22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/4


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 862/2012

tal-4 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kunsens biex jintuża l-prospett, l-informazzjoni dwar l-indiċi sottostanti u r-rekwiżit għal rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (2), jistabbilixxi l-informazzjoni minima li trid tiġi inkluża f’prospett għal tipi differenti ta’ titoli sabiex jikkonforma mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/71/KE.

(2)

Id-Direttiva 2003/71/KE ġiet emendata mid-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (3) sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji meta jżidu l-kapital fis-swieq tat-titoli fl-Unjoni u tiżdied l-effiċjenza fir-reġim tal-prospett. Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu għalhekk jiġi emendat fir-rigward tal-kunsens tal-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għall-użu tal-prospett minn intermedjarji finanzjarji u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-prospett rigward l-indiċi ta’ riferiment u t-tbassir jew l-istimi tal-profitt.

(3)

Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu jispeċifika x’informazzjoni għandha tiġi pprovduta fejn l-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett tagħti kunsens permezz ta’ ftehim bil-miktub għall-użu tiegħu minn intermedjarji finanzjarji.

(4)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u b’mod partikolari ż-żieda fl-użu ta’ indiċi ta’ riferiment ta’ titoli strutturati, ċerti rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandhom jiġu rreveduti u ċċarati. Billi tingħata aktar responsabbiltà fil-kompożizzjoni tal-indiċi lil entità jew grupp ieħor, l-emittenti jistgħu jevitaw ir-rekwiżit li jinkludu fil-prospett deskrizzjoni tal-indiċi kompost mill-emittent (is-subpunt 4.2.2 tal-Anness XII) u b’hekk jevitaw ir-responsabbiltà fejn id-deskrizzjoni mhijiex preċiża. Skont dan, dak ir-rekwiżit għandu jiġi estiż anke għal indiċijiet komposti minn entità li tagħmel parti mill-istess grupp tal-emittent.

(5)

Fid-dawl tal-għanijiet għaż-żieda fl-effiċjenza u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, dan ir-Regolament għandu wkoll jistabbilixxi kundizzjonijiet li skonthom deskrizzjoni tal-indiċi fil-prospett ma tkunx meħtieġa meta l-indiċi jkun kompost minn entitajiet li jaġixxu flimkien mal-emittent jew f’ismu. Barra minn hekk, minħabba li s-subpunt 2.10 tal-Anness XV jirreferi biss għal indiċi ppubblikat, ibbażat u rikonoxxut b’mod wiesa’, dikjarazzjoni li fil-prospett tispeċifika fejn tinsab l-informazzjoni dwar l-indiċi għandha tkun suffiċjenti mingħajr ma tkun meħtieġa deskrizzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-indiċi.

(6)

Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-emittenti meta jinġabar il-kapital, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kundizzjonijiet li skonthom ir-rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jakkumpanja t-tbassir jew l-istimi tal-profitti ma jkunx meħtieġ, b’mod partikolari meta accountants jew awdituri indipendenti ma jkunux jistgħu jiffirmaw ir-rapport tal-awditjar għaliex is-sett sħiħ tad-dokumenti li jikkostitwixxu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ma jkunux disponibbli għalihom.

(7)

Id-Direttiva 2010/73/UE sostitwiet it-terminu “informazzjoni prinċipali” bit-terminu “informazzjoni essenzjali” f’għadd ta’ dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/71/KE. Għaldaqstant, l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandhom jiġu emendati skont dan.

(8)

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe applikazzjoni inkonsistenti ulterjuri tad-Direttiva 2003/71/KE, b’mod partikolari għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tiegħu, u biex jiġi evitat dewmien addizzjonali fl-iżgurar ta' protezzjoni aqwa għall-investituri u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji meta jiġbru kapital mis-swieq tat-titoli fl-Unjoni, huwa essenzjali li jiġi pprovdut għal dħul fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 809/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Prospett għandu jkun fih il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII u fl-Annessi XX sa XXX skont it-tip ta’ emittent jew ħruġ u titoli involuti. Soġġett għall-Artikolu 4a(1), awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ li prospett jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII jew fl-Annessi XX sa XXX.”

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

Il-modulu tal-informazzjoni addizzjonali għall-kunsens mogħti skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE

1.   Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, il-prospett għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni addizzjonali stabbilita fit-Taqsimiet 1 u 2 A tal-Anness XXX fejn il-kunsens mogħti jingħata lil intermedjarju finanzjarju wieħed speċifikat jew aktar;

(b)

informazzjoni addizzjonali stabbilita fit-Taqsimiet 1 u 2B tal-Anness XXX fejn l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett tagħżel li tagħti l-kunsens tagħha lill-intermedjarji finanzjarji kollha.

2.   Fejn intermedjarju finanzjarju ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet mehmuża mal-kunsens kif żvelat fil-prospett, ikun meħtieġ prospett ġdid skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE.”

(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Prospett ta’ bażi għandu jkun fih il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII, fl-Anness XX u fl-Annessi XXIII sa XXX skont it-tip ta’ emittent u titoli involuti. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li prospett ta’ bażi jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII, fl-Anness XX jew fl-Annessi XXIII sa XXX.”

(4)

L-Annessi huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżizzjonali

1.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-approvazzjoni ta' suppliment għal prospett jew prospett ta' bażi fejn il-prospett jew il-prospett ta' bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Fejn skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinnotifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’ċertifikat ta’ approvazzjoni fir-rigward ta’ prospett jew prospett ta' bażi approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha biċ-ċar u espliċitament tindika fiċ-ċertifikat li l-prospett jew il-prospett ta' bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(2)  ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1.


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 809/2004/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, is-subpunt 13.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

13.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata, u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni meħtieġa ta’ spjegazzjoni għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li din l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(2)

Fl-Anness III, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   INFORMAZZJONI ESSENZJALI”.

(3)

Fl-Anness IV, is-subpunt 9.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

9.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata, u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti b’mod sostanzjali maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li din l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(4)

Fl-Anness V, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   INFORMAZZJONI ESSENZJALI”.

(5)

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-subpunt 13.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

13.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjara li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(b)

L-intestatura tat-Taqsima 31 hija sostitwita b’dan li ġej:

“31.   INFORMAZZJONI ESSENZJALI DWAR IL-ĦRUĠ TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI”.

(6)

Fl-Anness XI, is-subpunt 8.2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

8.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(7)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   INFORMAZZJONI ESSENZJALI”;

(b)

It-tielet inċiż fis-subpunt 4.2.2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“—

fejn is-sottostanti huwa indiċi:

l-isem tal-indiċi.

deskrizzjoni tal-indiċi jekk ikun kompost mill-emittent jew kwalunkwe entità legali li tagħmel parti mill-istess grupp.

deskrizzjoni, tal-indiċi li jiġi pprovdut minn entità legali jew persuna naturali li taġixxi flimkien mal-emittent jew f’ismu, sakemm il-prospett ma jkunx fih id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

is-sett komplet ta’ regoli tal-indiċi u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-indiċi huma aċċessibbli liberament fuq il-websajt tal-emittent jew tal-fortnitur tal-indiċi;

u

ir-regoli governattivi (inkluż il-metodoloġija tal-indiċi għall-għażla u l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi, id-deskrizzjoni ta’ avvenimenti li jfixklu s-suq u r-regoli ta’ aġġustament) huma bbażati fuq kriterji oġġettivi u ddeterminati minn qabel.

Jekk l-indiċi ma jkunx kompost mill-emittent, fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-indiċi.”

(8)

Fl-Anness XIII, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   INFORMAZZJONI ESSENZJALI”.

(9)

Fl-Anness XV, is-subpunt 2.10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

2.10.   Il-punt (a) tas-subpunt 2.2 ma japplikax għall-investiment kollettiv li l-għan tal-investiment tiegħu huwa li jittraċċa, mingħajr modifika materjali, dak ta’ indiċi ppubblikat u bbażat u rikonoxxut b’mod wiesa’. Dikjarazzjoni li tistabbilixxi dettalji dwar minn fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-indiċi għandha tiġi inkluża.”

(10)

L-Anness XX huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima intitolata l-“Anness V”, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI”;

 

(b)

Fit-Taqsima intitolata l-“Anness XII”, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI”;

 

(c)

Fit-Taqsima intitolata l-“Anness XII”, il-punt (ii) tas-subpunt 4.2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“(ii)

fejn is-sottostanti huwa indiċi:

 

l-isem tal-indiċi.

Kategorija C

deskrizzjoni tal-indiċi jekk huwa kompost mill-emittent jew kwalunkwe entità legali li tagħmel parti mill-istess grupp.

Kategorija A

deskrizzjoni, tal-indiċi li jiġi pprovdut minn entità legali jew persuna naturali li taġixxi flimkien mal-emittent jew f’ismu, sakemm il-prospett ma jkunx fih id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

is-sett komplet ta’ regoli tal-indiċi u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-indiċi huma aċċessibbli liberament fuq il-websajt tal-emittent jew tal-fortnitur tal-indiċi;

u

ir-regoli governattivi (inkluż il-metodoloġija tal-indiċi għall-għażla u l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi, id-deskrizzjoni ta’ avvenimenti ta’ tfixkil tas-suq u r-regoli ta’ aġġustament) huma bbażati fuq kriterji oġġettivi u ddeterminati minn qabel.

Kategorija A

jekk l-indiċi mhux kompost mill-emittent, indikazzjoni dwar minn fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-indiċi.

Kategorija C”

(d)

Fit-Taqsima intitolata l-“Anness XIII”, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI”;

 

(e)

Tiżdied it-Taqsima li ġejja:

 

“Anness XXX

Struzzjonijiet

1.

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA FIR-RIGWARD TAL-KUNSENS MILL-EMITTENT JEW IL-PERSUNA RESPONSABBLI MIT-TFASSIL TAL-PROSPETT

 

1.1

Kunsens espress mill-emittent jew mill-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għall-użu tal-prospett u d-dikjarazzjoni li taċċetta r-responsabbiltà għall-kontenut tal-prospett ukoll b’rispett għal bejgħ mill-ġdid sussegwenti u t-tqegħid finali ta’ titoli minn intermedjarju finanzjarju li ngħata l-kunsens li juża l-prospett.

Kategorija A

1.2

Indikazzjoni tal-perjodu li għalih jingħata l-kunsens għall-użu tal-prospett.

Kategorija A

1.3

Indikazzjoni tal-perjodu ta’ offerta fejn il-bejgħ mill-ġdid sussegwenti jew it-tqegħid finali ta’ titoli minn intermedjarji finanzjarji jista’ jsir.

Kategorija C

1.4

Indikazzjoni tal-Istati Membri li fihom l-intermedjarji finanzjarji jistgħu jużaw il-prospett għal bejgħ mill-ġdid sussegwenti jew it-tqegħid finali ta’ titoli.

Kategorija A

1.5

Kwalunkwe kundizzjonijiet ċari u oġġettivi mehmuża mal-kunsens huma relevanti għall-użu tal-prospett.

Kategorija C

1.6

Notifika b’tipa grassa tinforma l-investituri li, jekk offerta ssir minn intermedjarju finanzjarju, dan l-intermedjarju finanzjarju se jipprovdi l-informazzjoni lill-investituri skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta fiż-żmien li fih tkun saret.

Kategorija A

2 A

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA FEJN IL-KUNSENS JINGĦATA LIL INTERMEDJARJU SPEĊIFIKAT WIEĦED JEW AKTAR

 

2 A.1

Il-lista u l-identità (l-isem u l-indirizz) tal-intermedjarju jew l-intermedjarji finanzjarji li jistgħu jużaw il-prospett.

Kategorija C

2 A.2

Indikazzjoni dwar kif kwalunkwe informazzjoni ġdida rigward l-intermedjarji finanzjarji li ma tkunx magħrufa fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-prospett, tal-prospett ta’ bażi jew tal-preżentazzjoni tat-termini finali, skont kif ikun il-każ, għandha tiġi ppubblikata u fejn din tista’ tinstab.

Kategorija A

2B

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA FEJN KUNSENS JINGĦATA LILL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI KOLLHA

 

2B.1

Notifika b’tipa grassa tinforma l-investituri li kwalunkwe intermedjarju finanzjarju li qed jagħmel użu mill-prospett għandu jiddikjara fuq il-websajt tiegħu li qed juża l-prospett skont il-kunsens u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu.

Kategorija A”

(11)

Fl-Anness XXII, it-Taqsima A, jiżdied l-Element A.2 li ġej:

Kollha

A.2

Kunsens mill-emittent jew mill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għall-użu tal-prospett għal bejgħ mill-ġdid sussegwenti jew it-tqegħid finali ta’ titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

Indikazzjoni tal-perjodu ta’ offerta li matulu jista’ jsir il-bejgħ mill-ġdid sussegwenti jew it-tqegħid finali ta’ titoli minn intermedjarji finanzjarji u li għalih jista’ jingħata l-kunsens għall-użu tal-prospett.

Kwalunkwe kundizzjoni oħra ċara u oġġettiva mehmuża mal-kunsens li tkun relevanti għall-użu tal-prospett.

Notifika b’tipa grassa li tinforma l-investituri li informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta minn kwalunkwe intermedjarju finanzjarju għandha tiġi pprovduta fiż-żmien tal-offerta mill-intermedjarju finanzjarju.”

(12)

Fl-Anness XXIII, is-subpunt 8.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

8.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(13)

Fl-Anness XXIV, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   INFORMAZZJONI ESSENZJALI”.

(14)

Fl-Anness XXV, is-subpunt 13.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

13.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(15)

Fl-Anness XXVI, is-subpunt 9.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

9.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(16)

L-Anness XXVIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-subpunt 13.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

13.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk differenti minn dik li hija responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(b)

L-intestatura tat-Taqsima 31 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   INFORMAZZJONI ESSENZJALI DWAR IL-ĦRUĠ TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI”.

(17)

Fl-Anness XXIX, is-subpunt 8.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

8.2.   Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awdijati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)

accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati;

(c)

din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.”

(18)

Jiżdied l-Anness XXX li ġej:

“ANNESS XXX

Informazzjoni addizzjonali rigward il-kunsens kif imsemmi fl-Artikolu 20a

(Modulu addizzjonali)

1   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA RIGWARD IL-KUNSENS MILL-EMITTENT JEW IL-PERSUNA RESPONSABBLI MIT-TFASSIL TAL-PROSPETT

1.1

Kunsens espress mill-emittent jew mill-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għall-użu tal-prospett u d-dikjarazzjoni li jaċċetta r-responsabbiltà għall-kontenut tal-prospett ukoll b’rispett għal bejgħ mill-ġdid sussegwenti u t-tqegħid finali ta’ titoli minn intermedjarju finanzjarju li ngħata l-kunsens li juża l-prospett.

1.2

Tingħata indikazzjoni tal-perjodu li għalih ingħata l-kunsens biex juża l-prospett.

1.3

Tista’ tingħata indikazzjoni tal-perjodu ta’ offerta li fih jista’ jsir il-bejgħ mill-ġdid sussegwenti jew it-tqegħid finali ta’ titoli minn intermedjarji finanzjarji.

1.4

Indikazzjoni tal-Istati Membri li fihom l-intermedjarji finanzjarji jistgħu jużaw il-prospett għal bejgħ mill-ġdid sussegwenti jew it-tqegħid finali ta’ titoli.

1.5

Kwalunkwe kundizzjoni oħra ċara u oġġettiva mehmuża mal-kunsens li tkun relevanti għall-użu tal-prospett.

1.6

Notifika b’tipa grassa li tinforma l-investituri li, jekk offerta ssir minn intermedjarju finanzjarju, dan l-intermedjarju finanzjarju ser jipprovdi l-informazzjoni lill-investituri skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta fiż-żmien li fih tkun saret.

2 A   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA FEJN IL-KUNSENS JINGĦATA LIL INTERMEDJARJU SPEĊIFIKAT WIEĦED JEW AKTAR

2 A.1

Il-lista u l-identità (l-isem u l-indirizz) tal-intermedjarju jew l-intermedjarji finanzjarji li jistgħu jużaw il-prospett.

2 A.2

Indikazzjoni dwar kif kwalunkwe informazzjoni ġdida rigward l-intermedjarji finanzjarji li ma tkunx magħrufa fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-prospett, tal-prospett ta’ bażi jew tal-preżentazzjoni tat-termini finali, skont kif ikun il-każ, għandha tiġi ppubblikata u fejn din tista’ tinstab.

2B   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA FEJN KUNSENS JINGĦATA LILL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI KOLLHA

Notifika b’tipa grassa li tinforma l-investituri li kwalunkwe intermedjarju finanzjarju li qed juża l-prospett għandu jiddikjara fuq il-websajt tiegħu li qed juża l-prospett skont il-kunsens u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu.”