19.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 838/2012

tat-18 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus brevis (DSMZ 21982) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf għan-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf għan-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus brevis (DSMZ 21982). Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus brevis (DSMZ 21982) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Marzu 2012 (2), ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tal-Lactobacillus brevis (DSMZ 21982) ma għandhiex effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jtejjeb il-produzzjoni tas-silage billi jżid il-produzzjoni tal-aċidu aċetiku u b’hekk tiżdied l-istabbiltà aerobika tas-silage ittrattat. L-Awtorità mhix tal-fehma li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Lactobacillus brevis (DSMZ 21982) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tas-silage”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  L-EFSA Journal 2012; 10(3):2617.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materja friska

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tas-silage

1k20715

Lactobacillus brevis

(DSMZ 21982)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus brevis (DSMZ 21982) li fiha minimu ta’ 8 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Lactobacillus brevis (DSMZ 21982)

 

Metodu analitiku  (1)

 

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv meta użata ma’ taħlita ta’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silage: 1 × 108 CFU/kg ta’ materja friska

3.

Għal sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

9.10.2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx