14.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 815/2012

tat-13 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, dwar skemi speċjali għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti li jfornu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(2), l-Artikolu 45(1) u (2), u l-Artikolu 51(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 jistabilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). L-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 speċifikament jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iskemi speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew ta’ servizzi elettroniċi previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2). Dawn l-iskemi speċjali jinvolvu persuna taxxabbli stabbilita barra mill-Istat Membru ta’ konsum li jiddikjara l-VAT dovuta fuq il-bejgħ rilevanti fl-Istat Membru ta’ konsum permezz ta’ interface elettroniku fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni (Punt Uniku ta’ Servizz).

(2)

Ċerta informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet mwettqa taħt dawn l-iskemi speċjali għandha tiġi miġbura u mqassma bejn l-Istati Membri. Speċifikament, dan jirrigwarda l-iskambju tal-identifikazzjoni u tal-ġbir u l-iskambju tad-dettalji fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT, inklużi l-korrezzjonijiet f’dawn id-dikjarazzzjonijiet tal-VAT, bejn l-Istati Membri.

(3)

Sabiex l-iskambju tal-informazzjoni iseħħ b’mod uniformi, huwa meħtieġ li jkunu adottati d-dettalji tekniċi ta’ tali skambju, inkluż messaġġ elettroniku komuni. Dan ikun jista’ jippermetti wkoll l-iżvilupp uniformi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali, għax ikunu qed isegwu qafas regolat.

(4)

Għandu jkun hemm ukoll, bla dewmien u b’mod uniformi, l-iskambju ta’ ċerta informazzjoni dwar bidliet fid-dettalji tal-identifikazzjoni bħall-esklużjoni minn skemi speċjali, bħall-waqfien volontarju jew bħall-bidla tal-Istat Membru ta’ identifikazzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissorveljaw l-applikazzjoni korretta tal-iskemi speċjali u jiġġieldu l-frodi. Għal dan il-għan, arranġamenti komuni għall-iskambju elettroniku ta’ tali informazzjoni għandhom jiġu pprovduti.

(5)

Sabiex il-piż amministrattiv jinżamm għal minimu, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ċerti ħtiġijiet tal-interface elettroniku li jiffaċilitaw is-sottomissjoni tal-informazzjoni għall-identifikazzjoni u tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT mill-persuni taxxabbli. L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jipprovdu funzjonalitajiet addizzjonali li jkomplu jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.

(6)

Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni marbuta mar-reġistrazzjoni fl-iskema, u d-dikjarazzjonijiet tal-VAT li jsiru skont l-iskema, ikunu jistgħu jiġu trażmessi u pproċessati effettivament, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-interface elettroniku tagħhom b’mod uniformi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit messaġġ elettroniku komuni għat-twassil ta’ din l-informazzjoni.

(7)

Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa f’każijiet fejn ma jsir l-ebda bejgħ taħt l-iskemi speċjali f’perjodu partikolari fi Stat Membru, jew f’kollha kemm huma.

(8)

Sabiex l-Istati Membri u l-persuni taxxabbli ikunu jistgħu jirreferu għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT b’mod inekwivokabbli fil-komunikazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż il-ħlas tat-taxxa, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jalloka numru ta’ referenza uniku għal kull dikjarazzjoni tal-VAT.

(9)

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess jum li fih jibdew japplikaw l-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skema mhux tal-Unjoni” tfisser l-iskema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fil-Komunità, prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE;

(2)

“skema tal-Unjoni” tfisser l-iskema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru ta’ konsum, prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE;

(3)

“skemi speċjali” tfisser l-iskema mhux tal-Unjoni u l-iskema tal-Unjoni;

Artikolu 2

Il-funzjonalitajiet tal-interface elettroniku

L-interface elettroniku fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li bih persuna taxxabbli tirreġistra għall-użu ta’ waħda mill-iskemi speċjali, u li permezz tagħha dik il-persuna tippreżenta d-dikjarazzjoniet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont din l-iskema, għandu jkollha l-funzjonalitajiet li ġejjin:

(a)

għandha toffri l-faċilità li taħżen id-dettalji ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 361 tad-Direttiva 2006/112/KE, jew tad-dikjarazzjoni tal-VAT skont l-Artikoli 365 u 369g tad-Direttiva 2006/112/KE, qabel ma jkunu sottomessi;

(b)

għandha tippermetti lill-persuna taxxabbli tippreżenta l-informazzjoni rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet tal-VAT permezz ta’ trasferiment elettroniku tal-fajl skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 3

It-twassil tal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni

1.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti dan li ġej lill-Istati Membri l-oħra, permezz tan-network CCN/CSI:

(a)

informazzjoni biex tkun identifikata l-persuna taxxabbli li tuża l-iskema mhux tal-Unjoni;

(b)

dettalji simili biex tkun identifikata l-persuna taxxabbli li tuża l-iskema tal-Unjoni;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni allokat.

Il-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness I għandu jintuża biex jitrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-kolonna B tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness I għandha tintuża għall-iskema mhux tal-Unjoni, u l-kolonna C ta’ dan il-messaġġ elettroniku komuni għandha tintuża għall-iskema tal-Unjoni.

2.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu mingħajr dewmien jinforma lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk CCN/CSI, permezz tal-messaġġ elettroniku komuni stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, fejn il-persuna taxxabbli:

(a)

hija eskluża minn waħda mill-iskemi speċjali;

(b)

volontarjament ma tibqax tuża waħda mill-iskemi speċjali;

(c)

tbiddel l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni fi ħdan l-iskema tal-Unjoni.

Artikolu 4

Il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli

1.   Il-persuna taxxabbli għandha tippreżenta d-dikjarazzjonijiet tal-VAT bid-dettalji skont l-Artikoli 365 u 369g tad-Direttiva 2006/112/KE, lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni permezz tal-messaġġ elettroniku komuni stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament. Il-kolonna B tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III għandha tintuża għall-iskema mhux tal-Unjoni, u l-kolonna C ta’ dan il-messaġġ elettroniku komuni għandha tintuża għall-iskema tal-Unjoni.

2.   Fejn persuna taxxabbli ma tforni l-ebda servizz taħt l-iskemi speċjali fl-ebda Stat Membru matul il-perjodu tar-rendikont, għandha titħejja dikjarazzjoni tal-VAT b’valur żero. Għal dan il-għan, il-kaxxi 1, 2 u 21 biss tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III għandhom jimtlew għall-iskema tal-Unjoni, u l-kaxxi 1, 2 u 11 għall-iskema mhux tal-Unjoni.

3.   Il-persuna taxxabbli tkun biss meħtieġa li ddaħħal il-forniment tas-servizzi li jikkonċernaw Stat Membru ta’ konsum u minn Stat Membru ta’ stabbiliment jekk il-forniment tas-servizzi taħt l-iskemi speċjali jkun ġie magħmul fi jew minn dak l-Istat Membru rispettivament waqt il-perjodu tar-rendikont.

Artikolu 5

It-twassil tal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-VAT

L-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tintbagħat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni lil kull Stat Membru ta’ konsum u ta’ stabbiliment imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-VAT, permezz tan-netwerk CCN/CSI billi jintuża l-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Għall-fini tal-ewwel paragrafu, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti lill-Istat Membru ta’ konsum u ta’ stabbiliment, fejn jew minn fejn il-fornimenti jkunu saru, l-informazzjoni ġenerali li tinsab fil-parti 1 tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III, flimkien mal-informazzjoni fil-parti 2 ta’ dak il-messaġġ elettroniku komuni rigward dak l-Istat Membru partikolari ta’ konsum jew ta’ stabbiliment.

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti l-informazzjoni li fiha d-dikjarazzjoni tal-VAT lil dawk l-Istati Membri biss li ġew indikati fuq dik id-dikjarazzjoni tal-VAT.

Artikolu 6

Numru ta’ referenza uniku

L-informazzjoni trażmessa skont l-Artikolu 5 għandu jkun fiha numru ta’ referenza allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li jkun uniku għad-dikjarazzjoni speċifika tal-VAT.

Artikolu 7

Il-korrezzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jippermetti lill-persuna taxxabbli biex tikkoreġi kwalunkwe dikjarazzjoni tal-VAT permezz tal-interface elettroniku msemmi fl-Artikolu 2. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti l-informazzjoni bil-korrezzjonijiet lill-Istat(i) Membru(i) ta’ konsum u ta’ stabbiliment ikkonċernat(i) skont l-Artikolu 5, u jirreġistra l-ħin ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


ANNESS I

Dettalji ta’ Identifikazzjoni

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

In-numru tal-kaxxa

L-iskema mhux tal-Unjoni

L-iskema tal-Unjoni

1

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 362 tad-Direttiva 2006/112/KE (1)

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 369d tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż

2

In-numru nazzjonali tat-taxxa, jekk jeżisti

 

3

Isem il-kumpanija

Isem il-kumpanija

4

L-isem/ismijiet kummerċjali tal-kumpanija jekk differenti minn isem il-kumpanija

L-isem/ismijiet kummerċjali tal-kumpanija jekk differenti minn isem il-kumpanija

5

L-indirizz postali sħiħ (2)

L-indirizz postali sħiħ (3)

6

Il-pajjiż li fih il-persuna taxxabbli għandha l-post tan-negozju

Il-pajjiż li fih il-persuna taxxabbli għandha l-post tan-negozju, jekk ma jkunx fl-Unjoni

7

L-indirizz elettroniku tal-persuna taxxabbli

L-indirizz elettroniku tal-persuna taxxabbli

8

Il-websajt(s) tal-persuna taxxabbli meta disponibbli

Il-websajt(s) tal-persuna taxxabbli meta disponibbli

9

Isem ta’ kuntatt

Isem ta’ kuntatt

10

In-numru tat-telefown

In-numru tat-telefown

11

In-numru tal-IBAN jew tal-OBAN

In-numru tal-IBAN

12

In-numru tal-BIC

In-numru tal-BIC

13.1

 

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu jew jekk mhux disponibbli, in-numru/i ta’ referenza tat-taxxa allokat(i) mill-Istat(i) Membru/i li fih il-persuna taxxabbli għandha stabbiliment(i) fiss(i) (4) minbarra dawk fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

14.1

 

L-indirizz(i) postali sħiħ/sħaħ u l-isem/ismijiet kummerċjali tal-istabbilimenti fissi (5) minbarra dawk fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

15.1

 

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT allokat(i) mill-Istat(i) Membru/i bħala persuna taxxabbli mhux stabbilita (6)

16

Dikjarazzjoni elettronika li l-persuna taxxabbli mhijiex irreġistrata għall-VAT fl-Unjoni

 

17

Id-data ta’ meta bdiet tintuża l-iskema (7)

Id-data ta’ meta bdiet tintuża l-iskema (8)

18

Id-data tat-talba li għandha tiġi rreġistrat taħt l-iskema mill-persuna taxxabbli

Id-data tat-talba li għandha tiġi rreġistrat taħt l-iskema mill-persuna taxxabbli

19

Id-data tad-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

Id-data tad-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

20

 

Indika jekk il-persuna taxxabbli hijiex grupp għall-iskop tal-VAT (9)

21

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat(i) mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikoli 362 jew 369d tad-Direttiva 2006/112/KE jekk qabel kienet użata waħda mill-iskemi.

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat(i) mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikoli 362 jew 369d tad-Direttiva 2006/112/KE jekk qabel kienet użata waħda mill-iskemi.


(1)  Għandu jkun segwit il-format: UExxxyyyyyz fejn: XXX huwa n-numru ISO bi 3 figuri tal-MSI; YYYYY huwa n-numru b’5 figuri assenjat mill-MSI; u z huwa l-figura ta’ kontroll.

(2)  Jekk hemm kodiċi postali għandu jiġi indikat.

(3)  Jekk hemm kodiċi postali għandu jiġi indikat.

(4)  Fejn hemm iktar minn stabbiliment wieħed fiss, uża l-kaxxa 13.1, 13.2, eċċ

(5)  Fejn hemm iktar minn stabbiliment wieħed fiss, uża l-kaxxa 14.1, 14.2, eċċ.

(6)  Fejn hemm aktar minn numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT wieħed allokat mill-Istat(i) Membru/i, bħala persuna taxxabbli mhux stabbilita, uża l-kaxxa 15.1, 15.2 eċċ.

(7)  Dan f’ċerti każijiet limitati jista’ jkun qabel id-data ta’ reġistrazzjoni fl-iskema.

(8)  Dan f’ċerti każijiet limitati jista’ jkun qabel id-data ta’ reġistrazzjoni fl-iskema.

(9)  Din hija sempliċiment kaxxa li għandha tiġi mmarkata iva/le.


ANNESS II

Dettalji dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli fir-reġistru ta’ Stat Membru ta’ identifikazzjoni

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, li jinkludi il-kodiċi tal-pajjiż

Id-data minn meta l-bidla hija effettiva

Ir-raġuni għat-tibdil fir-reġistru tal-istatus tal-persuna taxxabbli permezz tal-użu tal-kodiċijiet li ġejjin:

(1)

Il-persuna taxxabbli nnotifikat lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li m’għadhiex tforni servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi;

(2)

Huwa mifhum mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li l-attivitajiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli, koperti bl-iskema speċjali, jkunu ntemmu;

(3)

Il-persuna taxxabbli m’għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali;

(4)

Il-persuna taxxabbli b’mod persistenti ma tikkonformax mar-regoli tal-iskema speċjali;

(5)

Il-persuna taxxabbli talbet li volontarjament toħroġ mill-iskema;

(6)

Il-persuna taxxabbli talbet li tkun identifikata fi Stat Membru ġdid ta’ identifikazzjoni.


ANNESS III

Id-Dikjarazzjonijiet tal-VAT

Parti 1:   Informazzjoni ġenerali

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

In-numru tal-kaxxa

L-iskema mhux tal-Unjoni

L-iskema tal-Unjoni

Numru ta’ referenza uniku  (1):

1

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 362 tad-Direttiva 2006/112/KE

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 369d tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-perjodu tar-rendikont tal-VAT (2)

Il-perjodu tar-rendikont tal-VAT (3)

2a

Data tal-bidu u data tat-tmiem tal-perjodu (4)

Data tal-bidu u data tat-tmiem tal-perjodu (5)

3

Munita

Munita

Parti 2:   Għal kull Stat Membru ta’ konsum fejn hija dovuta l-VAT  (6)

2(a)   Il-fornimenti mwettqa mill-post tan-negozju jew mill-istabbiliment fiss fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

4.1

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru ta’ konsum

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru ta’ konsum

5.1

Ir-rata tal-VAT standard fl-Istat Membru ta’ konsum

Ir-rata tal-VAT standard fl-Istat Membru ta’ konsum

6.1

Ir-rata tal-VAT imnaqqsa fl-Istat Membru ta’ konsum

Ir-rata tal-VAT imnaqqsa fl-Istat Membru ta’ konsum

7.1

L-ammont taxxabbli bir-rata standard

L-ammont taxxabbli bir-rata standard

8.1

L-ammont tal-VAT bir-rata standard

L-ammont tal-VAT bir-rata standard

9.1

L-ammont taxxabbli bir-rata mnaqqsa

L-ammont taxxabbli bir-rata mnaqqsa

10.1

L-ammont tal-VAT bir-rata mnaqqsa

L-ammont tal-VAT bir-rata mnaqqsa

11.1

L-ammont totali tal-VAT pagabbli

L-ammont totali tal-VAT pagabbli għall-forniment ta’ servizzi mwettaq mill-post tan-negozju jew minn stabbiliment fiss fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

2(b)   Il-fornimenti mwettqa minn stabbilimenti fissi mhux fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni  (7)

12.1

 

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru ta’ konsum

13.1

 

Ir-rata tal-VAT standard fl-Istat Membru ta’ konsum

14.1

 

Ir-rata tal-VAT imnaqqsa fl-Istat Membru ta’ konsum

15.1

 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu, jew jekk mhux disponibbli in-numru ta’ referenza tat-taxxa, allokat mill-Istat Membru ta’ stabbiliment fiss, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż

16.1

 

L-ammont taxxabbli bir-rata standard

17.1

 

L-ammont pagabbli tal-VAT bir-rata standard

18.1

 

L-ammont taxxabbli bir-rata mnaqqsa

19.1

 

L-ammont pagabbli tal-VAT bir-rata mnaqqsa

20.1

 

L-ammont totali tal-VAT pagabbli għall-forniment ta’ servizzi mwettqa minn stabbiliment fiss mhux fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

2(c)   It-total komplessiv għall-post tan-negozju jew għall-istabbiliment fiss fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, u għall-istabbilimenti fissi kollha fl-Istati Membri l-oħra kollha

21.1

 

L-ammont totali tal-VAT pagabbli mill-istabbilimenti kollha (Kaxxa 11.1 + Kaxxa 11.2 … + Kaxxa 20.1 + Kaxxa 20.2 …)


(1)  In-numru ta’ referenza uniku kif allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jikkonsisti mill-kodiċi tal-pajjiż għall-MSI/għan-numru/għall-perjodu tar-rendikont tal-VAT/ — jiġifieri GB/xxxxxxxxx/Q1.yy + żid il-ħin irreġistrat għal kull verżjoni. In-numru għandu jingħata mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni qabel it-twassil tar-rendikont lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

(2)  Għandu x’jaqsam mat-trimestri kalendarji: Q1.yyyy – Q2.yyyy – Q3.yyyy Q4.yyyy.

(3)  Għandu x’jaqsam mat-trimestri kalendarji: Q1.yyyy – Q2.yyyy – Q3.yyyy Q4.yyyy.

(4)  Għandha timtela’ biss f’każijiet fejn il-persuna taxxabbli tippreżenta aktar minn dikjarazzjoni waħda tal-VAT għall-istess kwart ta’ sena. Tirrigwarda l-jiem kalendarji: jj.xx.ssss — jj.xx.ssss.

(5)  Għandha timtela’ biss f’każijiet fejn il-persuna taxxabbli tippreżenta aktar minn dikjarazzjoni waħda tal-VAT għall-istess kwart ta’ sena. Tirrigwarda l-jiem kalendarji: jj.xx.ssss — jj.xx.ssss.

(6)  Fejn ikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed ta’ konsum (jew jekk fi Stat Membru wieħed ta’ konsum kien hemm bidla fir-rata tal-VAT fin-nofs ta’ trimestru), uża l-kaxxa 4.2, 5.2, 6.2, eċċ.

(7)  Meta hemm aktar minn stabbiliment wieħed, uża l-kaxxa 12.1.2, 13.1.2 14.1.2, eċċ.