19.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 840/2012

tat-18 ta’ Settembru 2012

rigward l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin u l-papri għat-tismin u l-ispeċi tat-tjur kollha tal-bajd għajr it-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (KE 3.1.3.26) prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin u l-papri għat-tismin u l-ispeċi tat-tjur kollha tal-bajd għajr it-tiġieġ tal-bajd, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ preparazzjonijiet tas-6-fitażi EC 3.1.3.26 kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin, it-tiġieġ tal-bajd, il-ħnienes (miftuma), il-papri għat-tismin, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 (2) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2009 (3).

(5)

Tressqet dejta ġdida li ssostni l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) għall-użu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin u l-papri għat-tismin u l-ispeċi tat-tjur kollha tal-bajd għajr it-tiġieġ tal-bajd. Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2012 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-6-fitażi (EC 3.1.3.26), prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233), ma għandhiex effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jtejjeb l-utilizzazzjoni tal-fosforu fl-ispeċijiet kollha fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, dejjem skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 5.

(3)  ĠU L 116, 9.5.2009, p. 6.

(4)  EFSA Journal 2012; 10(3):2619.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a1640

Danisco Animal Nutrition (l-entità legali Danisco (UK) Limited)

6-fitażi EC 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta minn Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) li fiha attività minima ta’:

Forma solida u likwida: 5 000 FTU (1)/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitażi (EC 3.1.3.26 prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233)

 

Metodu analitiku  (2)

 

Determinazzjoni tas-6-fitażi EC 3.1.3.26 fl-addittiv fl-għalf: metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni ta’ fosfat inorganiku rilaxxat mill-enzima mill-fitat tas-sodju.

 

Determinazzjoni tas-6-fitażi EC 3.1.3.26 f’taħlitiet lesti tal-għalf u fl-għalf: EN ISO 30024: metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni ta’ fosfat inorganiku rilaxxat mill-enzima mill-fitat tas-sodju (wara li jiġi dilwit mad-dqiq tal-qamħ sħiħ ittrattat bis-sħana).

L-ispeċi tat-tjur kollha għat-tismin, għajr it-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin u l-papri għat-tismin

250 FT U

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosforu li huwa marbut mal-fitin.

3.

Doża minima rakkomandata: 1 000 FTU/kg ta’ għalf komplut.

4.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw in-nuċċalijiet għall-protezzjoni tan-nifs u l-ingwanti.

Id-9 ta' Ottubru 2022

L-ispeċi tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ tal-bajd

150 FTU


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera mikromolu wieħed ta’ fosfat inorganiku fil-minuta minn substrat ta’ fitat tas-sodju b’pH ta’ 5.5 u f’37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta’ hawn taħt tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx