4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 711/2012

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-metodi użati għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprovdi li r-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 li jista’ jippermetti l-użu ta’ tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) u ta’ klieb li jindividwaw l-isplussivi għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom.

(2)

Jeħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-iskjerament ta’ tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD) u tal-klieb li jindividwaw l-isplussivi għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom.

(3)

L-użu ta’ tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD) u tal-klieb li jindividwaw l-isplussivi għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom, għandu jikkunsidra l-kuntest speċifiku għall-iskrinjar tal-persunal u jista’ jħaffef u jtejjeb l-effettività tal-proċess tal-iskrinjar.

(4)

Id-dispożizzjonijiet rigward l-individwaturi tal-metall li tgħaddi minnhom (WTMD) huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (3), għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-evoluzzjoni tat-theddida għall-avjazzjoni ċivili u r-riskju li ġej mill-kategoriji differenti ta’ persuni.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7

(3)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-punt 1.3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.1   Skrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom

1.3.1.1

Persuni għajr il-passiġġieri għandhom ikunu skrinjati permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

tfittxija bl-idejn;

(b)

individwaturi tal-metall li tgħaddi minnhom (WTMD);

(c)

klieb li jindividwaw l-isplussivi;

(d)

tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD);

(e)

skaners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti.

1.3.1.2

Il-punti 4.1.1.3 – 4.1.1.6 u 4.1.1.10 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri.

1.3.1.3

Il-klieb li jindividwaw l-isplussivi u t-tagħmir ETD jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta’ skrinjar jew f’alternazzjoni mhux prevista tat-tfittxija bl-idejn, tal-WTMD jew tal-iskaners tas-sigurtà.

1.3.1.4

L-oġġetti li jġorru magħhom il-persuni għajr il-passiġġieri għandhom ikunu skrinjati permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

tfittxija bl-idejn;

(b)

tagħmir bir-raġġi X;

(c)

tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS);

(d)

klieb li jindividwaw l-isplussivi;

(e)

tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD).

1.3.1.5

Il-punti 4.1.2.4 – 4.1.2.7 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar tal-oġġetti li persuni għajr il-passiġġieri jġorru magħhom.

1.3.1.6

Il-klieb li jindividwaw l-isplussivi u t-tagħmir ETD jistgħu jitużaw biss bħala mezz supplimentari ta’ skrinjar jew f’alternazzjoni mhux prevista tat-tfittxija bl-idejn, tat-tagħmir bir-raġġi X jew tat-tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS).

1.3.1.7

L-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C jistgħu jinġarru biss jekk il-persuna tkun awtorizzata ġġorrhom sabiex twettaq il-ħidmiet li huma essenzjali għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ajruport jew tal-inġenji tal-ajru, jew sabiex twettaq il-ħidmiet ta’ waqt it-titjira.

1.3.1.8

Fejn persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom jeħtieġu li jiġu skrinjati fuq bażi aleatorja, il-frekwenza għandha tiġi stabbilita mill-awtorità xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji.

1.3.1.9

L-iskrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.”

2.

Il-punt 12.1.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.1.2   Standards għall-WTMD

12.1.2.1

Għandu jkun hemm żewġ standards għall-WTMD. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.1.2.2

Il-WTMD kollha użati esklussivament għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri għandhom jissodisfaw l-istandard 1.

12.1.2.3

Il-WTMD użati għall-iskrinjar tal-passieġġieri għandhom jissodisfaw l-istandard 2.”