21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 665/2012

tal-20 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li l-kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (2), l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat proċess ta’ ġesjtoni tat-tibdil għad-dokumenti tekniċi msemmija fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Bħala riżultat, fl-20 ta' Diċembru 2011, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea issottomettiet rakkomandazzjoni għall-aġġornament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 sabiex ikun jirreferi għad-dokumenti tekniċi li ġew emendati skont il-proċess ta’ ġestjoni tat-tibdil.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 454/2011 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.


ANNESS

“ANNESS III

Lista ta' dokumenti tekniċi msemmija f’din it-TSI

Referenza

Tabella

B.1. (V1.1.1)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju ta’ dejta tariffjarja maħsuba għal bejgħ barrani u internazzjonali – biljetti NRT

B.2. (V1.1)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju ta’ dejta tariffjarja maħsuba għal bejgħ barrani u internazzjonali – Biljetti għal Riservazzjoni Integrata (IRT)

B.3. (V1.1)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju ta’ dejta maħsuba għal bejgħ barrani jew internazzjonali – Offerti speċjali

B.4. (V1.1.1)

Gwida ta' implimentazzjoni għal messaġġi EDIFACT li jkopru l-iskambju tad-dejta tat-tabella taż-żmien.

B.5. (V1.1)

Riservazzjoni elettronika ta’ siġġijiet/postijiet u l-produzzjoni elettronika ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar – Skambju ta’ messaġġi

B.6. (V1.1)

Riservazzjoni elettronika ta' siġġijiet/postijiet u l-produzzjoni elettronika ta' dokumenti tat-trasport (standards RCT2)

B.7. (V1.1.1)

Biljett internazzjonali tal-ferrovija għall-istampar mid-dar

B.8. (V1.1)

Kodifikazzjoni numerika standard għall-impriżi ferrovjarji, maniġers tal-infrastruttura u kumpaniji oħra involuti fil-ktajjen ta’ trasport ferrovjarju.

B.9. (V1.1)

Kodifikazzjoni numerika standard tal-lokalitajiet

B.10 (V1.1)

Riservazzjoni elettronika tal-assistenza għal persuni b’mobbiltà imnaqqsa – Skambju ta’ messaġġi

B.30. (V1.1)

Skema – katalgu tal-messaġġi/settijiet tad-dejta meħtieġ għall-komunikazzjoni RU/IM tat-TAP TSI”