27.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 551/2012

tal-21 ta' Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu żgurati fornimenti suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta' ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1) li fi ħdanhom il-prodotti jistgħu jiġu impurtati b'rata ta’ dazju żero jew rati mnaqqsa. Għall-istess raġunijiet huwa neċessarju li, għal żewġ prodotti, tinfetaħ b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, kwota tariffarja ġdida b'rata ta' dazju żero għal volum xieraq.

(2)

Il-volumi tal-kwota, stabbiliti preċedentement, għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2638, 09.2814 u 09.2889 mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawk il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta' Jannar 2012.

(3)

Barra minn hekk, għall-kwota tariffarja awtonoma tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2633 d-deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi adattata.

(4)

Barra minn hekk, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.2767, ma għadux fl-interess tal-Unjoni li tkompli tagħti kwota tariffarja għat-tieni semestru tal-2012. Għalhekk, dik il-kwota tariffarja għandha tingħalaq b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 u l-linja korrispondenti għandha titneħħa mill-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

(5)

Ladarba ċerti miżuri stipulati f'dan ir-Regolament għandhom isiru effettivi mill-1 ta' Jannar 2012 u oħrajn mill-1 ta’ Lulju 2012, dan ir-Regolament għandu japplika minn dawk l-istess dati u għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

il-linji bin-numri tal-ordni 09.2644 u 09.2645 stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament huma inseriti;

(2)

il-linji għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2638, 09.2814 u 09.2889 huma sostitwiti mil-linji li jinsabu fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(3)

il-linja għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2633 tinbidel bil-linja li tinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(4)

il-linja għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2767 titneħħa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Madankollu, l-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FREDERIKSEN


(1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p.1.


ANNESS I

Kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) u 1(3)

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

Dazju fuq il-kwota (f’%)

09.2644

ex 3824 90 97

96

Preparat li jkun fih:

55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 78 % ta’ Glutarat Dimetiliku

10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 28 % ta’ Adipat Dimetiliku u

mhux aktar minn 25 % ta’ Suċċinat Dimetiliku

1.7.-31.12.

7 500 tunnellata

0

09.2645

ex 3921 14 00

20

Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) × 100 cm (± 10 cm) × 40 cm (± 5 cm)

1.7.-31.12.

650 tunnellata

0

09.2633

ex 8504 40 82

20

Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1)

1.1.-31.12.

4 500 000 unitajiet

0


(1)  L-entrata taħt din is-sottointestatura hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS II

Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2)

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

Dazju fuq il-kwota

(f’%)

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7)

1.1.-31.12.

1 000 000 tunnellata

0

09.2889

3805 10 90

 

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

25 000 tunnellata

0

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

3 000 tunnellata

0