċedura u, dment li l-applikant jew benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel osservazzjonijiet:

(a)

jirrifjuta li jiffirma l-ftehim tal-għotja jew li jinnotifika d-deċiżjoni tal-għotja;

(b)

jissosspendi l-implimentazzjoni tal-għotja; jew

(c)

fejn ikun xieraq, itemm il-ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni.

4.   Fejn tali żbalji, irregolaritajiet jew frodi jkunu attribwibbli lill-benefiċjarju, jew jekk il-benefiċjarju jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-ftehim jew deċiżjoni tal-għotja, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' wkoll inaqqas l-għotja jew jirkupra ammonti li tħallsu għalxejn skont il-ftehim jew deċiżjoni tal-għotja, fi proporzjon mal-gravità tal-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi jew ta’ ksur ta’ obbligi, basta l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel osservazzjonijiet.

5.   F'każ li l-kontrolli u l-awditjar juri ta’ żbalji, irregolaritajiet, frodi jew ksur ta’ obbligi sistemiċi jew rikorrenti attribwibbli lill-benefiċjarju li jkollhom impatt fuq għadd ta’ għotjiet aġġudikati lil dak il- benefiċjarju skont kondizzjonijiet simili, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jissospendi l-implimentazzjoni tal-għotjiet kollha kkonċernati, jew, fejn xieraq, itemm l-ftehimiet u d-deċiżjonijiet tal-għotja ma’ dak il-benefiċjarju, fi proporzjoni mal-gravità tal-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi, dment li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel osservazzjonijiet.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, barra minn hekk, wara li tkun saret proċedura akkużatorja, inaqqas il-għotijiet jew jirkupra l-ammonti mħallsin indebitament f’dak li għandu x’jaqsam mal-għotjiet milqutin mill-iżbalji, irregolaritajiet, frodi jew ksur ta’ obbligi sistemiċi jew rikorrenti li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu li jistgħu jkunu awditjati skont il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet tal-għotja.

6.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiddetermina l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati, kulfejn ikun possibbli u prattikabbli, fuq il-bażi tal-kostijiet indebitament iddikjarati bħala eliġibbli għal kull għotja kkonċernata, wara l-aċċettazzjoni tar-rendikonti finanzjarji revisti ppreżentati mill-benefiċjarji.

7.   Fejn ma jkunx possibbli jew prattikabbli li jkun ikkwantifikat l-ammont tal-kostijiet ineliġibbli b’mod preċiż għal kull għotja kkonċernata, l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati jistgħu jiġu determinati billi ssir l-estrapolazzjoni tar-rata ta’ riduzzjoni jew ta’ rkupru applikata għall-għotjiet li dwarhom l-iżbalji jew irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti jkunu ġew dimostrati, jew, fejn il-kostijiet ineliġibbli ma jkunux jistgħu jservu ta’ bażi għad-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu ridotti jew irkuprati, billi ssir l-applikazzjoni ta’ rata forfettarja, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-benefiċjarju jingħata l-opportunità jagħmel osservazzjonijiet fuq il-metodu ta’ estrapolazzjoni jew ir-rata forfettarja li għandha tiġi applikata jew jipproponi metodu jew rata alternattivi debitament sostanzjati qabel ma jsiru jew ir-riduzzjoni jew l-irkupru.

8.   Il-Kummissjoni tiżgura trattament ugwali tal-benefiċjarji ta’ programm, b’mod partikolari fejn dan ikun implementat minn bosta uffiċjali awtorizzanti responsabbli.

Il-benefiċjarji jkunu mgħarrfin dwar il-mezzi għall-impunjazzjoni tad-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu skont it-termini tal-Artikolu 97.

9.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 210 dwar ir-regoli dettaljati għall-pagament tal-għotjiet u l-kontrolli, inklużi r-regoli dwar id-dokumenti annessi u s-sospensjoni u r-riduzzjoni tal-għotjiet.

Artikolu 136

Perjodi ta’ żamma ta’ rekords

1.   Il-benefiċjarji jżommu rekords, dokumenti annessi, rekords statistiċi jew kull rekord ieħor li għandu x'jaqsam ma’ għotja għal żmien ħames snin mill-pagament tal-bilanċ u għal żmien tliet snin fil-każ ta’ għotjiet ta’ valur baxx.

2.   Ir-rekords li jagħmlu mill-verifiki, appelli, litigazzjoni jew it-tfittxija ta’ talbiet frott il-prestazzjoni tal-proġett għandhom jinżammu sakemm jintemmu l-verifiki, l-appelli, il-litigazzjoni jew talbiet magħmula.

KAPITOLU 5

Implementazzjoni

Artikolu 137

Kuntratti ta’ implementazzjoni u appoġġ finanzjarju lil terzi

1.   Fejn l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew programm ta’ ħidma titlob li jingħata appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, il-benefiċjarju jista’ jagħti tali sostenn finanzjarju meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

qabel ma jagħti l-għotja, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun ivverifika li l-benefiċjarju joffri garanziji xierqa fir-rigward tal-irkupru tal-ammonti dovuti lill-Kummissjoni;

(b)

il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan l-appoġġ huma strettament iddefiniti fid-deċiżjoni dwar l-għotja jew il-ftehim bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, sabiex jiġi evitat l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-benefiċjarju;

(c)

l-ammonti kkonċernati huma żgħar, ħlief fejn l-appoġġ finanzjarju jkun l-objettiv primarju tal-azzjoni.

2.   Kull deċiżjoni ta’ għotja jew ftehim għandhom jipprovdu espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jeżerċitaw il-poteri tagħhom ta’ kontroll, fuq dokumenti u fuq il-proprjetà u fuq l-informazzjoni, ukoll dik maħżuna fuq mezzi elettroniċi, fuq partijiet terzi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-kuntratti ta’ implementazzjoni u appoġġ finanzjarju għal terzi.

TITOLU VII

PREMJIJIET

Artikolu 138

Regoli ġenerali

1.   Il-premjijiet għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali u jippromwovu l-ksib tal-objettivi tal-politiki tal-Unjoni.

2.   Għal dan il-fini, il-premjijiet ikun soġġetti għal programm ta’ ħidma li jiġi ppubblikat qabel l-implimentazzjoni tiegħu. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi implimentat permezz tal-pubblikazzjoni tal-kompetizzjonijiet.

Il-kompetizzjonijiet għall-premjijiet b’valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew aktar jistgħu jkunu ppubblikati biss jekk ikunu ġew previsti f’rendikonti jew xi dokument relevanti ieħor li hemm riferiment għalih fil-punt (e) tal-Artikolu 38(3).

Ir-regoli tal-konkors għandhom għall-inqas jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, il-kriterji għall-esklużjoni preskritti fl-Artikolu 106(1) u fl-Artikoli 107, 108 u 109 u l-kriterji għall-għotja, l-ammont tal-premju u l-arranġamenti ta’ pagament.

Il-premjijiet ma jistgħux jingħataw direttament mingħajr kompetizzjoni u ikunu ppubblikati annwalment fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35(2) u (3).

3.   Is-sottomissjonijiet għal konkors għandhom jiġu vvalutati minn panel ta’ esperti abbażi tar-regoli ppubblikati tal-konkors.

Il-premjijiet imbgħad jingħataw mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, abbażi tal-valutazzjoni mogħtija mill-bord tal-esperti li jkunu liberi li jiddeċiedu jekk jirrakkomandawx l-għoti tal-premjijiet jew le skont il-valutazzjoni tagħhom tal-kwalità tas-sottomissjonijiet.

4.   L-ammont tal-premju ma jkunx marbut mal-ispejjeż inkorsi mir-rebbieħ.

5.   Meta l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ ħidma jew ta’ azzjoni titlob li l-premjijiet jingħataw lil partijiet terzi minn benefiċjarju ta’ għotja tal-Unjoni, dan il-benefiċjarju jista' jagħti tali premjijiet dment li l-kontenut minimu tar-regoli tal-konkors, kif imsemmi fil-paragrafu 2, ikun strettament definit fid-deċiżjoni jew il-ftehim dwar l-għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, b'ebda marġini għal diskrezzjoni.

6.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-premjijiet, inklużi l-programmazzjoni, ir-regoli tal-konkors, il-pubblikazzjoni ex post, il-valutazzjoni, l-informazzjoni u n-notifika lir-rebbieħa.

TITOLU VIII

STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 139

Ambitu

1.   L-istrumenti finanzjarji jkunu awtorizzati permezz ta’ att bażiku.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti, f’każijiet debitament ġustifikati, mingħajr ma jkunu awtorizzati permezz ta’ att bażiku, basta tali strumenti jkunu inklużi fil-baġit skont il-punt (e) tal-Artikolu 49(1).

2.   Fejn l-appoġġ tal-Unjoni jingħata permezz ta’ strumenti finanzjarji u kkombinati f’miżura singola ma’ elementi direttament relatati ma’ strumenti finanzjarji li jkollhom bħala mira tagħhom l-istess reċipjenti finali, inkluża għajnuna teknika, it-tnaqqis tar-rata tal-imgħax u l-garanzija għas-sussidji fuq id-drittijiet, dan it-Titolu japplika għall-elementi kollha ta’ dik il-miżura.

3.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu kkombinati mal-għotjiet iffinanzjati mill-baġit skont it-Titolu VI tal-Parti I għall-elementi li ma jkunux direttament marbutin mal-istrumenti finanzjarji, jinżammu rekords separati għal kull għajn ta’ finanzjament.

4.   Il-Kummissjoni tista' timplimenta strumenti finanzjarji taħt ġestjoni diretta, jew taħt ġestjoni indiretta, fejn definit fl-att bażiku, billi tafda kompiti lill-entitajiet fdati skont il-punti (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)(c).

L-entitajiet fdati skont il-punti (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)(c), meta l-istrumenti finanzjarji ta’ implementazzjoni, jistgħu jafdaw ulterjorment, dejjem fir-responsabilità tagħhom, parti minn dik l-implementazzjoni lill-intermedjarji finanzjarji basta dawk l-entitajiet jiżguraw li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji preskritti fl-Artikolu 140(1), (3) u (5). L-intermedjarji finanzjarji għandhom jiġu magħżula abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u non-diskriminatorji, biex b’hekk jiġu evitati kunflitti ta’ interessi.

Il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli biex tiżgura li l-qafas ta’ implimentazzjoni għall-istrumenti finanzjarji jikkonforma mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja fis-sod u jsostni l-ksib tal-objettivi definiti u f’waqthom tal-politika, miżurabbli f’termini ta’ outputs u riżultati. Il-Kummissjoni tirrispondi għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji mingħajr preġudizzju għar-responsabilità legali u kontrattwali tal-entatijiet fdati, bi qbil mal-liġi applikabbli.

5.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet li japplikaw għal dawk l-istrumenti, inklużi r-regoli għall-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji ġestiti direttament jew indirettament skont dan it-Titolu, jiġi dispost għalihom fir-Regolament li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 175.

6.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 210 dwar ir-regoli dettaljati dwar l-istrumenti finanzjarji, inkluża l-għażla tal-entitajiet fdati bl-implementazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, il-kontenut tal-ftehimiet ta’ delega, il-kostijiet u d-drittijiet tal-ġestjoni, ir-regoli speċifiċi għall-kontijiet fiduċjarji, l-implementazzjoni diretta tal-istrumenti finanzjarji u l-għażla tal-ġesturi, tal-intermedjarji finanzjarji u tal-reċevituri finali.

Artikolu 140

Prinċipji u kondizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji

1.   L-istrumenti finanzjarji jintużaw f'konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza, il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, u t-trattament ugwali u sussidjarjetà, u skont l-għanijiet tagħhom għat-tul ta’ żmien u fejn ikun applikabbli, id-durata stabbiliti fl-att bażiku li japplika għal dawk l-istrumenti finanzjarji.

2.   L-istrumenti finanzjarji jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(a)

l-indirizz ta’ sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, li wrew li huma finanzjarjament vijabbli iżda li ma jagħtux lok għal finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq;

(b)

l-addizzjonalità: l-istrumenti finanzjarji ma għandux ikollhom l-għan li jissostittwixxu dawk ta’ Stat Membru, il-finanzjament privat jew interventi finanzjarji oħrajn tal-Unjoni;

(c)

in-non-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u l-konsistenza mar-regoli tal-għajnuna tal-Istat;

(d)

l-effett ta’ lieva: il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lil strument finanzjarju jkollu l-għan li jimmobilizza investiment globali li jkun akbar mid-daqs tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni skont l-indikaturi ddefiniti minn qabel;

(e)

l-allinjament ta’ interessi: fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm interess komuni fil-kisba tal-objettivi politiċi ddefiniti għal strument finanzjarju, possibilment imsaħħaħ permezz ta’ dispożizzjonijiet bħal kofinanzjament, rekwiżiti ta’ kondiviżjoni tar-riskju jew inċentivi finanzjarji, filwaqt li jiġi evitat il-kunflitt ta’ interessi ma’ attivitajiet oħra tal-entità inkarigata;

(f)

l-istrumenti finanzjarji jkunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ex ante, inkluża valutazzjoni tal-possibbli ri-użu tar-riżorsi addizzjonali li hemm riferiment għalihom fil-punt (f) tal-paragrafu 8.

3.   In-nefqa baġitarja marbuta ma’ strument finanzjarju u r-responsabbiltà finanzjarja tal-Unjoni fl-ebda każ ma jaqbżu l-ammont tal-impenn baġitarju rilevanti li jsir għalih, u b'hekk jiġi esklużi l-obbligazzjonijiet kontinġenti għall-baġit.

4.   L-entitajiet fdati skont il-punt (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)(c) u l-intermedjarji finanzjarji kollha magħżulin biex jipparteċipaw fit-twettiq ta’ operazzjonijiet finanzjarji taħt strument finanzjarju għandhom jikkonformaw mal-istandards relevanti u l-leġislazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-frodi fiskali. Għall-implementazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont dan it-Titolu, l-entitajiet fdati skont il-punti (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)(c) ma jkunux stabbiliti, u ma jżommux relazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet inkoporati, f'territorji li l-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ standards maqbula internazzjonalment dwar it-taxxi u jittrasponu tali rekwiżiti fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin.

5.   L-entitajiet fdati skont il-punti (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)(c), l-intermedjarji finanzjarji msemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu involuti fil-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, u r-riċeventi finali tal-appoġġ tal-Unjoni skont dan it-Titolu jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li l-Qorti tal-Awdituri jidhrilha li hija neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħha, skont it-termini tal-Artikolu 161.

Ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (23) għandhom japplikaw għall-appoġġ mill-Unjoni skont dan it-Titolu.

6.   L-ammonti li jikkorrespondu mill-anqas għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jew, fejn ikun applikabbli, multipli tal-istess, jintużaw għall-ksib objettivi speċifiċi tal-politiki persegwiti permezz tal-istrument finanzjarju u ma jiġġenerawx vantaġġi indebiti, b'mod partikolari fil-forma ta’ dividendi jew profitti indebiti għal terzi.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għas-settur għall-ġestjoni kondiviża, introjti, inklużi d-dividendi, il-qligħ kapitali, id-drittijiet b’garanzija u l-imgħax fuq is-self u fuq l-ammont għall-ammonti fiduċjarji mħallsin lura lill-Kummissjoni jew kontijiet fiduċjarji miftuħin għall-istrumenti finanzjarji u attribwibbli għas-sostenn mill-baġit skont strument finanzjarju, jiddaħħal fil-baġit wara t-tnaqqis tal-kostijiet u d-drittijiet tal-ġestjoni.

Ir-ripagamenti annwi, inklużi r-ripagamenti kapitali, il-garanziji rilaxxati, u r-ripagamenti tal-prinċipal tas-self, imħallsin lura lill-Kummissjoni jew lil kontijiet fiduċjarji miftuħin għall-istrumenti finanzjarji u attribwibbli għas-sostenn mill-baġit skont strument finanzjarju, jikkostitwixxu introjtu assenjat intern skont it-termini tal-Artikolu 21 u jintużaw għall-istess strument finanzjarju, mingħajr preġudizju għall-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, għal żmien mhux itwal mill-perijodu mill-impenn tal-approprijazzjonijiet magħdud miegħu sentejn, sakemm ma jkunx speċifikat xort'oħra f'att bażiku.

7.   Pagamenti lill-kontijiet fiduċjarji jsiru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tat-talbiet għal pagament li jkunu debitament sostanzjati bi tbassir għall-infiq, billi jitqiesu l-bilanċi disponibbli fil-kontijiet fiduċjarji u l-ħtieġa li jkunu evitati bilanċi eċċessivi fuq tali ammonti. Fil-każ li l-ammonti ta’ kontijiet fiduċjarji jkunu biżżejjed biex ikopru r-riżerva minimu kontrattwalment stipulati għall-kontijiet fiduċjarji, kif miżjuda bit-tbassir tal-infiq għas-sena finanzjarja kurrenti, u biex ikopru l-ammonti meħtieġa biex ikunu esklużi l-passivitajiet kontinġenti b’rabta mal-obbligazzjonijiet ta’ pagament f'munita li mhijiex l-euro, ma jsir l-ebda pagament lill-kontijiet fiduċjarji. It-tbassir tal-infiq jingħataw fuq bażi annwa jew, fejn ikun xieraq, semi-annwa.

8.   Il-Kummissjoni kull sena tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet rigward l-istrumenti finanzjarji. Ir-rapport jinkludi, għal kull strumenti finanzjarju appoġġat:

(a)

identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-att bażiku;

(b)

deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju, l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni u l-valur miżjud tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(c)

l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-implementazzjoni, inklużi l-kwestjoni li jista’ jkun hemm marbutin mal-applikazzjoni tal-paragrafu 5;

(d)

is-somma tal-impenji u pagamenti baġitarji mill-baġit għal kull strument finanzjarju;

(e)

il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju, inkluż l-investimenti magħmulin;

(f)

valutazzjoni tal-użu ta’ kwalunkwe ammonti ritornati lill-istrument bħala introjtu intern assenjat skont il-paragrafu 6;

(g)

il-bilanċ fil-kont fiduċjarju;

(h)

introjti u ripagamenti skont il-paragrafu 6;

(i)

il-valur tal-investimenti ta’ ekwità, fir-rigward ta’ snin preċedenti;

(j)

iċ-ċifri akkumulati fuq l-indeboliment tal-assi ta’ strumenti ta’ ekwità jew kondiviżjoni tar-riskju, u fuq gananziji mitluba għal strumenti ta’ garanzija;

(k)

l-effett tal-lieva li huwa l-mira, u l-effett tal-lieva miksub;

(l)

il-kontibut tal-istess għall-kisba tal-objettivi tal-programm ikkonċernat kif miżurat bl-indikaturi stabbiliti, inkluż, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ġeografika.

9.   Fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li strument finanzjarju jkun għadu ma kisibx l-objettivi tiegħu b’mof effikaċi, jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni tippreżenta proposta għal att bażiku revist bl-iskop li jiġi xolt l-istrument. Fil-każ tax-xoljiment tal-istrument finanzjarju, kull ripagament ġdid ta’ dak l-istrument skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 6 jitqies bħala introjtu ġenerali.

10.   L-iskop tal-istrumenti finanzjarji u, fejn ikun applikabbli, il-forma ġuridika speċifika u l-lok ta’ reġistrazzjoni skont il-liġi tagħhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni.

11.   Għall-istrumenti finanzjarji l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiżgura li r-rendikonti finanzjarji, li jkunu jkopru l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru u jkunu jottemperaw mar-regoli dwar il-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143 u tal-Istandards Internazzjonali ta’ Kontabbiltà fis-Settur Pubbliku (IPSAS), kif ukoll kull tagħrif meħtieġ għall-produzzjoni tar-rendikonti finanzjarji skont it-termini tal-Artikolu 68(3) jingħataw mill-entitajiet fdati skont il-punti (ii), (iii) (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)(c) sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiżgura wkoll li r-rendikonti finanzjarji awditjati għall-istrumenti finanzjarji jingħataw minn dawk l-entitajiet sal-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara.

12.   Il-Kummissjoni tiżgura ġestjoni armonizzata tal-istrumenti finanzjarji b'mod partikolari fil-qasam tal-kontabiltià, ir-rapportaġġ, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju.

13.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 210 dwar ir-regoli dettaljati dwar l-implementazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, inklużi l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom, l-effett tal-lieva, il-valutazzjoni ex-ante, il-monitoraġġ u t-trattament tal-kontribuzzjonijiet mill-Fondi msemmija fl-Artikolu 175.

TITOLU IX

PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KONTABBILTÀ

KAPITOLU 1

Kapitolu 1 preżentazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 141

Struttura tal-kontijiet

Il-kontijiet ikun fihom:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, li jippreżentaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet iffinanzjati mill-baġit, dawk tal-korpi msemmija fl-Artikolu 208 u ta’ korpi oħra li l-kontijiet tagħhom għandhom jiġu kkonsolidati f'konformità mar-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni kif hemm riferiment fl-Artikolu 143;

(b)

il-kontijiet tal-baġit aggregati li jippreżentaw l-informazzjoni li hemm fil-kontijiet tal-baġit tal-istituzzjonijiet;

Artikolu 142

Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.   Kull istituzzjoni u korp imsemmi fl-Artikolu 141 għandhom iħejju rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja.

Huma għandhom jibagħtu r-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta’ Marzu ta’ wara s-sena finanzjarja.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti rendikont, kemm f’termini assoluti u espressi bħala perċentwali, mill-anqas, tar-rata implimentattiva tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.

3.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja.

Artikolu 143

Ir-regoli dwar il-kontijiet

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jadotta r-regoli bbażati fuq standards tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku. L-uffiċjal tal-kontabilità jista' jiddevja minn dawk l-istandards jekk iqis li dan ikun meħtieġ għal stampa vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-ispejjeż, id-dħul u l-likwidità. Meta regola tal-kontabilità tiddevja materjalment minn dawk l-istandards, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiżvelaw dan il-fatt u r-raġunijiet għal dan.

2.   Il-kontijiet tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 141 għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stipulati f'dan ir-Regolament. Huma għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-operazzjonijiet tad-dħul u l-infiq tal-baġit.

Artikolu 144

Prinċipji tal-kontabilità

1.   Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 141 għandhom jippreżentaw l-informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-politiki tal-kontabilità, b'mod li jiġi żgurat li tkun relevanti, affidabbli, komparabbli u li tista' tinftiehem. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jitfasslu f'konformità mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati kif deskritti fir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha li tadotta atti ddelegati dwar l-istabbiliment tal-qafas għall-implementazzjoni mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-kompiti tiegħu skont dan l-artikolu u skont l-Artikoli 145, 146, 148, 151, 154, 156 u 157.

Artikolu 145

Rendikontijiet finanzjarji

1.   L-istqarrijiet finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f'miljuni ta’ euro u għandhom jinkludu:

(a)

il-karta tal-bilanċ u dikjarazzjoni tar-riżultat finanzjarju, li jirrappreżentaw l-assi u r-reponsabbilitajiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja u r-riżultat ekonomiku fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti; jiġu ppreżentati bi qbil mar-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 143;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus li turi l-ammonti miġbura u maħruġa matul is-sena u l-pożizzjoni finali tat-teżor;

(c)

id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti li tippreżenta ħarsa ġenerali taċ-ċaqliq matul is-sena fir-riżervi u r-riżultati akkumulati.

2.   In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplementaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta mill-prattika tal-kontabilità aċċettata internazzjonalment meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-Unjoni.

Artikolu 146

Rapporti dwar l-implementazzjoni baġitarja

1.   Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu ppreżentati f'miljuni ta’ euro. Huma għandhom jinkludu:

(a)

rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena f'termini ta’ dħul u nfiq;

(b)

noti ta’ spjegazzjoni, li għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw fuq l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti.

2.   L-istruttura tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja għandha tkun l-istess bħal dik tal-baġit innifsu.

Artikolu 147

Kontijiet provviżorji

1.   L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 141 għandhom jibagħtu l-kontijiet provviżorji tagħhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sa l-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

2.   L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 għandhom ukoll jibagħtu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f'format standardizat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni.

3.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawn il-kontijiet provviżorji mal-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u il-kontijiet provviżorji kkonsolidati tal-Unjoni.

Artikolu 148

Approvazzjoni tal-kontijiet konsolidati finali

1.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-1 ta’ Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet l-oħra u ta’ kull korp imsemmi fl-Artikolu 141, u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni.

2.   L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 141, għandhom ifasslu l-kontijiet finali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.

L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 għandhom ukoll jibagħtu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju, pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f'format standardizat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni.

3.   L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni u korp imsemmija fl-Artikolu 141 għandu wkoll jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, b'kopja lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, fl-istess data tat-trażmissjoni tal-kontijiet finali tiegħu, ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri dawn il-kontijiet finali.

Il-kontijiet finali għandhom ikunu akkumpanjati minn nota stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali kienu ppreparati skont dan it-Titolu u l-prinċipji, r-regoli u l-metodi tal-kontabilità applikabbli.

4.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jfassal il-kontijiet ikkonsolidati finali fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet ħlief il-Kummissjoni u mill-korpi msemmija fl-Artikolu 141. Il-kontijiet ikkonsolidati finali għandhom ikunu akkumpanjati minn nota stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali kienu ppreparati skont it-Titolu IX u skont il-prinċipji, r-regoli u l-metodi tal-kontabilità mniżżlin fl-anness għar-rendikonti finanzjarji.

5.   Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha tibgħathom it-tnejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Lulju.

Sal-istess data, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jittrażmetti ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri l-kontijiet konsolidati finali lill-Qorti tal-Awdituri.

6.   Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-istqarrija tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri b'konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE u l-Artikolu 160a tat-Trattat Euratom sal-15 ta’ Novembru.

KAPITOLU 2

Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 149

Rapport dwar il-garanziji u r-riskji tal-baġit

B'żieda mal-istqarrijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 145 u 146, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport darba fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-garanziji tal-baġit imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 49(1) u r-riskji korrispondenti.

Din l-informazzjoni għandha tintbgħat fl-istess waqt lill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 150

Informazzjoni dwar l-implementazzjoni tal-baġit

1.   B'żieda mal-istqarrijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 145 u 146, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat darba kull xhar, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ċifri, agregati mill-anqas fil-livell ta’ kapitolu, rigward l-implimentazzjoni tal-baġit, kemm għad-dħul kif ukoll għall-infiq, kontra l-approprjazzjonijiet kollha.

Dawn iċ-ċifri għandhom ukoll jipprovdu dettalji tal-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet trasferiti 'l quddiem.

Dawn iċ-ċifri għandhom jintbgħatu fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ wara t-tmiem ta’ kull x-xhar.

2.   Tliet darbiet fis-sena, fi żmien 30 jum tax-xogħol li jiġu wara l-31 ta’ Mejju, il-31 ta’ Awissu u l-31 ta’ Diċembru, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, li jkopri kemm d-dħul u wkoll in-nefqa, imqassma skont il-kapitolu, l-Artikolu u l-partita.

Dawk ir-rapporti jagħtu wkoll dettalji tal-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet trasferiti 'l quddiem mis-snin finanzjarji preċedenti.

3.   Iċ-ċifri u r-rapport rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom fl-istess waqt jintbgħatu lill-Qorti tal-Awdituri u ppublikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

4.   Sal-15 ta’ Settembru ta’ kull sena, l-uffiċjal tal-kontabilità jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih tagħrif dwar ir-riskji kurrenti notati, it-trends ġenerali osservati, il-kwestjonijiet ġodda dwar kontabilità li jkunu fiġġew, il-progress dwar kwestjonijiet marbutin mal-kontabilità, inklużi dawk imqanqlin mill-Qorti tal-Awdituri, u tagħrif dwar irkuprijiet.

KAPITOLU 3

Kontabilità

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 151

Is-sistema tal-kontabilità

1.   Is-sistema tal-kontabilità ta’ istituzzjoni għandha sservi għall-organizzazzjoni tal-informazzjoni tal-baġit u tal-finanzi b'tali mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħlu, jinħażnu u jkunu rreġistrati.

2.   Il-kontijiet jikkonsistu fil-kontijiet ġenerali u l-kontijiet tal-baġit. Il-kontijiet jinżammu f'euro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.

3.   L-uffiċjali awtorizzanti jista’, b’delega, iżomm ukoll kontijiet analitiċi.

Artikolu 152

Rekwiżiti komuni għas-sistema ta’ kontabilità tal-istituzzjonijiet

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, skont it-termini tal-Artikolu 143, wara li jikkonsulta mal-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 141, jadotta r-regoli tal-kontabilità u l-karta armonizzata tal-kontijiet li għandha tkun applikata mill-istituzzjonijiet kollha ffinanzajati mill-baġit, l-uffiċċji msemmija fit-Titolu V tat-Tieni Parti u l-korpi kollha msemmija fl-Artikolu 141.

Taqsima 2

Kontijiet ġenerali

Artikolu 153

Il-Kontijiet ġenerali

Il-kontijiet ġenerali għandhom jirreġistraw, fl-ordni kronoloġika, bl-użu tal-metodu double entry, l-avvenimenti u l-operazzjonijiet kollha li jaffettwaw is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141.

Artikolu 154

Entrati fil-kontijiet ġenerali

1.   Il-bilanċi u ċ-ċaqliq fil-kontijiet jiddaħħlu fir-reġistri tal-kontabilità.

2.   L-iskrizzjonijiet tal-kontabilità kollha, inklużi l-aġġustamenti għall-kontijiet, għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ appoġġ, li jirriferu għalihom.

3.   Is-sistema tal-kontijiet għandha tkun tali li tħalli traċċja ċara ta’ verifika għall-entrati kollha tal-kontabilità.

Artikolu 155

Aġġustamenti fil-kontabilità

Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tal-preżentazzjoni tal-kontijiet, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkun jinvolvi nfiq jew ġbir fir-rigward ta’ dik is-sena, ikun meħtieġ għal preżentazzjoni vera u ġusta ta’ dawk il-kontijiet. Tali aġġustamenti jikkonformaw mar-regoli tal-kontabilità li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 143.

Taqsima 3

Uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 156

Kontabilità tal-baġit

1.   Il-kontijiet tal-baġit jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, il-kontijiet tal-baġit għandhom jirreġistraw l-operazzjonijiet tad-dħul u l-infiq kollha tal-baġit previsti fit-Titolu IV tal-Ewwel Parti.

KAPITOLU 4

Inventarji tal-proprjetà

Artikolu 157

L-inventarju

1.   Kull istituzzjoni u kull korp imsemmi fl-Artikolu 141 għandu jżomm inventarji li juru l-kwantità u l-valur tal-assi kollha tal-Unjoni, tanġibbli, mhux-tanġibbli u finanzjarji, b'konformità ma’ mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

Kull istituzzjoni u kull korp imsemmija fl-Artikolu 141 għandhom jivverifikaw li l-entrati fl-inventarju jikkorrispondu għas-sitwazzjoni attwali.

2.   Il-bejgħ tal-assi tanġibbli tal-Unjoni għandu jkun reklamat kif xieraq.

TITOLU X

AWDITJAR ESTERN U L-KWITTANZA

KAPITOLU 1

Verifika esterna

Artikolu 158

Il-verifika esterna tal-Qorti tal-Awdituri

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri, malajr kemm jista' jkun, bid-deċiżjonijiet u r-regoli kollha adottati permezz tal-Artikoli 13, 16, 21, 25, 26, 29 u 40.

Artikolu 159

Ir-regoli u l-proċedura dwar il-verifika

1.   L-eżami mill-Qorti ta’ l-Awdituri dwar jekk l-introjtu kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha kienetx minfuqha f'manjiera legali u xierqa għandha tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-baġit, ta’ dan ir-Regolament, tar-regoli ta’ l-implimentazzjoni u l-atti l-oħrajn kollha permezz tat-Trattati.

2.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri hija intitolata li tikkonsulta, fil-manjera li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 161, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jirrigwardaw l-amministrazzjoni finanzjarja tad-dipartimenti jew tal-korpi fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Unjoni. Hija għandu jkollha s-setgħa li tisma' kwalunkwe uffiċjal responsabbli minn operazzjoni ta’ dħul jew ta’ nfiq u li tuża kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta’ awditjar xierqa għad-dipartimenti jew għall-korpi msemmija hawn fuq. L-awditjar fl-Istati Membri għandu jkun imwettaq b'konnessjoni mal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx il-poteri meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjoni tal-awditjar tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw fl-ispirtu tal-fiduċja waqt li jżommu l-independenza tagħhom.

Sabiex tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu afdat lilha permezz tat-Trattati jew l-atti adottati permezz tagħhom, il-Qorti tal-Awdituri tista' tkun preżenti, fuq talba tagħha, waqt l-operazzjonijiet tal-awditjar imwettqa fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit minn, jew f'isem, kwalunkwe istituzzjoni.

Fuq talba tal-Qorti tal-Awdituri, kull istituzzjoni għandha tawtorizza lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom depożiti tal-Komunità sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Awdituri li tiżgura li d-data esterna taqbel mal-kontijiet.

3.   Sabiex tkun tista' twettaq dan il-kompitu, il-Qorti tal-Awdituri għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet u lill-awtoritajiet li għalihom dan ir-Regolament huwa applikabbli, bl-ismijiet tal-membri tal-persunal tagħha li huma awtorizzati li jawditjawhom.

Artikolu 160

Verifiki fuq it-titoli u l-likwidi

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li t-titoli u l-flus kontanti ddepożitati jew fl-idejn kollha jiġu kontrollati ma’ rċevuti ffirmati mid-depożitarji jew ma’ memoranda uffiċjali tal-flus kontanti u tat-titoli miżmuma. Il-Qorti tista' twettaq tali verifiki hija stess.

Artikolu 161

Id-dritt tal-aċċess tal-Qorti tal-Awdituri

1.   Il-Kummissjoni, l-istituzzjoniet l-oħrajn, il-korpi li jamministraw l-introjtu u n-nefqa f'isem l-Unjoni u r-riċeventi finali tal-pagamenti mill-baġit għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li l-Qorti tal-Awdituri tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Huma għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri id-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u t-twettiq ta’ kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-reġistri kollha tal-kontijiet u dokumenti ta’ prova, u wkoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u l-infiq, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tħoss li jkunu meħtieġa għall-awditjar tar-rapport tar-riżultat tal-baġit u finanzjarju fuq il-bażi tar-reġistri jew verifika fuq il-post, u, għall-istess skopijiet, id-dokumenti u d-data kollha maħluqa jew maħżuna fuq medja elettronika.

Il-korpi l-oħrajn tas-servizzi u tal-awditjar intern tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kkonċernati għandhom joffru lil-Qorti tal-Awdituri l-faċilitjiet kollha li hi tqis li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

2.   L-uffiċjali li jiġu kkontrollati l-operazzjonijiet tagħhom mill-Qorti tal-Awdituri għandhom:

(a)

juru r-rekords tagħhom tal-flus fl-idejn, kwalunkwe flus kontanti oħra, titoli u materjali oħra ta’ kull tip, kif ukoll d-dokumenti ta’ provafir-rigward tal-amministrazzjoni tagħhom tal-fondi li ġew fdati lilhom u wkoll kwalunkwe kotba, reġistri u dokumenti oħra relatati magħhom;

(b)

jippreżentaw il-korrespondenza u kwalunkwe dokumenti oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 159(1).

L-informazzjoni fornuta skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tista' tkun mitluba biss mill-Qorti tal-Awdituri.

3.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun awtorizzata li tawditja d-dokumenti fir-rigward tad-dħul u n-nefqa tal-Unjoni li jkunu miżmuma mid-dipartimenti tal-istituzzjonijiet u, partikolarment, mid-dipartimenti responsabbli għad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ tali dħul u infiq, mill-korpi li jamministraw id-dħul jew in-nefqa f'isem l-Unjoni u l-persuni fiżiċi jew legali li jirċievu pagamenti mill-baġit.

4.   Il-kompitu li jkun stabbilit li d-dħul ikun irċevut u li n-nefqa tkun seħħet f'manjiera leċita u xierqa u li l-ġestjoni finanzjarja tkun tajba għandu jestendi għall-utilizzazzjoni, mill-korpi esterni għall-istituzzjonijiet, tal-fondi tal-Unjoni rċevuti bħala kontributi.

5.   Il-finanzjament tal-Unjoni mħallas lir-riċeventi esterni għall-istituzzjonijiet għandu jkun soġġett għal qbil bil-kitba minn dawk r-riċeventi jew, fin-nuqqas ta’ qbil min-naħa tagħhom, mill-kuntratturi jew mis-subkuntratturi, għall-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-użu magħmul mill-finanzjament mogħti.

6.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil-Qorti tal-Awdituri, fuq it-talba tal-Qorti, bi kwalunkwe informazzjoni rigward l-operazzjonijiet tal-għoti u t-teħid ta’ self.

7.   L-użu ta’ sistemi integrati tal-kompjuter ma għandux ikollu l-effett li jnaqqas l-aċċess mill-Qorti tal-Awdituri għad-dokumenti ta’ prova.

Artikolu 162

Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri

1.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li hi, fl-opinjoni tagħha, tali li għandha tidher fir-rapport annwali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta’ Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

2.   Ir-rapport annwali għandu jkun fih valutazzjoni ta’ kemm hi tajba l-amministrazzjoni finanzjarja.

3.   Ir-rapport annwali għandu jkun fih sezzjoni għal kull istituzzjoni. Il-Qorti tal-Awdituri tista' żżid kwalunkwe rapport sommarju jew kwalunkwe osservazzjoni ġenerali li jidrilha xieraq tagħmel.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet ta’ kull istituzzjoni għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati ħdejn jew wara kull osservazzjoni li għaliha jirreferu.

4.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti tal-istituzzjonijiet u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Malli l-Qorti tal-Awdituri tkun trażmettiet ir-rapport annwali tagħha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati immedjetament bid-dettalji ta’ dak ir-rapport li jkunu jirrigwardaw l-amministrazzjoni tal-fondi li huma responsabbli għalihom permezz tar-regoli applikabbli.

Wara li tasal din l-informazzjoni, l-Istati Membri jwieġbu lill-Kummissjoni fi żmien 60 jum. Il-Kummissjoni tittrażmetti sommarju ta’ dik l-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta’ Frar.

Artikolu 163

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri

1.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-istituzzjoni jew korp ikkonċernat l-osservazzjonijiet kollha tagħha li huma, fl-opinjoni tagħha, tali li għandhom jidhru f'rapport speċjali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja.

L-istituzzjoni jew korp ikkonċernat għandu jkollu xahrejn u nofs żmien sabiex fihom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri b'xi risposti li huma jkunu jixtiequ jagħmlu rigward l-osservazzjonijiet.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tadotta l-verżjoni definittiva tar-rapport speċjali kkonċernat fix-xahar ta’ wara meta tirċievi r-risposti magħmula mill-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati.

Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati, għandhom ikunu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernat ikunu ppubblikati immedjetament flimkien mar-rapport speċjali.

2.   L-opinjonijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4), tat-TFUE li mhumiex marbutin ma’ proposti jew abbozzi koperti mill-proċedura leġislattiva tal-konsultazzjoni jistgħu jiġu pubblikati mill-Qorti tal-Awdituri f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-pubblikazzjoni wara li tkun ikkonsultat lill-istituzzjoni li tkun talbet l-opinjoni jew li lilha tkun tirrigwarda. L-opinjonijiet ippubblikati għandhom ikunu akkumpanjati minn kwalunkwe rimarki mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

KAPITOLU 2

Kwittanza

Artikolu 164

Skandezi għall-proċedura ta’ kwittanza

1.   Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena n + 2 jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

2.   Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-posponiment.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 165

Il-proċedura ta’ kwittanza

1.   Id-deċiżjoni tal-kwittanza għandha tkopri l-kontijiet kollha tad-dħul u l-infiq tal-Unjoni, il-bilanċ li jirriżulta u l-assi u r-responsabbiltajiet tal-Komunitajiet kif murija fil-karta tal-bilanċ.

2.   Bil-għan li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, jeżamina l-kontijiet, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 318 tat-TFUE. Għandu wkoll jeżamina r-rapport annwali magħmul mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mat-tweġibiet mill-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu awditjati, u xi rapporti speċjali relevanti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata u d-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.

Artikolu 166

Miżuri ta’ segwitu

1.   F'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpamjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kwittanza kif adottati mill-Kunsill.

2.   Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lill-dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 167

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-SEAE

Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri previsti fl-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikoli 164, 155 u 156 ta’ dan ir-Regolament. Is-SEAE għandu jikkopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdi, kif jixraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-attendenza f’laqgħat tal-korpi rilevanti.

IT-TIENI PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

TITOLU I

FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA

Artikolu 168

Dispożizzjonijiet speċjali dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

1.   L-Ewwel u t-Tielet Parti għandhom, ħlief fejn huwa previst mod ieħor f’dan it-Titolu, japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmijin fir-regoli dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u għal dħul.

2.   L-operazzjonijiet amministrati direttament mill-Kummissjoni għandhom ikunu implementati b'konformità mar-regoli stabbiliti fl-ewwel u t-tielet parti.

Artikolu 169

Impenji tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

1.   Għal kull sena finanzjarja, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG għandhom jinkludu approporjazzjonijiet mhux differenzjati, bl-eċċezzjoni għan-nefqa dwar il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, li għandhom ikunu koperti minn approporjazzjonijiet differenzjati.

2.   Approprjazzjonijiet tal-pagament li jkunu nħiebu minn qabel imma li ma jkunux għadhom ġew użati sat-tmiem tas-sena finanzjarja jkunu kkanċellati.

3.   Approporjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jiġu trasferiti 'l quddiem biss għas-sena finanzjarja ta’ wara.

Tali tmexxija ’l quddiem m’għandhiex teċċedi, fil-limitu ta’ 2 % tal- approprjazzjonijiet inizjali, l-ammont ta’ aġġustament ta’ ħlasijiet diretti msemmijin fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (24) u li kien applikat matul is-sena finanzjarja ta’ qabel.

L-approporjazzjonijiet li jitmexxew ’il quddiem għandhom jiġu ritornati esklussivament lil-linji tal-baġit li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Tali trasferiment 'il quddiem jista’ jwassal għal ħlas addizzjonali biss lir-riċeventi finali li kienu soġġetti, matul is-sena finanzjarja ta’ qabel, għall-aġġustament ta’ ħlasijiet diretti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Id-deċiżjoni dwar it-trasferiment ’il quddiem għandha tittieħed mill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena li għaliha qed isir it-trasferiment 'il quddiem, u din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

Artikolu 170

Impenji provviżorji globali tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrimborża n-nefqa tal-FAEG mġarrba mill-Istati Membri.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-ammonti tar-rimborż ta’ dawn il-ħlasijiet għandhom jikkostitwixxu impenji provviżorji globali, li ma jistgħux jeċċedu l-approporjazzjonijiet totali mdaħħlin għall-FAEG.

3.   Mill-15 ta’ Novembru tas-sena finanzjarja, nefqa amministrattiva ta’ rutina għall-FAEG tista’ tiġi impenjata bil-quddiem kontra l-approprjazzjonijiet previsti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Tali impenji ma għandhomx, madankollu, jeċċedu tliet kwarti tal-approporjazzjonijiet korrispondenti totali għas-sena finanzjarja. Dawn jistgħu japplikaw biss għan-nefqa li għaliha hu stabbilit il-prinċipju f’att bażiku eżistenti.

Artikolu 171

Skeda u l-għażla taż-żmien tal-impenji baġitarji tal-FAEG

1.   Nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmija fir-regoli dwar il-FAEG għandha, fi żmien xahrejn mill-irċevuta tar-rendikonti mibgħutin mill-Istati Membri, tkun is-soġġett ta’ impenn skont il-kapitolu, l-Artikolu u l-partita. Tali impenn jista’ jsir wara li jgħaddi l-perjodu ta’ xahrejn meta hija meħtieġa proċedura għal trasferiment ta’ approporjazzjonijiet dwar il-linji tal-baġit relevanti. Ħlief meta ma jkunx għadu sar ħlas mill-Istati Membri jew meta hemm dubju dwar l-eliġibilità, l-ammonti għandhom ikunu rreġistrati bħala ħlasijiet fl-istess perjodu ta’ xahrejn.

L-impenni li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu jkunu mnaqqsin mill-impenn provviżorju globali msemmi fl-Artikolu 170.

2.   L-impenji provviżorji globali li jkunu saru għal sena finanzjarja u li ma jwasslux għal impenn fuq linji speċifiċi fin-nomeniklatura tal-baġit sal-1 ta’ Frar tas-sena finanzjarja segwenti għandhom ikunu kkanċellati fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw soġġett għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 172

Il-kontabilità tal-infiq FAEG

Fil-kontabilità baġitarja, nefqa għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tar-rifużjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena finanzjarja, sakemm l-ordni għall-ħlas tkun waslet għand l-uffiċjal tal-kontabilità sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja sussegwenti.

Artikolu 173

Trasferiment tal-approprijazzjonijiet tal-FAEG

1.   Meta l-Kummissjoni tittrasferixxi l-approprjazzjonijiet skont l-Artikolu 26(1), din għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 26(1).

2.   Fil-każi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti ta’ trasferiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja segwenti.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar tali trasferimenti f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 27, iżda għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu l-limitu ta’ żmien applikabbli għandu jkun ta’ tliet ġimgħat.

Artikolu 174

Dħul assenjat tal- FAEG

1.   Id-dħul assenjat taħt dan it-Titolu għandu jkun assenjat skont l-oriġini tad-dħul f’konformità mal-Artikolu 21(3).

2   Ir-riżultat ta’ deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, għandu jiddaħħal f’artikolu wieħed.

TITOLU II

FONDI STRUTTURALI, FOND TA' KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI, U FONDI FIL-QASAM TAL-LIBERTÀ, IS-SIGURTÀ U L-ĠUSTIZZJA ĠESTITI PERMEZZ TAL-ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 175

Dispożizzjonijiet speċjali

1.   L-Ewwel u t-Tielet Parti għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal- 20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (25), ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (26), ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew (27), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (28), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni (29), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (30), u fondi fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja inklużi l-Fondi skont il-Programm “Solidarjetà u ġestjoni ta’ flussi ta’ migrazzjoni” ġestiti f'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 59 (il-‧Fondi‧), u d-dħul tagħhom, ħlief kif stipulat mod ieħor f'dan it-titolu.

2.   L-operazzjonijiet amministrati direttament mill-Kummissjoni għandhom wkoll ikunu implementati f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Ewwel u t-Tielet Parti.

Artikolu 176

Rispett tal-allokazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw l-allokazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-impenji stipulati fl-atti bażiċi relevanti għall-operazzjonijiet strutturali, l-iżvilupp rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd.

Artikolu 177

Ħlasijiet ta’ kontribuzzjonijiet, ħlasijiet interim u ħlasijiet lura

1.   Il-ħlas mill-Kummissjoni ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fondi għandu jkun magħmul b'konformità mar-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 175.

2.   Il-limitu ta’ żmien għal ħlasijiet interim mill-Kummissjoni għandu jkun stabbilit f'konformità mar-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 175.

3.   Skont ir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 175 il-ħlas lura in toto jew in parte tal-pagamenti ta’ pre-finanzjament għal xi operazzjoni m'għandux ikollu effett li ma jnaqqasx il-kontribuzzjoni mill-Fond għall-operazzjoni kkonċernata.

L-ammonti mħallsa lura jikkostitwixxu introjtu intern assenjat skont it-termini tal-punt (c) tal-Artikolu 21(3).

It-trattament tar-rifużjonijiet mill-Istati Membri u l-implikazzjonijiet ta’ dak it-trattament għall-ammont ta’ kontribuzzjonijiet mill-Fondi għandhom ikunu rregolati bir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 175.

4.   B'deroga mill-Artikolu 14, l-approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jiġu minn rifużjonijiet ta’ ħlasijiet prefinanzjament jistgħu jiġu trasferiti 'l quddiem sal-għeluq tal-programm u jiġu użati meta meħtieġ sakemm ma jkunx għad hemm approprjazzjonijiet għall-impenji oħra disponibbli.

5.   Fil-kontabilità baġitarja, l-infiq jiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tar-rimborżamenti magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena finanzjarja, inkluż l-infiq magħmul sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara, kontra l-approprijazzjonijiet tal-pagament magħmulin disponibbli fix-xahar wara t-trasferimenti li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 179.

Artikolu 178

Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha awtomatikament twarrab l-approprjazzjonijiet li jkunu ġew impenjati kif stipulat fir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 175.

2.   L-approprjazzjonijiet diżimpenjati jistgħu jsiru disponibbli għal darb’oħra fil-każ ta’ żball ċar li hu attribwibbli biss lill-Kummissjoni.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha teżamina d-diżimpenjar magħmul matul is-sena finanzjarja preċedenti u tiddeċiedi, sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja kurrenti, fuq il-bażi tal-ħtiġijiet, jekk ikunx meħtieġ li l-tagħmel l-approprjazzjonijiet korrispondenti disponibbli mill-ġdid.

Artikolu 179

Trasferiment tal-approprjazzjonijiet

1.   Fir-rigward tan-nefqa operattiva msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni tista’, minbarra fil-każ tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, tagħmel trasferimenti minn titolu wieħed għal ieħor, sakemm l-approporjazzjonijiet inkwistjoni jkunu għall-istess objettiv skont it-tifsira tar-Regolamenti li jirregolaw il-Fondi msemmijin fl-Artikolu 175, jew li huma nfiq fuq Assistenza Teknika. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja sussegwenti.

2.   Fil-każijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti ta’ trasferiment lill-Fondi tal-approprijazzjonijiet tal-pagament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja segwenti. It-trasferiment tal-approprijazzjonijiet tal-pagament jistgħu jsiru minn kull punt tal-baġit. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu jieħdu deċiżjonijiet dwar tali trasferimenti f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 27, iżda għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu l-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ tliet ġimgħat.

3.   Jekk it-trasferiment ma jkunx approvat jew ikun approvat biss parzjalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-parti korrespondenti tal-infiq li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 177(5) tgħaddi lill-approprijazzjonijiet tal-pagament fis-sena finanzjarja li jkun imiss.

Artikolu 180

Il-ġestjoni, is-selezzjoni u l-awditjar

L-amministrazzjoni u l-għażla ta’ proġetti, u l-awditjar tagħhom, għandhom ikunu regolati bir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 175.

TITOLU III

RIĊERKA

Artikolu 181

Fondi għar-riċerka

1.   L-Ewwel u t-Tielet Parti għandhom japplikaw għall-approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku, għajr kif hemm ipprovdut mod ieħor f'dan it-Titolu.

Tali approprjazzjonijiet għandhom ikunu mdaħħla jew f'wieħed mit-titoli tal-baġit relatati mal-qasam ta’ politika marbutin ma’ "Riċerka indiretta" u "Riċerka diretta" jew f'kapitolu li jirrigwarda l-attivitajiet tar-riċerka f'titolu ieħor.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-regoli dwar it-tipi ta’ operazzjonijiet li qed issir riċerka dwarhom.

2.   L-approprjazzjonijiet relatati mad-dħul ġenerat mill-Fond ta’ Riċerka fil-qasam tal-Faħam u l-Azzar stabbilit bil-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar anness mat-TUE u t-TFUE għandhom jiġu trattati bħala dħul assenjat fit-tifsira tal-Artikolu 21. L-approprjazzjonijiet għall-impenji ġġenerati minn tali dħul għandhom ikunu disponibbli minn meta l-ammont reċevibbli jkun stmat u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet minn meta d-dħul ikun riċevut.

3.   Fir-rigward tan-nefqa operazzjonali msemmija f'dan it-Titolu, il-Kummissjoni tista' tagħmel trasferimenti minn titolu wieħed lejn ieħor, sakemm l-approprjazzjonijiet ikunu użati għall-istess skop.

4.   Esperti mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għandhom ikunu reklutati b'konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill meta jadottaw programm tal-qafas tar-riċerka jew skont ir-regoli korrispondenti għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet.

Artikolu 182

Impenji tal-Fond għar-Riċerka

1.   L-approporjazzjonijiet għall-impenji li jikkorrispondu għall-ammont tal-impenn diżimpenjat bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti li jikkonċernaw ir-riċerka li għalihom ġew assenjati jistgħu, b’mod eċċezzjonali u f’każijiet debitament iġġustifikati, isiru disponibbli għal darb’oħra meta dan ikun essenzjali biex jitwettaq il-programm oriġinarjament ippjanat, sakemm il-baġit għas-sena finanzjarja kkonċernata (sena n) jinkludi fondi għal dan l-għan.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, teżamina diżimpenji magħmulin matul is-sena finanzjarja ta’ qabel (sena n -1) u għandha tivvaluta, fid-dawl tal-ħtiġijiet, il-bżonn li l-approprjazzjonijiet jerġgħu jsiru disponibbli.

Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena finanzjarja, li jiddikjaraw għal kull partita tal-baġit ir-raġunijiet għaliex dawk l-approporjazzjonijiet reġgħu saru disponibbli.

3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu dwar il-proposti tal-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat. Meta ma tittieħed l-ebda deċiżjoni matul il-limitu ta’ żmien, il-proposti jitqiesu aċċettati.

L-ammont tal-approprjazzjonijiet għall-impenji li għandhom isiru disponibbli għal darb’oħra fis-sena n ma għandu qatt jeċċedi l-25 % tal-ammont totali diżimpenjat fuq l-istess linja tal-baġit fis-sena n1.

4.   L-approprjazzjonijiet għall-impenji li reġgħu saru disponibbli ma għandhomx jiġu trasferiti ’l quddiem.

Impenji legali li jikkonċernaw l-impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom jiġu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n.

Fl-aħħar tas-sena n, il-bilanċ li ma ntużax tal-approprjazzjonijiet għall-impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom ikunu diżimpenjati b'mod definittiv mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

Artikolu 183

Ċentru ta’ Riċerka Konġunta

1.   Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jista' jirċievi fondi rreġistrati fuq l-approprjazzjonijiet imdaħħla barra mit-titoli u l-kapitoli msemmija fl-Artikolu 181(1) fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi proċeduri ta’ akkwisti li jsegwu t-Titoli V u VI tal-Ewwel Parti, u ffinanzjati b'mod sħiħ jew parzjali mil-baġit ġenerali.

Għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti, il-JRC għandu jitqies bħala persuna legali stabbilita fi Stat Membru.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-JRC.

2.   Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw dan li ġej għandhom ikunu ttrattati bħala dħul assenjat fit-tifsira tal-Artikolu 21(2):

(a)

proċeduri ta’ għotjiet u akkwisti li fihom jipparteċipa l-JRC;

(b)

attivitajiet tal-JRC f'isem partijiet terzi; jew

(c)

attivitajiet li saru taħt ftehim amministrattiv ma’ istituzzjonijiet oħra jew dipartimenti oħra tal-Kummissjoni għall-għoti ta’ servizzi tekniċi-xjentifiċi.

L-impenji tal-approprjazzjonijiet iġġenerati bid-dħul imsemmi fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu disponibbli malli l-ammont riċevibli jkun ġie kkalkolat.

Għal attivitajiet imsemmija fil-punti (c) tal-ewwel subparagrafu, l-approprjazzjonijiet mhux użati fi żmien ħames snin għandhom jitħassru.

3.   L-użu ta’ approprjazzjonijiet għandha tkun murija f'sett ta’ kontijiet analitiċi fil-kont tar-riżultat tal-baġit għal kull kategorija ta’ azzjoni li magħha tkun relatata; din għandha tkun separata mid-dħul li joriġina mill-iffinanzjar minn partijiet terzi (pubbliċi jew privati) u mid-dħul minn servizzi oħrajn imwettqa mill-Kummissjoni għal partijiet terzi.

4.   Meta jkun qed jieħu sehem fi proċeduri ta’ għotjiet jew offerti f'konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-JRC ma għandux ikun soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 106, punti (b) u (c) tal-Artikolu 107(1), l-Artikoli 108 u 109, l-Artikoli 131(4) u 131(5) dwar dispożizzjonijiet li jirrigwardaw esklużjoni u sanzjonijiet fir-rigward tal-akkwist u l-għotjiet.

Il-JRC għandu wkoll ikun preżunt li jissodisfa l-kundizzjonijiet dwar il-kapaċità ekonomika u finanzjarja.

Il-JRC għandu jkun eżentat milli jippreżenta garanziji kif imsemmi fl-Artikoli 115 u 134.

5.   Ir-regoli dwar l-akkwist fit-Titolu V tal-Ewwel Parti ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet tal-JRC f'isem partijiet terzi.

6.   Bħala deroga mill-Artikolu 26, il-Kummissjoni tista, fi ħdan it-titoli tal-baġit li jirrigwardaw il-qasam ta’ politika “Riċerka diretta”, tagħmel transferimenti bejn kapitoli sa massimu ta’ 15 % tal-approprjazzjoni fil-linja li minnha t-trasferiment ikun sar.

TITOLU IV

AZZJONIJIET ESTERNI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 184

Azzjonijiet esterni

1.   Il-Ewwel u t-Tielet Parti għandhom japplikaw għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit, għajr kif hemm ipprovdut mod ieħor f'dan it-Titolu.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-azzjonijiet li jistgħu jkunu ffinanzjati skont l-azzjonijiet esterni.

2.   L-approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu użati mill-Kummissjoni:

(a)

jew fil-qafas tal-għajnuna mogħtija fuq bażi awtonoma; jew

(b)

fi sħubija ma’ pajjiż terz kif imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 55(1)(c), permezz tal-iffirmar ta’ ftehim ta’ finanzjament;

3.   Fejn l-azzjonijiet esterni jkunu kofinanzjati kemm mill-approprijazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit kemm minn introjtu estern assenjat li għalih hemm riferiment fil-punt (b) tal-Artikolu 21(2), il-fondi li ma jkunux ġew impenjati wara għeluq it-terminu kontrattwali msemmi fl-Artikolu 189(2) għal-azzjoni relevanti, ikun rimborżat fuq bażi pro rata wara li ssir deduzzjoni ta’ somma ta’ darba li tkun tikkorrespondi għall-awditjar, valutazzjoni u kontinġenzi li jistgħu jiġu impenjati aktar ’il quddiem.

4.   Ma japplikax it-tieni paragrafu tal-Artikolu 90(4) għall-azzjonijiet msemmija f'dan it-Titolu.

Għall-għotjiet taħt il-ġestjoni diretta ta’ azzjonijiet esterni ta’ finanzjament ta’ aktar minn EUR 5 000 000, mhux aktar minn żewġ pagamenti prefinanzjament jibqgħu mhux klerjati matul id-durata tal-azzjoni.

KAPITOLU 2

Implementazzjoni tal-azzjonijiet

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 185

Implementazzjoni tal-azzjonijiet esterni

L-azzjonijiet imsemmija f'dan it-titolu jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(1), permezz ta’ ġestjoni kondiviża skont il-punt (b) tal-Artikolu 58(1) jew indirettament permezz ta’ kwalunkwe entità jew persuna fdata skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1), f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 58 sa 63. Approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet esterni jistgħu jkunu magħquda ma fondi minn sorsi oħrajn sabiex jintlaħaq objettiv konġunt.

Taqsima 2

Appoġġ baġitarju u fondi fiduċjarji b’aktar minn donatur wieħed

Artikolu 186

Użu tal-appoġġ tal-baġit

1.   Fejn ikun hemm dispożizzjoni fl-atti bażiċi relevanti, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ għall-baġit f’pajjiż terz benefiċjarjujekk il-mod li bih dak il-pajjiż jiġġestixxi l-finanzi pubbliċi jkun trasparenti, affidabbli u effettiv biżżejjed.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-użu tal-appoġġ baġitarju u dwar l-obbligazzjoni tar-riċeventi.

2.   Id-deċiżjoni għall-finanzjament msemmija fl-Artikolu 84 tagħti dettalji tal-objettivi u r-riżultati mistennijin tal-għoti tal-appoġġ baġitarju f’pajjiż terz benefiċjarju. Il-pagament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni jkun imsejjes fuq is-sodsifaċiment tal-kondizzjonijiet li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 1, inkluż it-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u fuq indikaturi ta’ prestanza ċari u objettivi li jkunu jifformaw il-bażi għat-tikjil tal-progress matul iż-żmien fis-settur rispettiv.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinkludi, fil-ftehim finanzjarju korrispondenti konkluż skont l-Artikolu 184(2), id-dispożizzjonijiet adegwati li b'konfromita' magħhom il-pajjiż terz benefiċjarju jieħu l-impenn li jirrimborża immedjatament l-ammont totali jew parzjali tal-finanzjament rilevanti tal-operazzjoni, f’każ li jiġi stabbilit li l-pagament tal-fondi rilevanti tal-Unjoni tkun inkludiet irregolaritajiet serji attribtwibbli lildak il-pajjiż.

Sabiex jiġi pproċessar ir-rimborż imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jista’ jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80(1).

4.   Il-Kummissjoni tappoġġa f'pajjiżi terzi benefiċjarji l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari u tal-kapaċitajiet ta’ verifika u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

Artikolu 187

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

1.   Għall-azzjonijiet ta’ emerġenza, ta’ wara l-emerġenzi jew tematiċi, il-Kummissjoni tista' toħloq fondi fiduċjarji skont ftehim ma’ donaturi oħra. L-att kostituttiv ta’ kull fond fiduċjarju għandu jiddefinixxi l-għanijiet tal-fond fiduċjarju.

2.   Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jiġu implementati skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarju tajba, tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tan-non-diskriminazzjoni u tat-trattament ugwali u skont l-objettivi speċifiċi kif definiti f’kull att kostituttiv.

Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom ikunu implementati direttament mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(1), bl-eċċezzjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-azzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ post-emerġenza, li jistgħu wkoll ikunu implementati indirettament billi l-kompiti ta’ implementazzjoni baġitarja jingħataw lill-entitajiet skont il-punti (i), (ii), (iii) (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)(c).

3.   Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jottemperaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

hemm valur miżjud għall-intervent tal-Unjoni: il-fondi fiduċjarji għandhom jinħolqu u jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fejn l-għanijiet tagħhom, partikolarment minħabba l-iskala jew l-effetti potenzjali tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli f'dak nazzjonali;

(b)

il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom iġibu viżibilità politika ċara għall-Unjoni u vantaġġi manaġerjali kif ukoll kontroll aħjar tal-Unjoni ta’ riskji u l-infiq tal-Unjoni u tal-kontribuzzjonijiet tad-donaturi l-oħrajn. Ma għandhomx jinħolqu jekk jiddupplikaw biss kanali oħrajn ġa eżistenti ta’ finanzjament jew strumenti simili mingħajr ma jipprovdu addizzjonalità.

4.   Għal kull fond fiduċjarju tal-Unjoni hu stabbilit bord ippresedut mill-Kummissjoni sabiex jiżgura r-rappreżentanza tad-donaturi, u tal-Istati Membri non-kontributuri bħala osservaturi u biex jiddeċiedi dwar l-użu tal-fondi.

5.   Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jinħolqu għal perjodu limitat iddeterminat fl-att kostituttiv tagħhom. Dan it-tul jista' jiġi mtawwal b'deċiżjoin tal-Kummissjoni fuq talba tal-bord tal-fond fiduċjarju kkonċernat.

Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni ma tissoktax bl-approprijazzjonijiet għal dak il-fond fiduċjarju jew li tirrevedi l-att kostituttiv għall-fini ta’ likwidazzjoni tal-fond fiduċjarju, fejn dan ikun xieraq. F'tali każ, kull fond rimanenti jiġi ritornat fuq bażi pro rata lill-baġit bħala dħul ġenerali u lill-Istati Membri kontribwenti u donaturi oħrajn.

6.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u tad-donaturi għandhom jiddaħħlu f'kont tal-bank speċifiku. Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni jiġu trasferiti lil dan il-kont fuq il-bażi tat-talbiet għal pagament li jkunu debitament sostanzjati bi tbassir ta’ nfiq, billi jitqiesu l-bilanċi disponibbli fuq il-kont u l-ħtieġa riżultanti għal pagamenti addizzjonali. It-tbassir tal-infiq jingħataw fuq bażi annwa jew, fejn ikun xieraq, semi-annwa.

Il-kontribuzzjonijiet m'għandhomx ikunu integrati fil-baġit u għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega.

L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni jkun l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. Jkun responsabbli għall-istabbiliment tal-proċeduri tal-kontabilità u l-pjan tal-kontijiet komuni għall-fondi fiduċjarji kollha tal-Unjoni.

L-awditur intern tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jeżerċitaw l-istess poteri fuq il-fond fiduċjarju kif jagħmlu fir-rigward tal-azzjonijiet l-oħra mwettqa mill-Kummissjoni.

Il-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju għandu jinfetaħ u jingħalaq mill-uffiċjal tal-kontabilità.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura separazzjoni stretta tad-dmirijiet bejn l-uffiċjali tal-kontabbilta' u l-awtorizzazzjoni.

Il-Fondi jiġu impenjati u mħallsin minn atturi finanzjarji tal-Kummissjoni, kif definit fil-Kapitolu 3 tat-Titolu IVtal-Parti I.

7.   Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tiġbed massimu ta’ 5 % tal-ammonti miġbura fil-fond fiduċjarju sabiex tkopri l-ispejjeż tagħha rigward il-ġestjoni mis-snin li fihom bdew jintużaw il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6. Matul il-ħajja tal-fond fiduċjarju, tali miżati tal-ġestjoni għandhom ikunu assimilati mad-dħul assenjat skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 21(2).

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jaġixxi fuq l-ordnijiet ta’ rkupru li jirrigwardaw azzjonijiet iffinanzjati mill-fond fiduċjarju. Dħul li ġej mir-rifużjonijiet ta’ dawn l-ordnijiet ta’ rkupru għandu jitqiegħed lura fil-kont bankarju speċifiku tal-fond fiduċjarju. It-tħassir ta’ ordnijiet ta’ rkupru għandu jsir taħt ir-regoli msemmija fl-Artikolu 80.

8.   Il-Kummissjoni tippreżenta l-abbozz ta’ deċiżjonijiet tagħha dwar il-ħolqien, l-estensjoni u l-likwidazzjoni tal-fond fiduċjarju tal-UE lill-kumitat kompetenti li hemm dispost dwaru fl-att bażiku li skont it-termini tiegħu tingħata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fond fiduċjarju tal-Unjoni.

9.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar ir-rapport dwar il-ġestjoni, ir-rapportaġġ u l-governanza tal-fondi fiduċjarji għall-azzjonijiet esterni.

10.   Ta' kull sena l-Kummissjoni tippreżenta rapport komprensiv u dettaljat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet appoġġati minn fondi fiduċjarji tal-Unjoni, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kontijiet tagħhom. Il-Kummissjoni tehmeż ir-rapport tagħha mas-sommarju tar-rapport annwali msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 66(9).

Taqsima 3

Modi oħrajn ta’ amministrazzjoni

Artikolu 188

Implimentazzjoni ta’ azzjonijiet esterni permezz ta’ ġestjoni indiretta

1.   L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet implimentati indirettament skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) għandha tkun soġġetta għall-iskrutinju tal-Kummissjoni u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 56(2). Dan l-iskrutinju għandu jkun eżerċitat jew b'approvazzjoni minn qabel, jew b'verifiki ex post jew bi proċedura konġunta.

2.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-implementazzjoni tal-azzjonijiet esterni permezz ta’ ġestjoni indiretta.

Artikolu 189

Ftehimiet ta’ finanzjament dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet esterni

1.   L-azzjonijiet esterni imwettqa għandhom iwasslu għal strument wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u entità jew persuna msemmija fl-Artikolu 185;

(b)

kuntratt jew ftehim ta’ għotja bejn il-Kummissjoni u l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-azzjonijiet.

Il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna esterna għandhom jiġu stabbiliti fl-istrument li bih għandhom ikunu ġestiti l-ftehimiet ta’ finanzjament jew il-kuntratti jew il-ftehim tal-għotjiet previsti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Il-ftehimiet ta’ finanzjament mal-entitajiet imsemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1għandhom ikunu konklużi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena n + 1, fejn is-sena n hija s-sena li fiha kien sar l-impenn baġitarju.

Il-ftehimiet ta’ finanzjament għandhom jistabbilixxu l-perjodu li fih l-entitajiet imsemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jikkonkludu l-kuntratti individwali kollha, u l-ftehim tal-għotjiet kollha li jimplimentaw l-azzjoni. Dan il-perjodu ma għandux ikun ta’ aktar minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament, ħlief għal:

(a)

għal azzjonijiet multidonatur;

(b)

għal kuntratti individwali relatati mal-awditu u l-evalwazzjoni;

(c)

fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(i)

jiżdiedu riders ma’ kuntratti diġà konklużi;

(ii)

kuntratti individwali għandhom jiġu konklużi wara li kuntratt eżistenti jiġi mitmum kmieni;

(iii)

bidliet tal-entità inkarigata bil-kompiti fdati.

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal programmi pluriennali li huma implimentati permezz ta’ impenji maqsuma f’dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel id-Dħul;

(b)

l-Istrument għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Partenarjat.

F'dawk il-każijiet, l-approprjazzjonijiet għandhom ikunu awtomatikament diżimpenjati mill-Kummissjoni f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.

4.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati ftehimiet ta’ finanzjament dwar l-implementazzjoni tal-azzjonijiet esterni.

KAPITOLU 3

Akkwist pubbliku

Artikolu 190

Akkwist pubbliku ta’ azzjoni esterna

1.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-akkwist pubbliku ta’ azzjoni esterna.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tal-Ewwel Parti relatati mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist għandhom ikunu applikabbli għal-kuntratti koperti b'dan it-Titolu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardjaw il-limiti massimi u l-arranġamenti għall-għoti ta’ kuntratti esterni li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kontraenti għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu:

(a)

il-Kummissjoni f'isem ta’ u għall-akkont ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar;

(b)

entitajiet u persuni msemmija fl-Artikolu 185u fdati bil-kompiti korrispondenti tal-implimentazzjoni tal-baġit.

3.   Il-proċeduri għall-akkwisti għandhom jkunu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 180.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għall-azzjonijiet taħt l-atti bażiċi speċifiċi għas-setturi li jirrigwardaw l-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet, l-operazzjonijet tal-protezzjoni ċivili u l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja.

Artikolu 191

Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti

1.   Parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti għandha tkun miftuħa fuq termini ugwali għall-persuni kollha li jidħlu fl-iskop tat-Trattati u għal kwalunkwe persuna fiżika jew legali oħra f'konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti bażiċi li jirregolaw is-settur tal-koperazzjoni kkonċernat.

2.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 54(2), jista' jkun deċiż, f'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.

3.   Meta jkun japplika ftehim dwar it-twessigħ tas-suq għall-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi li tiegħu l-Unjoni hija parti, il-kuntratti għall-akkwisti ffinanzjati mill-baġit għandhom ukoll ikunu miftuħa għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim.

4.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħa għall-offerti.

KAPITOLU 4

Għotjiet

Artikolu 192

Finanzjament sħiħ ta’ azzjoni esterna

Azzjoni tista' tkun iffinanzjata b'mod sħiħ mill-baġit biss jekk dan ikun essenzjali sabiex din titwettaq.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-finanzjament sħiħ ta’ azzjoni esterna.

Artikolu 193

Regoli applikabbli għal għotjiet tal-azzjoni esterna

Proċeduri ta’ għotjiet li għandhom jiġu applikati skont il-ġestjoni indiretta mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet konklużi bejn il-Kummissjoni u dawk l-entitajiet.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-proċeduri għall-għotjiet applikabbli taħt ġestjoni indiretta.

KAPITOLU 5

Awditjar tal-kontijiet

Artikolu 194

Awditjar tal-Unjoni fl-azzjoni esterna

Kull ftehim bejn il-Kummissjoni u entità msemmija fl-Artikolu 185, jew ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja għandhom jipprovdu espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jkollhom is-setgħa ta’ awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni.

TITOLU V

UFFIĊĊJI EWROPEJ

Artikolu 195

L-Uffiċji Ewropej

1.   ’Uffiċċji Ewropej’, għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, huma l-istrutturi amministrattivi stabbiliti minn istituzzjoni waħda, jew aktar minn waħda, sabiex iwettqu doveri trażversali speċifiċi.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 210 dwar ir-regoli ddettaljati dwar l-ambitu tal-uffiċji Ewropej u d-delegi magħmulin mill-istituzzjonijiet lill-uffiċji Ewropej.

2.   Dan it-Titolu japplika għall-operat tal-OLAF, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 198, 198 u 200.

3.   L-Ewwel u t-Tielet Parti għandhom japplikaw għall-operat tal-uffiċċji Ewropej, għajr fejn stipulat mod ieħor minn dan it-Titolu.

Artikolu 196

Approprijazzjonijiet dwar l-uffiċċji Ewropej

1.   L-approprjazzjonijiet għal kull uffiċċju Ewropew, li l-ammont totali tagħhom għandhom ikunu mdaħħla f'linja speċifika tal-baġit fi ħdan is-sezzjoni tal-baġit li tirrigwarda l-Kummissjoni, għandhom ikunu stabbiliti fid-dettall fl-Anness ta’ dik is-sezzjoni.

L-Anness għandu jieħu l-għamla ta’ dikjarazzjoni ta’ dħul u nfiq, suddiviża bl-istess mod bħas-sezzjonijiet tal-baġit.

L-approprjazzjonijiet imdaħħla f'dak l-Anness għandhom ikopru l-ħtiġijiet finanzjarji kollha għal kull uffiċċju Ewropew fit-twettiq tad-doveri tiegħu f'isem l-istituzzjonijiet.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 210 dwar ir-regoli ddettaljati dwar l-approprijazzjonijiet għall-uffiċji Ewropej, inklużi d-delegi ta’ ċerti kompiti mill-uffiċjali tal-kontabilità, it-teżorerija u l-kontijiet bankarji.

2.   Il-pjan ta’ stabbiliment ta’ kull uffiċċju Ewropew għandu jkun anness ma’ dak tal-Kummissjoni.

3.   Id-Direttur ta’ kull uffiċċju Ewropew għandu jieħu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti fi ħdan l-Annessi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'tali trasferimenti.

4.   Il-kontijiet ta’ kull uffiċċju Ewropew għandhom jiffurmaw parti integrali mill kontijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 141.

Artikolu 197

Uffiċjal Awtorizzanti tal-uffiċċji Ewropej

Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet introdotti fl-Anness għal kull uffiċċju Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri tal-uffiċjal awtorizzanti lid-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, skont l-Artikolu 65.

Artikolu 198

Il-kontijiet tal-Uffiċċji Ewropej interistituzzjonali

1.   Kull uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għandu jħejji kontijiet analitiċi tan-nefqa tiegħu, li jagħmluha possibbli li jkun iddeterminat il-proporzjon tas-servizzi tiegħu fornuti lil kull waħda mill-istituzzjonijiet. Id-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat għandu jadotta, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Ġestjoni, il-kriterji li fuqhom għandha tkun ibbażata s-sistema ta’ kontabilità.

2.   Ir-rimarki li jikkonċernaw il-linja speċifika tal-baġit li fiha hija mdaħħla l-approprjazzjoni totali għal kull uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għandha wkoll turi estimi tal-ispiża tas-servizzi fornuti minn dak l-uffiċċju lil kull waħda mill-istituzzjonijiet. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-kontijiet analitiċi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1.

3.   Kull uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għandu jinnotifika lill-istituzzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-kontijiet analitiċi.

Artikolu 199

Id-delega tas-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti għall-Uffiċċji interistituzzjonali Ewropej

1.   Kull istituzzjoni tista’ tiddelega l-poteri tal-uffiċjal awtorizzanti lid-direttur ta’ uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għall-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet imdaħħlin fis-sezzjoni tagħha u għandha tiffissa l-limiti u l-kundizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar d-delega ta’ poteri tal-uffiċjali awtorizzanti lid-direttur ta’ uffiċju interistituzzjonali Ewropew.

2.   L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu 9 tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti.

Artikolu 200

Servizzi lil terzi

Jekk il-kompetenza ta’ uffiċċju Ewropew tinvolvi provvisti lil partijiet terzi għal interess pekunarju, id-Direttur tiegħu għandu jadotta, wara l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw kif dawn il-provvisti għandhom isiru u ż-żamma tal-kontijiet korrispondenti.

TITOLU VI

APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 201

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-partijiet wieħed u tlieta għandhom japplikaw għall-approprjazzjonijiet amministrattivi, għajr meta huwa stipulat mod ieħor f'dan it-Titolu.

2.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-ambitu tal-approprijazzjonijiet amministrattivi u l-garanziji tal-kera.

Artikolu 202

Impenji

1.   Mill-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, spejjeż amministrattivi ta’ rutina jistgħu jkunu allokati bil-quddiem mal-appropjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Tali impenji ma għandhomx, madankollu, jeċċedu kwart tal-approporjazzjonijiet deċiżi mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-linja tal-baġit korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali. Dawn ma għandhomx japplikaw għal nefqa ġdida tat-tip li jkun għadu mhux approvat fil-prinċipju fl-aħħar baġit adottat kif xieraq.

2.   In-nefqa li għandha titħallas bil-quddiem minħabba dispożizzjonijiet legali jew kontrattwali, pereżempju kirjiet, tista' twassal sabiex ħlasijiet mill-1 ta’ Diċembru 'l quddiem ikunu meħuda mill-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja segwenti. F’dan il-każ, il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika.

Artikolu 203

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approprijazzjonijiet amministrattivi

1.   L-approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-ambitu tal-approprijazzjonijiet amministrattivi speċifiċi, inklużi l-binjiet u l-ħlas mogħti bil-quddiem lill-persunal tal-istituzzjonijiet.

2.   In-nefqa amministrattiva li toriġina minn kuntratti li jkopru perjodi li jestendu lil hinn mis-sena finanzjarja, jew b'konformità mal-prattika lokali jew li jirigwardaw il-forniment ta’ tagħmir, għandhom ikunu rreġistrati kontra l-baġit tas-sena finanzjarja li fiha jkunu effettwati.

3.   Kull istituzzjoni tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Ġunju kull sena dokument ta’ ħidma dwar il-politika tagħha dwar il-bini li għandu jinkorpora l-informazzjoni li ġejja:

(a)

għal kull binja, l-infiq u l-arja superfiċjali koperti mill-approprjazzjonijiet tal-linji baġitarji korrispondenti;

(b)

l-evoluzzjoni mistennija tal-ipprogrammar globali tal-arja superfiċjali u postijiet għas-snin li ġejjin, b'deskriżżjoni tal-proġetti ta’ bini fil-fażi ta’ ppjanar li diġà ġew identifikati;

(c)

it-termini u l-ispejjeż finali kif ukoll l-informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ bini ġodda li kienu tressqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi (4) u (5) u mhux inklużi fid-dokumenti ta’ ħidma tas-snin preċedenti.

4.   Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li għandu mnejn ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi għall-baġit, l-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm jista’ jkun kmieni dwar is-superfiċi rikjesta għall-kostruzzjoni u l-pjanifikazzjoni provviżorja qabel ma tibda tgħarrex is-suq lokali fil-każ ta’ kuntratti ta’ bini, jew qabel ma joħroġu stediniet għall-ħruġ tal-offerti, fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ bini.

5.   Għal kull proġett ta’ bini li għandu mnejn ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi għall-baġit, l-istituzzjoni tippreżenta proġett ta’ bini, li jkun fih stima dettaljata tal-kostijiet u tal-finanzjametn, kif ukoll elenku tal-abbozz tal-kuntratti li jkun hemm il-ħsieb li jintużaw, u għandha titlob l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill qabel ma l-kuntratti jiġu konklużi. Meta ssir talba mill-istituzzjoni, id-dokumenti ppreżentati marbutin mal-proġett ta’ kostruzzjoni jiġu trattati b'mod kunfidenzjali.

Ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta dwar il-proġett ta’ bini fi żmien erba’ ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha.

Il-proġett ta’ bini jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ erba’ ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dak it-terminu.

Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill iqanqlu tħassib debitament ġustifikat f’dak it-terminu ta’ erba’ ġimgħat, dak it-terminu jiġi estiż darba b’ġimagħtejn.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jieħdu deċiżjoni kuntrarja għall-proġett ta’ bini, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tirtira l-proposta tagħha u tkun tista' tippreżenta waħda ġdida.

6.   Fil-każijiet ta’ forza maġġuri, it-tagħrif previst fil-paragrafu 4 jista’ jkun ippreżentat konġuntament mal-proġett ta’ kostruzzjoni. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jiddeliberaw il-proġett ta’ bini fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewh. Il-proġett ta’ bini jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ ġimagħtejn, sakemm il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dan it-terminu.

7.   Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala proġetti tal-bini li aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi fuq il-baġit huma:

(i)

kull akkwist ta’ art;

(ii)

l-akkwist, il-bejgħ, xogħlijiet strutturali, kostruzzjoni ta’ binjiet jew kull proġett li jkun jikkombina dawn l-elementi li jiġi implementat fl-istess perijodu ta’ żmien, eċċedenti EUR 3 000 000;

(iii)

kull kuntratt immobiljari (inklużi l-użufrutt, il-kirjiet fit-tul, u t-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti skont kondizzjonijiet anqas favorevoli) li ma jkunx kopert mill-punt (ii) b'korrispettiv annwu ta’ mill-anqas EUR 750 000;

(iv)

l-estensjoni jew it-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti (inklużi l-użufrutt u l-kirjiet fit-tul) skont l-istess kondizzjonijiet jew kondizzjonijiet aktar favorevoli, b’korrispettiv annwu ta’ mill-anqas EUR 3 000 000.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal proġetti immobiljari li jkollhom natura interistituzzjonali, kif ukoll għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

8.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 17, proġett ta’ akkwist immobiljari jista’ jkun iffinanzjat permezz ta’ mutwu soġġett li jkun hemm l-approvazzjonin minn qabel tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Il-mutwi jkunu kkontrattati u mħallsin lura f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u b'kont dovut tal-aqwa interess finanzjarju tal-Unjoni.

Meta istituzzjoni tipproponi li tiffinanzja l-akkwist permezz ta’ mutwu, il-pjan ta’ finanzjament jiġi ppreżentat, flimkien ma’ talba għal approvazzjoni minn qabel mill-istituzzjoni li tkun, bi speċifikazzjoni partikolari dwar il-livell massimu ta’ finanzjament, il-perijodu ta’ finanzjament, it-tip ta’ finanzjament, il-kondizzjonijiet tal-finanzjament u t-tifdil b’paragun ma’ tipi oħrajn ta’ arranġamenti kontrattwali.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq it-talba għal approvazzjoni minn qabel fi żmien erba’ ġimgħat, prorogabbli b’ġimagħtejn, mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha. L-akkwist permezz ta’ mutwu jitqies riġettat jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma japprovawhx espressament qabel ma jiskadi dan it-terminu.

TITOLU VII

ESPERTI

Artikolu 204

Esperti esterni b'remunerazzjoni

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 210 dwar ir-regoli dettaljati dwar l-esperti esterni b'remunerazzjoni, inklużi proċeduri speċifiċi għall-għażla ta’ persuni fiżiċi bħala esperti esterni b'remunerazzjoni, biex jgħinu lill-istituzzjonijiet fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, proġetti u offerti u biex jipprovdu opinjonijiet u pariri f'każijiet speċifiċi.

Tali esperti għandhom jiġu remunerati fuq il-bażi ta’ ammont fiss imħabbar minn qabel u għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità professjonali tagħhom. L-għażla għandha ssir fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla li jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali u l-assenza ta’ kunflitti ta’ interessi.

IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI

Artikolu 205

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Fir-rigward tal-Fondi msemmijin fl-Artikolu 175(1) li għalihom l-atti bażiċi jitħassru qabel l-1 ta’ Jannar 2013, l-approprjazzjonijiet li kienu diżimpenjati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 178 jistgħu jsiru disponibbli mill-ġdid fil-każ ta’ żball ċar attribwibbli biss għall-Kummissjoni jew fil-każ ta’ Force Majeure li għandha riperkussjonijiet serji għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet appoġġjati minn dawk il-Fondi.

2.   Għat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet li jirrigwardaw in-nefqa operattiva msemmija fir-Regolamenti (KE) Nru 1260/1999, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 1080/2006, (KE) Nru 1081/2006, (KE) Nru 1083/2006, (KE) Nru 1084/2006 u (KE) Nru 1198/2006 għall-perjodu ta’ programmar 2000 sa 2006, li għalih għadhom iridu jsiru ħlasijiet tal-Unjoni għas-saldu finanzjarju ta’ impenji pendenti tal-Unjoni sal-għeluq tal-asssistenza, il-Kummissjoni tista' tagħmel trasferimenti minn titolu għal ieħor, dment li l-approprjazzjonijiet ikkonċernati jkunu għall-istess objettiv jew jirrigwardaw inizjattivi tal-Unjoni jew assistenza teknika u miżuri innovattivi u huma trasferiti għal miżuri tal-istess natura.

3.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 210 dwar regoli dettaljati dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, inkluża l-likwidazzjoni ta’ kont ta’ garanzija u l-aġġornament tal-livelli massimi u tal-ammonti.

Artikolu 206

Talbiet għal informazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu intitolati sabiex jakkwistaw kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjonijiet rigward materji tal-baġit fi ħdan l-oqsma tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 207

Limiti massimi ammonti

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 li jikkonċerna l-limiti massimi kollha u l-ammonti kollha li hemm dispost dwarhom f’dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-Artikolu 118.

Artikolu 208

Regolament finanzjarju ta’ qafas għall-korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta Regolament finanzjarju qafas permezz ta’ atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 210 għall-korpi li jitwaqqfu taħt it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li għandhom personalità legali u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit.

Ir-regolament finanzjarju ta’ qafas għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli li hemm dispost għalihom skont dan ir-Regolament.

Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

2.   Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-korpi li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 1 jikkoperaw bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jagħtu, skont ma jkun jixraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-preżenzjar f’laqgħat tal-korpi rilevanti.

3.   L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

4.   Awditur indipendenti estern jivverifika li l-kontijiet annwali ta’ kull korp imsemmi fil-paragrafu 1 jippreżentaw tajjeb id-dħul, l-infiq, u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni. Sakemm ma jingħadx xort’oħra fl-att bażiku li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 1, il-Qorti tal-Awdituri tħejji Rapport Annwu Speċifiku dwar kull korp inlinja mar-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) TFUE. Hi u tħejji dan ir-rapport, il-Qorti tqis ix-xogħol ta’ awditjar li jkun sar mill-awditur indipendenti estern u l-azzjoni li tkun ittieħdet b’respons għal dak li jkun sab l-imsemmi awditur.

Artikolu 209

Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata

Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regolament finanzjarju mudell permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 210 li għandu jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 60.

Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

Artikolu 210

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħat li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 8, 11, 13, 19, 21, 22, 23, 25, 26, 29, 30, 31, 34, 35, 38, 41, 44, 49, 53, 54, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 72, 73, 74, 75, 76, 77, 78, 79, 80, 81, 83, 84, 85, 86, 87, 88, 89, 90, 92, 93, 98, 99, 100, 101, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 112, 113, 114, 115, 116, 117, 118, 119, 121, 122, 123, 124, 125, 126, 128, 129, 130, 131, 132, 133, 134, 135, 137, 138, 139, 140, 142, 144, 181, 183, 184, 186, 187, 188, 189, 190, 191, 192, 193, 195, 196, 199, 201, 203, 204, 205, 207, 208 u 209 tingħata lill-Kummissjoni sal-għeluq tal-ewwel qafas finanzjarju pluriennali post-2013 li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 312 TFUE. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn sentejn qabel tmiem l-ewwel qafas finanzjarju pluriennali post-2013. Id-delega tas-setgħa tiġġedded taċitament għal perijodi li jikkorrispondu ma’ oqfsa finanzjarji pluriennali sussegwenti, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu ta’ validità tal- qafas finanzjarju pluriennali korrispondenti.

3.   Id-delega tas-setgħat li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 8, 11, 13, 19, 21, 22, 23, 25, 26, 29, 30, 31, 34, 35, 38, 41, 44, 49, 53, 54, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 72, 73, 74, 75, 76, 77, 78, 79, 80, 81, 83, 84, 85, 86, 87, 88, 89, 90, 92, 93, 98, 99, 100, 101, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 112, 113, 114, 115, 116, 117, 118, 119, 121, 122, 123, 124, 125, 126, 128, 129, 130, 131, 132, 133, 134, 135, 137, 138, 139, 140, 142, 144, 181, 183, 184, 186, 187, 188, 189, 190, 191, 192, 193, 195, 196, 199, 201, 203, 204, 205, 207, 208 u 209 shall tista’ tiġi revokata f’kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Ttidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata aktar tard fih. Ma tolqtox il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont it-termini tal-Artikoli 8, 11, 13, 19, 21, 22, 23, 25, 26, 29, 30, 31, 34, 35, 38, 41, 44, 49, 53, 54, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 72, 73, 74, 75, 76, 77, 78, 79, 80, 81, 83, 84, 85, 86, 87, 88, 89, 90, 92, 93, 98, 99, 100, 101, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 112, 113, 114, 115, 116, 117, 118, 119, 121, 122, 123, 124, 125, 126, 128, 129, 130, 131, 132, 133, 134, 135, 137, 138, 139, 140, 142, 144, 181, 183, 184, 186, 187, 188, 189, 190, 191, 192, 193, 195, 196, 199, 201, 203, 204, 205, 207, 208 u 209 jidħol fis-seħħ biss ma ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak it-terminu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak it-terminu jittawwal b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 211

Rieżami

Dan ir-Regolament ikun rieżaminat kulmeta jkun neċessarju li dan isir u f’kull każ mill-anqas sentejn qabel għeluq l-ewwel qafas finanzjarzju multiannwu post-2013.

Tali rieżami jkopri, inter alia, l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet fit-Titolu VIII tal-Ewwel Parti.

Artikolu 212

Riġett

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 hu b’dan imħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, ħlief għal:

(a)

l-Artikoli 53 u 57, li jibqgħu japplikaw għall-impenji kollha magħmulin sal-31 ta’ Diċembru 2013;

(b)

punt (a) tal-Artikolu 166(3), li jibqa’ japplika għall-impenji kollha magħmulin sal-31 ta’ Diċembru 2012;

(c)

punt (b) tal-Artikolu 166(3), li jibqa’ japplika għall-impenji kollha magħmulin bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013; u

It-Titolu VI tal-Ewwel Parti tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jista' jkompli japplika għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati u d-deċiżjonijiet ta’ għotja notifikati sal-31 ta’ Diċembru 2013 fil-qafas tal-impenji globali skont il-baġit għall-2012 jew is-snin ta’ qabel, jekk jiddeċiedi hekk l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, b'kont tenut tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 213

Rieżami dwar is-SEAE

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 68(1), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 98 ser jiġu rieżaminati fl-2013 filwaqt li jittieħed kont dovut tan-natura speċifika tas-SEAE u, b’mod partikolari, dik tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u, fejn ikun xieraq, il-kapaċità ta’ ġestjoni finanzjarja adegwata tas-SEAE.

Artikolu 214

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

L-Artikoli 58 sa 63, li għandhom japplikaw biss għall-impenji magħmula mill-1 ta’ Jannar 2014,

(b)

Il-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 50(1) u l-Artikoli 82, 139 u 140, li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014,

(c)

L-Artikoli 177, 179 u 210, li għandhom japplikaw mis-27 ta' Ottubru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 145, 3.6.2010, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal- Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(6)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  ĠU C 215, 21.7.2011, p. 13.

(9)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1

(10)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(11)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(12)  ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1.

(13)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(14)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(15)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(16)   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(17)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(18)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(19)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(20)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

(21)  ĠU L 347 11.12.2006, p. 1.

(22)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(23)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(24)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(25)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(26)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

(27)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.

(28)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(29)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79.

(30)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.


ANNESS

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002

Regolament ġdid

Titoli

L-EWWEL PARTI

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

TITOLU I

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Artikolu 2

Artikolu 3

Konformità ta’ leġislazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament

Artikolu 5

Protezzjoni ta’ data personali

TITOLU II

TITOLU II

PRINĊIPJI TAL-BAĠIT

Artikolu 3

Artikolu 6

Rispett għal prinċipji tal-baġit

KAPITOLU 1

KAPITOLU 1

Prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni tal-baġit

Artikolu 4

Artikolu 7

Ambitu tal-baġit

Artikolu 5

Artikolu 8

Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni tal-baġit

Artikolu 5a

Artikolu 4

Perjodi, dati u limiti ta’ żmien

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Pinċipju tal-annwalità

Artikolu 6

Artikolu 9

Definizzjoni

Artikolu 7

Artikolu 10

Tip ta' approprjazzjonijiet

Artikolu 8

Artikolu 11

Kontabilità għad-dħul u għall-approprjazzjonijiet

Artikolu 9

Artikolu 13

Tħassir u trasferiment 'il quddiem tal-approprjazzjonijiet

Artikolu 10

Artikolu 14

Regoli dwar it-trasferiment 'il quddiem għad-dħul assenjat

Artikolu 11

Artikolu 15

Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet

Artikolu 12

Artikolu 12

Impenjar tal-approprjazzjonijiet

Artikolu 13

Artikolu 16

Regoli applikabbli fil-każ ta' adozzjoni tard tal-baġit

KAPITOLU 3

KAPITOLU 3

Prinċipju tal-ekwilibriju

Artikolu 14

Artikolu 17

Definizzjoni u ambitu

Artikolu 15

Artikolu 18

Bilanċ mis-sena finanzjarja

KAPITOLU 4

KAPITOLU 4

Prinċipju tal-unità tal-kont

Artikolu 16

Artikolu 19

Użu tal-euro

KAPITOLU 5

KAPITOLU 5

Pinċipju tal-universalità

Artikolu 17

Artikolu 20

Definizzjoni u ambitu

Artikolu 18

Artikolu 21

Dħul assenjat

Artikolu 19

Artikolu 22

Donazzjonijiet

Artikolu 20

Artikolu 23

Regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti minħabba r-rata tal-kambju

KAPITOLU 6

KAPITOLU 6

Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

Artikolu 21

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 22

Artikolu 25

Trasferimenti minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni

Artikolu 23

Artikolu 26

Trasferimenti mill-Kummissjoni

Artikolu 24

Artikolu 27

Trasferiment ta' proposti ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill- istituzzjonijiet

Artikolu 25

Artikolu 28

Regoli speċifiċi dwar it-trasferimenti

Artikolu 26

Artikolu 29

Trasferimenti suġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali

KAPITOLU 7

KAPITOLU 7

Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

Artikolu 27

Artikolu 30

Il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja

Artikolu 28

Artikolu 31

Dikjarazzjoni finanzjarja obbligatorja

Artikolu 32

Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 33

Sistemi ta' kontroll kost-effikaċi

KAPITOLU 8

KAPITOLU 8

Prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 29

Artikolu 34

Pubblikazzjoni tal-kontijiet, tal-baġits u ta' rapporti

Artikolu 30

Artikolu 35

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra

TITOLU III

TITOLU III

L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

KAPITOLU I

Stabbiliment tal-baġit

Artikolu 31

Artikolu 36

Estimi ta' dħul u nfiq

Artikolu 32

Artikolu 37

Estimi tal-baġit tal-korpi msemmija fl-Artikolu 200

Artikolu 33

Artikolu 38

Abbozz tal-baġit

Artikolu 34

Artikolu 39

Ittra ta' emenda għall-abbozz tal-baġit

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 40

Obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-baġit

Artikolu 37

Artikolu 41

Abbozzi ta' baġits emendatorji

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 42

Trażmissjoni bikrija tal-estimi u l-abbozzi tal-baġit

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Struttura u preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 40

Artikolu 43

Struttura tal-baġit

Artikolu 41

Artikolu 44

Nomenklatura tal-baġit

Artikolu 42

Artikolu 45

Projbizzjoni ta' dħul negattiv

Artikolu 43

Artikolu 46

Provvedimenti

Artikolu 44

Artikolu 47

Riżerva negattiva

Artikolu 45

Artikolu 48

Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza

Artikolu 46

Artikolu 49

Preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 47

Artikolu 50

Regoli dwar il-pjan ta' stabbiliment għall-persunal

KAPITOLU 3

Dixxiplina baġitarja

Artikolu 51

Konformità tal-baġit mal-qafas finanzjarju pluriennali

Artikolu 52

Konformità tal-atti tal-Unjoni mal-baġit

TITOLU IV

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 48

Artikolu 53

Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba

Artikolu 49

Artikolu 54

Att bażiku u eċċezzjonijiet

Artikolu 50

Artikolu 55

Implimentazzjoni tal-baġit mill-Istituzzjonijiet ħlief il-Kummissjoni

Artikolu 51

Artikolu 56

Delegazzjoni tal-poteri tal-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 52

Artikolu 57

Kunflitti ta' interessi

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Metodi ta' implimentazzjoni

Artikolu 53

Artikolu 58

Metodi ta' implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 53a

Artikolu 53b

Artikolu 59

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Artikolu 53c

Artikolu 60

Ġestjoni indiretta

Artikolu 53d

Artikolu 54

Artikolu 61

Valutazzjonijiet ex ante u ftehimiet ta' delega

Artikolu 55

Artikolu 62

Aġenziji eżekuttivi

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 63

Limiti għad-delegazzjoni tal-poteri

KAPITOLU 3

KAPITOLU 3

Atturi finanzjarji

Taqsima 1

Taqsima 1

Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet

Artikolu 58

Artikolu 64

Segregazzjoni tad-dmirijiet

Taqsima 2

Taqsima 2

Uffiċjal awtorizzanti

Artikolu 59

Artikolu 65

L-uffiċjal awtorizzanti

Artikolu 60

Artikolu 66

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Artikolu 60a

Artikolu 67

Poteri u dmirijiet ta' Kapijiet tad-tad- Delegazzjonijiet tal-Unjoni

Taqsima 3

Taqsima 3

L-uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 61

Artikolu 68

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 62

Artikolu 69

Poteri li jistgħu jiġu ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabilità

Taqsima 4

Taqsima 4

Amministratur tal-imprest

Artikolu 63

Artikolu 70

Kontijiet imprest

KAPITOLU 4

KAPITOLU 4

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji

Taqsima 1

Taqsima 1

Regoli ġenerali

Artikolu 64

Artikolu 71

Irtirar ta' delegi u sospensjoni tal-kompiti mogħtija lill-atturi finanzjarji

Artikolu 65

Artikolu 72

Responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti għal attività illegali, frodi jew korruzzjoni

Taqsima 2

Taqsima 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti b'delega u subdelega

Artikolu 66

Artikolu 73

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti

Taqsima 3

Taqsima 3

Ir-regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità u l-amministraturi tal-imprest

Artikolu 67

Artikolu 74

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità

Artikolu 68

Artikolu 75

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-imprest

KAPITOLU 5

KAPITOLU 5

Operazzjonijiet ta' dħul

Taqsima 1

Taqsima 1

Tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji

Artikolu 69

Artikolu 76

Riżorsi proprji

Taqsima 2

Taqsima 2

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 70

Artikolu 77

Stima tal-ammonti riċevibbli

Taqsima 3

Taqsima 3

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 71

Artikolu 78

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Taqsima 4

Taqsima 4

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

Artikolu 72

Artikolu 79

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

Taqsima 5

Taqsima 5

Irkupru

Artikolu 73

Artikolu 80

Regoli dwar l-irkupru

Artikolu 73a

Artikolu 81

Perjodu ta' limitazzjoni

Artikolu 82

Trattament nazzjonali għall-intitolamenti tal-Unjoni

Artikolu 74

Artikolu 83

Multi, penali u imgħax dovut impost mill-Kummissjoni

KAPITOLU 6

KAPITOLU 6

Operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 75

Artikolu 84

Id-deċiżjonijiet tal-finanzjament

Taqsima 1

Taqsima 1

Impenn ta' nfiq

Artikolu 76

Artikolu 85

Tipi ta' impenji

Artikolu 77

Artikolu 86

Regoli applikabbli għall-impenji

Artikolu 78

Artikolu 87

Verifiki applikabbli għall-impenji

Taqsima 2

Taqsima 2

Il-validazzjoni tan-nefqa

Artikolu 79

Artikolu 88

Il-validazzjoni tan-nefqa

Taqsima 3

Taqsima 3

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa

Artikolu 80

Artikolu 89

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa

Taqsima 4

Taqsima 4

Ħlas tal-infiq

Artikolu 81

Artikolu 90

Tipi ta' ħlasijiet

Artikolu 82

Artikolu 91

Ħlas limitat għall-fondi disponibbli

Taqsima 5

Taqsima 5

Limiti taż-żmien għall-operazzjonijiet tal-infiq

Artikolu 83

Artikolu 92

Limiti taż-żmien

KAPITOLU 7

KAPITOLU 7

Sistemi tal-IT u l-Gvern elettroniku

Artikolu 84

Artikolu 93

Ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet

Artikolu 94

Trażmissjoni tad-dokumenti

Artikolu 95

Gvern elettroniku

KAPITOLU 8

Prinċipji amministrattivi

Artikolu 96

Amministrazzjoni tajba

Artikolu 97

Indikazzjoni ta' mezzi ta' rimedju

KAPITOLU 8

KAPITOLU 9

Awditur intern

Artikolu 85

Artikolu 98

Appuntar tal-awditur intern

Artikolu 86

Artikolu 99

Poteri u dmirijiet tal-awditur intern

Artikolu 87

Artikolu 100

L-indipendenza tal-awditur intern

TITOLU V

TITOLU V

AKKWIST PUBBLIKU

KAPITOLU 1

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1

Taqsima 1

Ambitu u prinċipju tal-aġġudikazzjoni

Artikolu 88

Artikolu 101

Definizzjoni tal-kuntratti pubbliċi

Artikolu 89

Artikolu 102

Prinċipji applikabbli għall-kuntratti pubbliċi

Taqsima 2

Taqsima 2

Il-pubblikazzjoni

Artikolu 90

Artikolu 103

Pubblikazzjoni tal-kuntratti pubbliċi

Taqsima 3

Taqsima 3

Proċeduri ta' akkwist

Artikolu 91

Artikolu 104

Proċeduri ta' akkwist

Artikolu 92

Artikolu 105

Il-kontenut tas-sejħa għall-offerti

Artikolu 93

Artikolu 106

Kriterji tal-esklużjoni applikabbli għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist

Artikolu 94

Artikolu 107

Kriterji ta' esklużjoni applikabbli għall-għotjiet

Artikolu 95

Artikolu 108

Bażi tad-data ċentrali tal-esklużjoni

Artikolu 96

Artikolu 109

Penali amministrattivi u finanzjarji

Artikolu 97

Artikolu 110

Kriterji tal-għoti għall-kuntratti

Artikolu 98

Artikolu 111

Tfigħ ta' offerti

Artikolu 99

Artikolu 112

Prinċipji ta' trattament ugwali u trasparenza

Artikolu 100

Artikolu 113

Id-deċiżjoni tal-finanzjament

Artikolu 101

Artikolu 114

Tħassir tal-proċedura tal-akkwist

Taqsima 4

Taqsima 4

Garanziji u azzjoni korrettiva

Artikolu 102

Artikolu 115

Garanziji

Artikolu 103

Artikolu 116

Żbalji, irregolaritajiet u frodi fil-proċedura

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet f'isimhom stess

Artikolu 104

Artikolu 117

L-awtorità kontraenti

Artikolu 105

Artikolu 118

Limiti applikabbli

Artikolu 106

Artikolu 119

Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħa għall-offerti

Artikolu 107

Artikolu 120

Regolament tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-akkwisti

TITOLU VI

TITOLU VI

GĦOTJIET

KAPITOLU 1

KAPITOLU 1

Ambitu u forma tal-għotjiet

Artikolu 108

Artikolu 121

Ambitu tal-għotjiet

Artikolu 122

Benefiċjarji

Artikolu 108a

Artikolu 123

Forom ta’ għotjiet

Artikolu 124

Somom ta' darba, kostijiet ta' unità u finanzjament b'rata fissa

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Prinċipji

Artikolu 109

Artikolu 125

Prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet

Artikolu 126

Spejjeż eliġibbli

Artikolu 127

Kofinanzjament in natura

Artikolu 110

Artikolu 128

Trasparenza

Artikolu 111

Artikolu 129

Il-prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv

Artikolu 112

Artikolu 130

Il-prinċipju tan-non-retroattività

Artikolu 113

KAPITOLU 3

KAPITOLU 3

Proċedura għall-għoti

Artikolu 114

Artikolu 131

Applikazzjonijiet għall-għotjiet

Artikolu 115

Artikolu 132

Kriterji tal-għażla u tal-għoti

Artikolu 116

Artikolu 133

Proċedura ta' valutazzjoni

Artikolu 117

KAPITOLU 4

KAPITOLU 4

Ħlas u kontroll

Artikolu 118

Artikolu 134

Garanzija ta' prefinanzjament

Artikolu 119

Artikolu 135

Ħlas ta' għotjiet u kontrolli

Artikolu 136

Perjodi ta' żamma ta' rekords

KAPITOLU 5

KAPITOLU 5

Implimentazzjoni

Artikolu 120

Artikolu 137

Kuntratti ta’ implementazzjoni u sostenn finanzjarju għal terzi

TITOLU VII

PREMJIJIET

Artikolu 138

Regoli ġenerali

TITOLU VIII

STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 139

Ambitu

Artikolu 140

Prinċipji u kondizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji

TITOLU VII

TITOLU IX

PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KONTABBILTÀ

KAPITOLU 1

KAPITOLU 1

Preżentazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 121

Artikolu 141

Struttura tal-kontijiet

Artikolu 122

Artikolu 142

Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

Artikolu 123

Artikolu 143

Regoli dwar il-kontijiet

Artikolu 124

Artikolu 144

Prinċipji tal-kontabilità

Artikolu 125

Artikolu 126

Artikolu 145

Dikjarazzjonijiet finanzjarji

Artikolu 127

Artikolu 146

Rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 128

Artikolu 147

Kontijiet proviżorji

Artikolu 129

Artikolu 148

Approvazzjoni tal-kontijiet konsolidati finali

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 130

Artikolu 149

Rapport dwar il-garanziji u r-riskji tal-baġit

Artikolu 131

Artikolu 150

Ir-rapport tal-implimentazzjoni tal-baġit

KAPITOLU 3

KAPITOLU 3

Kontabilità

Taqsima 1

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 132

Artikolu 151

Is-sistema tal-kontabilità

Artikolu 133

Artikolu 152

Rekwiżiti komuni għas-sistema tal-kontijiet tal-istituzzjonijiet

Taqsima 2

Taqsima 2

Kontijiet Ġenerali

Artikolu 134

Artikolu 153

Il-kontijiet ġenerali

Artikolu 135

Artikolu 154

Entrati fil-kontijiet ġenerali

Artikolu 136

Artikolu 155

Aġġustamenti tal-kontijiet

Taqsima 3

Taqsima 3

Il-kontijiet tal-baġit

Artikolu 137

Artikolu 156

Il-kontabilità tal-baġit

KAPITOLU 4

KAPITOLU 4

Inventarji tal-propjetà

Artikolu 138

Artikolu 157

L-inventarju

TITOLU VIII

TITOLU X

AWDITJAR ESTERN U L-KWITTANZA

KAPITOLU 1

KAPITOLU 1

Awditjar estern

Artikolu 139

Artikolu 158

Awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 140

Artikolu 159

Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar

Artikolu 141

Artikolu 160

Verifiki fuq titoli u flus kontanti

Artikolu 142

Artikolu 161

Id-dritt tal-aċċess tal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 143

Artikolu 162

Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 144

Artikolu 163

Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Kwittanza

Artikolu 145

Artikolu 164

Skeda għall-proċedura tal-kwittanza

Artikolu 146

Artikolu 165

Il-proċedura tal-kwittanza

Artikolu 147

Artikolu 166

Miżuri ta' segwitu

Artikolu 147a

Artikolu 167

Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tas-SEAE

IT-TIENI PARTI

IT-TIENI PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

TITOLU I

TITOLU I

FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA

Artikolu 148

Artikolu 168

Dispożizzjonijiet speċjali dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija

Artikolu 149

Artikolu 169

Impenji tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

Artikolu 150

Artikolu 170

Impenji provviżorji globali tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

Artikolu 151

Artikolu 171

Skeda u l-għażla taż-żmien għall-impenji baġitarji tal-FAEG

Artikolu 152

Artikolu 172

Kontabilità tal-infiq tal-FAEG

Artikolu 153

Artikolu 173

Trasferiment tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

Artikolu 154

Artikolu 174

Dħul assenjat tal-FAEG

TITOLU II

TITOLU II

FONDI STRUTTURALI, FOND TA' KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI, U FONDI FIL-QASAM TAL-LIBERTÀ, IS-SIGURTÀ U L-ĠUSTIZZJA ĠESTITI PERMEZZ TAL-ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 155

Artikolu 175

Dispożizzjonijiet speċjali

Artikolu 176

Rispett tal-allokazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

Artikolu 156

Artikolu 177

Ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet, ħlasijiet interim u ħlasijiet lura

Artikolu 157

Artikolu 178

Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet

Artikolu 158

Artikolu 179

Trasferiment tal-approprjazzjonijiet

Artikolu 159

Artikolu 180

Ġestjoni, għażla u awditjar

TITOLU III

TITOLU III

RIĊERKA

Artikolu 160

Artikolu 181

Fondi ta' riċerka

Artikolu 160a

Artikolu 182

Impenji tal-Fond tar-Riċerka

Artikolu 161

Artikolu 183

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

TITOLU IV

TITOLU IV

AZZJONIJIET ESTERNI

KAPITOLU I

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 162

Artikolu 184

Azzjonijiet esterni

KAPITOLU 2

KAPITOLU 2

Implimentazzjoni ta' azzjonijiet

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 163

Artikolu 185

Implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni

Taqsima 2

Appoġġ għall-baġit u fondi fiduċjarji multidonatur

Artikolu 186

Użu tal-appoġġ tal-baġit

Artikolu 164 (imħassar)

Artikolu 187

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

Taqsima 3

Modi ta' ġestjoni oħrajn

Artikolu 165

Artikolu 188

Implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni permezz ta' ġestjoni indiretta

Artikolu 166

Artikolu 189

Ftehimiet ta' finanzjament dwar l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni

KAPITOLU 3

KAPITOLU 3

Akkwist

Artikolu 167

Artikolu 190

Akkwisti fl-azzjonijiet esterni

Artikolu 168

Artikolu 191

Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti

KAPITOLU 4

KAPITOLU 4

Għotjiet

Artikolu 169

Artikolu 192

Finanzjament sħiħ ta' azzjoni esterna

Artikolu 169a

Artikolu 193

Regoli applikabbli għal għotjiet tal-azzjonijiet esterni

KAPITOLU 5

KAPITOLU 5

L-Awditjar tal-Kontijiet

Artikolu 170

Artikolu 194

Awditjar tal-Unjoni f'azzjoni esterna

TITOLU V

TITOLU V

UFFIĊĊJI EWROPEJ

Artikolu 171

Artikolu 195

L-Uffiċċji Ewropej

Artikolu 172

Artikolu 196

Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw l-Uffiċċji Ewropej

Artikolu 173

Artikolu 197

Uffiċjal Awtorizzanti tal-uffiċċji Ewropej

Artikolu 174

Artikolu 198

Il-kontijiet tal-uffiċċji interistituzzjonali Ewropej

Artikolu 174a

Artikolu 199

Delega tal-poteri tal-uffiċjal awtorizzanti għall-uffiċċji interistituzzjonali Ewropej

Artikolu 175

Artikolu 200

Servizzi għal pajjiżi terzi

Artikolu 176 (imħassar)

TITOLU VI

TITOLU VI

APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 177

Artikolu 201

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 178

Artikolu 202

Impenji

Artikolu 179

Artikolu 203

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approprjazzjonijiet amministrattivi

TITOLU VII

TITOLU VII

ESPERTI

Artikolu 179a

Artikolu 204

Esperti esterni b'remunerazzjoni

IT-TIELET PARTI

IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

TITOLU I

Artikolu 180 (imħassar)

Artikolu 181

Artikolu 205

Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni

TITOLU II

Artikolu 182

Artikolu 206

Talbiet għal informazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Artikolu 207

Limiti massimi u ammonti

Artikolu 183

Artikolu 210

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 185

Artikolu 208

Regolament finanzjarju ta' qafas għal korpi stabbiliti taħt it-TFUE u t-Trattat Euratom

Artikolu 209

Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta' sħubija pubblika-privata

Artikolu 184

Artikolu 211

Analiżi

Artikolu 186

Artikolu 212

Revoka

Artikolu 186a

Artikolu 213

Evalwazzjoni li tirrigwarda s-SEAE

Artikolu 187

Artikolu 214

Dħul fis-seħħ


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR KWISTJONIJIET RELATATI MAL-QFP

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li r-Regolament Finanzjarju se jkun rivedut biex jinkludi l-emendi li saru neċessarji mill-eżitu tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, inklużi l-kwistjonijiet segwenti:

ir-regoli fil-qasam tar-riport għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u għall-proġetti finanzjati fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

ir-riport tal-approprjazzjonijiet mhux użati u tal-ekwilibriji baġitarji, kif ukoll il-proposta relatata biex jiddaħħlu tali approprjazzjonijiet f'riżerva għal pagamenti u impenji;

l-inklużjoni possibbli tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-Unjoni Ewropea;

it-trattament tal-fondi li jirriżultaw mill-ftehimiet dwar il-ġlieda kontra t-traffiku illegali ta' prodotti tat-tabakk."


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INFIQ MARBUT MAL-BINJIET B’RIFERIMENT GĦALL-ARTIKOLU 203

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu:

1.

il-proċedura ta’ twissija bikrija prevista fl-Artikolu 195(4), u l-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 203(5) ma japplikawx għall-akkwist ta’ art b’titolu gratuwitu jew għal korrispettiv simboliku;

2.

kull riferiment għal “bini” fl-Artikolu 203 japplika biss għal binjiet mhux residenzjali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu kull tagħrif marbut ma’ bini residenzjali;

3.

f’ċirkostanzi politiċi eċċezzjonali jew urġenti, l-informazzjoni dwar il-proġetti ta’ kostruzzjoni marbutin mad-delegazzjonijiet jew uffiċċji tal-UE f’pajjiżi terzi previsti fl-Artikolu 203(4) jistgħu jiġu sottomessi konġuntament mal-proġett ta’ bini skont it-termini tal-Artikolu 203(5); F’tali każijiet il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom li jittrattaw il-proġett ta’ bini mal-ewwel opportunità possibbli;

4.

il-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 203(5) u (6) ma tapplikax għall-kuntratti jew studji preparatorji neċessarji għall-valutazzjoni dettaljata tal-kostijiet u tal-finanzjament tal-proġett ta’ bini;

5.

il-limiti massimi ta’ EUR 750 000 jew EUR 3 000 000 li hemm riferiment għalihom fil-punti (ii) sa (iv) tal-Artikolu 203(7) jinkludu t-tlestija tal-binja; għall-kuntratti ta’ kera, dawn il-limiti massimi japplikaw għal kera mingħajr ħlas imma jinkludu l-kostijiet marbutin mat-tlestija tal-binja;

6.

in-nefqa msemmija skont l-Artikolu 203(3)(a) ma tinkludix l-ispejjeż;

7.

sena waħda (1) wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 203.”.


STQARRIJA KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI DWAR L-ARTIKOLU 203(3)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li dispożizzjonijiet ekwivalenti jiġu inkluzi fir-Regolament ta’ Qafas Finanzjarju għall-korpi kkostitwiti skont it-TFUE u t-Trattat Euratom.