17.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 744/2012

tas-16 ta’ Awwissu 2012

li jemenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb, il-merkurju, l-endosulfan, id-diossini, l-ispeċi tal-Ambrosia, id-diklażuril u l-lasaloċid A sodju u limiti ta’ azzjoni għad-diossini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta’ prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huwa pprojbit. L-Anness II tagħha jistabbilixxi limiti ta’ azzjoni li jesiġu investigazzjonijiet f’każijiet ta’ żieda fil-livelli ta’ dawn is-sustanzi.

(2)

Ġew stabbiliti livelli massimi (MLs) ogħla tal-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb u l-merkurju għall-materjal tal-għalf karbonat tal-kalċju u MLs ogħla tal-arseniku u l-fluworu għall-materjal tal-għalf ossidu tal-manjeżju iżda mhux għall-materjal tal-għalf karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju, li huwa t-taħlita naturali tal-karbonat tal-kalċju u l-karbonat tal-manjeżju. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li l-MLs għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb u l-merkurju fil-materjal tal-għalf karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju jiġu allinjati mal-MLs eżistenti fil-karbonat tal-kalċju.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonkludiet fl-Opinjoni Xjentifika tagħha dwar is-sigurtà u l-effikaċja tat-triidrossidu tal-klorur tad-diram (klorur tar-ram tribażiku, TBCC) bħala addittiv tal-għalf (2) li jkun xieraq li jiġi stabbilit l-istess ML tal-arseniku f’dan l-addittiv bħala l-ML tal-arseniku fil-pentaidrat tas-sulfat kupriku u fil-karbonat kupriku. Huwa xieraq li jiġi mmodifikat l-ML għall-arseniku fit-triidrossidu tal-klorur tad-diram.

(4)

Ċertu għalf kompost għall-annimali domestiċi fih proporzjon sinifikanti tal-materjali tal-għalf: ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom u/jew smida mill-alka tal-baħar. Dawn il-materjali tal-għalf fihom livell għoli ta’ arseniku totali. Madanakollu l-preżenza tal-arseniku f’dawn il-materjali tal-għalf huwa primarjament bħala arseniku organiku li huwa l-forma inqas tossika. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi mmodifikat l-ML għal arseniku applikabbli għal għalf kumplementari u komplut għall-annimali domestiċi li fih ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom u/jew smida tal-alka tal-baħar.

(5)

Iż-żewġ minerali żeoliti: in-natrolit u l-klinoptilolit huma l-kostitwenti attivi tan-natrolit-fonolit (E566) u l-klinoptilolit ta’ orġini vulkanika (E567). Għalhekk huwa xieraq li jiġi applikat l-istess ML għaċ-ċomb fin-natrolit-fonolit (E566) bħal fil-klinoptilolit ta’ orġini vulkanika (E567).

(6)

Sabiex tiżdied is-sostenibbiltà tat-trobbija tal-ħut tas-Salmonidae, iż-żejt tal-ħut qed kulma jmur jinbidel bl-użu taż-żejt veġetali. Madanakollu, din il-bidla, li x’aktarx tinfluwenza favorevolment is-sostenibbiltà tal-ambjent marittimu, xi drabi mhix possibbli, minħabba li l-ML huwa baxx ħafna għall-endosulfan fl-għalf komplut tal-ħut. Wara talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni xjentifika. Fl-istqarrija tagħha dwar it-tossiċità orali tal-endosulfan fil-ħut (3), l-EFSA ddikjarat li ma kienu osservati l-ebda effetti negattivi sinifikanti fil-ħut (salamun Atlantiku) esposti għall-endosulfan sa 0,1 mg/kg fl-għalf ġo gaġeġ f’ibħra miftuħa u effetti negattivi żgħar biss kienu osservati f’Salamun li huwa espost għal livelli ogħla mill-ML attwali fl-għalf ġot-tankijiet. Minn studju limitat, hemm xi indikazzjonijiet li l-esponiment tat-tilapja tan-Nil għall-endosulfan permezz tal-għalf ġot-tankijiet kkawża effetti negattivi. Għalhekk huwa xieraq li jkun propost livell ogħla ta’ ML għall-endosulfan fl-għalf komplut għas-Salmonidae, sabiex jiffavorixxi l-evoluzzjoni għal sostenibbiltà miżjuda tat-trobbija tal-ħut mingħajr ma jkunu affettwati b’mod negattiv is-saħħa tal-ħut u s-saħħa tal-bniedem.

(7)

Dejta riċenti tindika li l-livelli ta’ diossina fis-smida tal-krustaċji, li huwa prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-ikel u li jintuża primarjament fl-għalf għall-ħut ornamentali f’livell minn 1 % sa 3 % fl-għalf, huma ogħla mill-ML attwali. Sabiex tkun tista’ tintuża din is-smida għall-għalf u sabiex tonqos il-kwantità ta’ skart tal-ikel mingħajr ma tkun ipperikolata s-saħħa pubblika u tal-annimali, huwa xieraq li jiżdied bi ftit l-ML għad-diossini fis-smida tal-krustaċji.

(8)

Id-Direttiva 2002/32/KE għandha l-għan li tevita t-tixrid ta’ żrieragħ vijabbli tal-ispeċijiet tal-Ambrosia fl-ambjent. Peress li t-tħin jew is-sħiq ixejnu l-kapaċità tal-ġerminazzjoni taż-żrieragħ, ma hemmx il-ħtieġa li jitnaddfu l-granuli u ż-żrieragħ li fihom livelli mhux konformi ta’ żrieragħ tal-ispeċijiet tal-Ambrosia qabel it-tħin jew is-sħiq, bil-kundizzjoni li jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-ispeċijiet tal-Ambrosia fl-ambjent waqt it-trasport, il-ħżin u l-ipproċessar.

(9)

Fir-rigward tal-koċċidjostati diklażuril u lasaloċid A sodju, iridu jsiru xi emendi sabiex jiġu kkonsidrati l-awtorizzazzjonijiet mogħtija dan l-aħħar ta’ dawn is-sustanzi li huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 169/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għall-fargħuni (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) (4), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (5) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċid A sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (Belgium) BVBA) (6).

(10)

Billi qed tiġi proposta żieda fl-ML għad-diossini fis-smida tal-krustaċji, huwa xieraq li jiżdied ukoll b’mod korrispondenti l-limitu ta’ azzjoni applikabbli għas-smida tal-krustaċji stipulat fl-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/32/KE huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP); Opinjoni Xjentifika dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-klorur tad-diram triidrossidu (klorur tar-ram tribażiku, TBCC) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha. EFSA Journal 2011; 9(9):2355. [18 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2355. Jinstab fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal

(3)  EFSA Journal 2011; 9(4):2131. Jinstab fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal

(4)  ĠU L 49, 24.2.2011, p. 6.

(5)  ĠU L 229, 6.9.2011, p. 9.

(6)  ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15.


ANNESS

(1)

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

Fir-Ringiela 1 tat-Taqsima I, l-Arseniku jinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Il-kontenut massimu f’mg/kg (ppm) f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

“1.

Arseniku (1)

Materjali tal-għalf

2

ħlief:

 

smida magħmula minn ħaxix, minn xnien imnixxef u minn silla mnixxfa, u polpa mnixxfa tal-pitravi zokkrija u polpa mnixxfa tal-ġulepp magħqud tal-pitravi zokkrija;

4

iż-żejt li joħroġ mill-qalba tal-palma;

4  (2)

il-fosfati u l-algi kalkarji tal-baħar;

10

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

15

l-ossidu tal-manjeżju; il-karbonat tal-manjeżju;

20

ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom;

25  (2)

smida tal-alka tal-baħar u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka tal-baħar.

40  (2)

Partikuli tal-ħadid użati bħala traċċatur.

50

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti tal-mikronutrijenti

30

ħlief:

 

il-pentaidrat tas-sulfat kupriku; il-karbonat kupriku; it-triossidu tal-klorur tad-diram;

50

l-ossidu taż-żingu; l-ossidu manganuż; l-ossidu kupriku.

100

Għalf kumplementari

4

ħlief:

 

l-għalf minerali;

12

l-għalf kumplementarju għall-annimali domestiċi li fih ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom u/jew smida mill-alka tal-baħar u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka tal-baħar.

10  (2)

Għalf komplut

2

ħlief:

 

l-għalf komplut għall-ħut u l-annimali bil-fer.

10  (2)

l-għalf komplut għall-annimali domestiċi li fih ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom u/jew smida mill-alka tal-baħar u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka tal-baħar.

10  (2)”

(b)

Fir-Ringiela 3 tat-Taqsima I, il-Fluworu, fir-Ringiela 4 tat-Taqsima I, iċ-Ċomb, u fir-Ringiela 5 tat-Taqsima I, il-Merkurju, jinbidlu b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Il-kontenut massimu f’mg/kg (ppm) f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

“3.

Fluworu (7)

Materjali tal-għalf

150

ħlief:

 

il-materjali tal-għalf li ġejjin mill-annimali, ħlief krustaċji tal-baħar bħall-frott tal-baħar;

500

il-krustaċji tal-baħar bħall-krill;

3 000

il-fosfati;

2 000

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

350

l-ossidu tal-manjeżju;

600

l-alka tal-baħar kalkarja.

1 000

Vermikulit (E561).

3 000

Għalf kumplementari:

 

li fih ≤ 4 % fosforu (8);

500

li fih > 4 % fosforu (8).

125 għal kull 1 % fosforu (8)

Għalf komplut

150

ħlief:

 

l-għalf komplut għall-ħnieżer;

100

l-għalf komplut għat-tjur (ħlief il-flieles) u l-ħut;

350

l-għalf komplut għall-flieles;

250

l-għalf komplut għall-baqar, in-nagħaġ u l-mogħoż

 

- -

li qed ireddgħu;

30

- -

oħrajn.

50

4.

Ċomb

Materjali tal-għalf

10

ħlief:

 

il-magħlef (3);

30

il-fosfati u l-algi kalkarji tal-baħar;

15

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

20

il-ħmira.

5

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ komposti tal-mikronutrijenti

100

ħlief:

 

l-ossidu taż-żingu;

400

l-ossidu manganuż, il-karbonat ferruż, il-karbonat kupriku.

200

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u antiagglomeranti.

30

ħlief:

 

il-klinoptilolit ta’ oriġini vulkanika; in-natrolit fonolit;

60

Pretaħlitiet (6)

200

Għalf kumplementari

10

ħlief:

 

l-għalf minerali.

15

Għalf komplut.

5

5.

Merkurju (4)

Materjali tal-għalf

0,1

ħlief:

 

ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom;

0,5

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10).

0,3

Għalf kompost

0,1

ħlief:

 

l-għalf minerali;

0,2

l-għalf kompost għall-ħut;

0,2

l-għalf kompost għall-klieb, il-qtates u l-annimali bil-fer.

0,3 ”

(ċ)

Fit-Taqsima I, tiżdied din l-annotazzjoni li ġejja:

“(10)

Il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju jirreferi għat-taħlita naturali tal-karbonat tal-kalċju u tal-karbonat tal-menjeżju kif deskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25).”

(d)

Fir-Ringiela 6 tat-Taqsima IV, l-Endosulfan (it-total ta’ isomeri alfa u beta u tal-endosulfansulfat espressi bħala endosulfan), jinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Il-kontenut massimu f’mg/kg (ppm) f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

“6.

Endosulfan (it-total ta’ isomeri alfa u beta u tal-endosulfansulfat espressi bħala endosulfan)

Materjali tal-għalf u għalf kompost

0,1

ħlief:

 

il-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun li ġejjin mill-ipproċessar tiegħu;

0,2

żrieragħ li minnhom isir iż-żejt u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar tagħhom ħlief iż-żejt veġetali mhux maħdum;

0,5

żejt veġetali mhux maħdum;

1,0

l-għalf komplut għall-ħut ħlief għas-Salmonidae;

0,005

l-għalf komplut għas-Salmonidae.

0,05 ”

(e)

Fir-Ringiela 1 tat-Taqsima V, id-Diossini [it-total ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs) espressi f’ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO-TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 2005)], jinbidlu b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Il-kontenut massimu f’ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (ppt) (1), f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

“1.

Diossini [it-total ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs) espressi f’ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO-TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 2005) (2)]

Materjali tal-għalf li ġejjin mill-pjanti

0,75

ħlief:

 

iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom.

0,75

Materjali tal-għalf li ġejjin mill-minerali

0,75

Materjali tal-għalf li ġejjin mill-annimali:

 

Ix-xaħam tal-annimali, inklużi x-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd;

1,50

Prodotti oħrajn tal-annimali tal-art inklużi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-bajd u l-prodotti tal-bajd.

0,75

Iż-żejt tal-ħut;

5,0

Ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom ħlief iż-żejt tal-ħut u l-proteina tal-ħut idrolizzata li fihom aktar minn 20 % xaħam (3) u s-smida tal-krustaċji;

1,25

Il-proteina tal-ħut idrolizzata li fiha aktar minn 20 % xaħam; is-smida tal-krustaċji.

1,75

L-addittivi tal-għalf: it-tafal tal-kawlina, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati sintetiċi tal-kalċju u l-klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti.

0,75

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti tal-mikronutrijenti.

1,0

Pretaħlitiet

1,0

Għalf kompost

0,75

ħlief:

 

l-għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut;

1,75

l-għalf kompost għall-annimali bil-fer.

—”

(f)

Fir-Ringiela 11 tat-Taqsima VI, iż-Żrieragħ mill-ispeċijiet tal-Ambrosia, jinbidlu b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Il-kontenut massimu f’mg/kg (ppm) f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

“11.

Żrieragħ mill-ispeċijiet tal-Ambrosia

Materjali għall-għalf (3)

50

ħlief:

 

Millieġ (il-granuli tal-Panicum miliaceum L.) u sorgu (granuli tas-Sorghum bicolor (L) Moench s.l.) li ma jingħalfux direttament lill-annimali (3).

200

Għalf kompost li fih granuli u żrieragħ mhux mitħuna

50 ”

(g)

Fit-Taqsima VI, tiżdied din l-annotazzjoni li ġejja:

“(3)

F’każ li tingħata evidenza inekwivoka li l-granuli u ż-żrieragħ huma maħsuba għat-tħin jew għas-sħiq, ma hemmx il-ħtieġa li jitnaddfu l-granuli u ż-żrieragħ li fihom livelli mhux konformi ta’ żrieragħ tal-ispeċijiet tal-Ambrosia qabel it-tħin jew is-sħiq. Iridu jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-Ambrosia fl-ambjent waqt it-trasport, it-taħżin u l-ipproċessar ta’ dawn iż-żrieragħ u l-granuli.”

(h)

Fir-Ringiela 2 tat-Taqsima VII, id-Diklażuril jinbidel b’dan li ġej:

Koċċidjostat

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali (1)

Il-kontenut massimu f’mg/kg (ppm) f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

“2.

Diklażuril

Materjali tal-għalf

0,01

Għalf kompost għal

 

l-għasafar li jbidu, u t-tiġieġ imrobbijin biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,01

il-fniek għat-tismin u għat-tgħammir għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tad-diklażuril (withdrawal feed);

0,01

speċi oħra tal-annimali ħlief it-tiġieġ imrobbijin biex ibidu (< 16-il ġimgħa), it-tiġieġ għat-tismin, u l-fargħuni u d-dundjani għat-tismin.

0,03

Pretaħlitiet għall-użu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tad-diklażuril.

(2)”

(i)

Fir-Ringiela 4 tat-Taqsima VII, il-Lasaloċid A sodju jinbidel b’dan li ġej:

Koċċidjostat

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali (1)

Il-kontenut massimu f’mg/kg (ppm) f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

“4.

Lasaloċid A sodju

Materjali tal-għalf

1,25

Għalf kompost għal

 

il-klieb, l-għoġġiela, il-fniek, l-ispeċi ekwini, l-annimali tal-ħalib, l-għasafar li jbidu, id-dundjani (> 16-il ġimgħa) u t-tiġieġ imrobbijin biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

1,25

it-tiġieġ għat-tismin, it-tiġieġ imrobbijin biex ibidu (< 16-il ġimgħa) u d-dundjani (< 16-il ġimgħa) għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tas-sodju tal-lasalocid (withdrawal feed);

1,25

il-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi (ħlief l-għasafar imrobbija biex ibidu) għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tal-lasaloċid sodju (withdrawal feed);

1,25

speċi oħra tal-annimali.

3,75

Pretaħlitiet għall-użu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tas-sodju tal-lasalocid.

(2)”

(2)

Fir-Ringiela 1, id-Diossini [it-total ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs) espressi fl-ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO-TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 2005)], tat-Taqsima: Diossini u PCBs, tal-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE jinbidlu b’dan li ġej:

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Limiti ta’ azzjoni f’ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (ppt) (2) f’relazzjoni ma’ għalf b’kontenut imxarrab ta’ 12 %

Kummenti u tagħrif addizzjonali (eż: in-natura tal-investigazzjonijiet li jridu jsiru)

“1.

Diossini [it-total ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs) espressi fl-ekwivalenti tossiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO-TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 2005) (1)]

Materjali tal-għalf li ġejjin mill-pjanti

0,5

(3)

ħlief:

 

 

iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom.

0,5

(3)

Materjali tal-għalf li ġejjin mill-minerali

0,5

(3)

Materjali tal-għalf li ġejjin mill-annimali:

 

 

Ix-xaħam tal-annimali, inklużi x-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd;

0,75

(3)

Prodotti oħra tal-annimali tal-art inklużi l-ħalib u prodotti tal-ħalib u l-bajd u prodotti tal-bajd;

0,5

(3)

Iż-żejt tal-ħut;

4,0

(4)

Ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom ħlief iż-żejt tal-ħut u l-proteina tal-ħut idrolizzata li fihom aktar minn 20 % xaħam u s-smida tal-krustaċji;

0,75

(4)

Il-proteina tal-ħut, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam; is-smida tal-krustaċji.

1,25

(4)

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra l-agglomerazzjoni

0,5

(3)

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ komposti tal-mikronutrijenti

0,5

(3)

Pretaħlitiet

0,5

(3)

Għalf kompost ħlief:

0,5

(3)

l-għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut;

1,25

(4)”

l-għalf kompost għall-annimali bil-fer.