16.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 942/2012

tal-15 ta’ Ottubru 2012

li temenda r-Regolament (KE) Nru 667/2010 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Eritrea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta’ Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 667/2010 (2), li jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Eritrea.

(2)

Fil-25 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2060 (2012) li tipprovdi, fil-paragrafi 11 u 12, għal ċerti derogi mill-embargo fuq l-armi impost bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1907 (2009).

(3)

Sabiex jingħata effett lir-Riżoluzzjoni 2060 (2012), fil-15 ta’ Ottubru 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/632/PESK (3), li temenda d-Deċiżjoni 2010/127/PESK billi tipprovdi għal ċerti derogi mill-projbizzjoni ta’ assistenza.

(4)

Din il-miżura taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda mal-Artikolu 2:

“3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-provvista ta’ assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, kif approvat bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-provvista ta’ assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati mal-ħwejjeġ protettivi, inklużi ġgieget rinfurzati u elmi militari, esportati b’mod temporanju għall-Eritrea mill-persunal tan-Nazzjonijeit Uniti, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u ta’ żvilupp u persunal assoċjat għall-użu tagħhom personali biss.”.

(2)

L-Anness II huwa ssostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 16.

(3)  Ara paġna 46 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

“ANNESS II

Siti elettroniċi li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 5, 6, 7 u 10, u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

Office EEAS 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu”