19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 514/2012

tat-18 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel li mhux ġej mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta’ dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu tal-inqas is-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti relatati mal-ikel notifikati permezz tas-Sistema Rapida ta’ Allarm għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), is-sejbiet mill-missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti dwar kunsinni ta’ għalf u ikel li mhux ġejjin mill-annimali, mressqin kull tliet xhur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista għandha tiġi emendata.

(4)

B’mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata billi titnaqqas il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti, li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw titjib ġenerali tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom il-livell attwali ta’ kontroll uffiċjali, għaldaqstant, ma għadux ġustifikat.

(5)

Il-lista għandha tiġi emendata wkoll billi tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-prodotti, li għalihom l-istess sorsi ta’ informazzjoni juru livell ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, li jiġġustifika ż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali.

(6)

Barra minn hekk, ċerti prodotti oħra, li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw livell ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza li jiġġustifika l-introduzzjoni ta’ livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali, għandhom jiġu inklużi fil-lista.

(7)

L-annotazzjonijiet fil-lista ta’ ċerti importazzjonijiet mill-Indja u għal ċerti prodotti oħra importati mir-Repubblika Dominikana, għandhom għaldaqstant jiġu emendati kif xieraq. Barra minn hekk, fil-lista għandha tiddaħħal annotazzjoni rigward il-kunsinni tan-noċemuskata u l-mace mill-Indoneżja.

(8)

L-emenda fil-lista li tirrigwarda t-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet mir-Repubblika Dominikana tal-fażola twila jarda, il-bettieħ morr, il-bżar u l-brunġiel, għandha tapplika malajr kemm jista’ jkun, peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie solvut parzjalment. Għaldaqstant, l-emendi għal-lista li jirrigwardaw l-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Wara li jitqies l-għadd ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(10)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat kif inhu xieraq.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Madankollu, l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li tirrigwarda t-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità tal-fażola twila jarda, il-bettieħ morr, il-bżar u l-brunġiel mir-Repubblika Dominikana, għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS I

Għalf u ikel li mhux ġejjin mill-annimali suġġetti għal livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(użu previst)

Kodiċi NM (1)

Pajjiż tal-oriġini

Perikli

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità

(%)

Ġellewż

(bil-qoxra jew imfesdaq)

0802 21 00 ; 0802 22 00

l-Azerbajġan (AZ)

Aflatossini

10

(Għalf u Ikel)

 

Groundnuts (karawett), bil-qoxra

1202 41 00

il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Groundnuts (karawett), imfesdqin

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Groundnuts (karawett), ippreparati jew ippreservati b’mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Taljarini (noodles) imnixxfin

ex 1902

iċ-Ċina (CN)

Aluminju

10

(Ikel)

 

Pomelos

ex 0805 40 00

iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi b’ħafna residwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi b’residwu wieħed (11)

20

(Ikel- frisk)

 

Te, sew jekk bit-togħma u sew jekk le

0902

iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi b’ħafna residwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew permezz ta’ metodi b’residwu wieħed (10)

10

(Ikel)

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ex 0710 22 00

ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3)

20

Bettieħa morra

(Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ; ex 0710 80 95

Bżar (ħelu u ieħor) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Larinġ (frisk jew imqadded)

0805 10 20 ; 0805 10 80

l-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7)

10

Ħawħ (minbarra n-nuċiprisk)

0809 30 90

Rummien

ex 0810 90 75

Frawli

0810 10 00

(Ikel – frott u ħaxix frisk)

 

Bżar (ħelu u ieħor) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

l-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12)

10

(Ikel - frisk, imkessaħ jew friżat)

 

Groundnuts (karawett), bil-qoxra

1202 41 00

il-Gana (GH)

Aflatossini

50

Groundnuts (karawett), imfesdqin

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

(Għalf u Ikel)

 

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

ex 1211 90 85

l-Indja (IN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (5)

50

(Ikel- ħxejjex aromatiċi friski)

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

l-Indja (IN)

Aflatossini

20

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

Frott imqadded tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

Kari (prodotti biċ-ċilì)

0910 91 05

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 , 0908 12 00

Mace

(Myristica fragrans)

0908 21 00 , 0908 22 00

Ġinġer

(Zingiber officinale)

0910 11 00 , 0910 12 00

Curcuma longa (turmeric)

0910 30 00

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

Groundnuts (karawett), bil-qoxra

1202 41 00

l-Indja (IN)

Aflatossini

20

Groundnuts (karawett), imfesdqin

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Groundnuts (karawett), ippreparati jew ippreservati b’mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Addittivi tal-ikel u taħlitiet lesti

ex 2309 ; 2917 19 90 ; ex 2817 00 00 ; ex 2820 90 10 ; ex 2820 90 90 ; ex 2821 10 00 ; ex 2825 50 00 ; ex 2833 21 00 ; ex 2833 25 00 ; ex 2833 29 20 ; ex 2833 29 80 ; ex 2835 ; ex 2836 ; ex 2839 ; 2936

l-Indja (IN)

Kadmju u ċomb

10

(Ikel)

 

Okra

ex 0709 99 90

l-Indja (IN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (2)

50

(Ikel- frisk)

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 , 0908 12 00

l-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

Mace

(Myristica fragrans)

0908 21 00 , 0908 22 00

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

Żerriegħa tad-dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) u prodotti minnha

ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99

in-Niġerja (NG)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

il-Perù (PE)

Aflatossini u Okratossina A

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

Frott imqadded tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

it-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9)

10

(Ikel- frisk)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

it-Tajlandja (TH)

Salmonella (6)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 85

Nagħniegħ

ex 1211 90 85

(Ikel – ħwawar friski)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

it-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 85

(Ikel- ħxejjex aromatiċi friski)

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata) spp. sesquipedalis

ex 0708 20 00 ex 0710 22 00

it-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4)

50

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

Ħaxix tal-ġenus Brassica

0704 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew friżat)

 

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ; 0710 80 51

it-Turkija (TR)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8)

10

Tadam

0702 00 00 ; 0710 80 70

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

l-Użbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

Groundnuts (karawett), bil-qoxra

1202 41 00

l-Afrika t’Isfel (ZA)

Aflatossini

10

Groundnuts (karawett), imfesdqin

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Groundnuts (karawett), ippreparati jew ippreservati b’mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 


(1)  Fejn meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżistix sottodiviżjoni speċifika bħala parti minn dik il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM għandha l-indikazzjoni “ex” (pereżempju, ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

(2)  B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Triażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos, il-Metomil, it-Tiodikarb, id-Diafentjuron, it-Tiametossam, il-Fipronil, l-Ossamil, l-Aċetamiprid, l-Indossakarb, il-Mandipropammid.

(3)  B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendażim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (Ditjokarbamati), id-Diafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiabendażol, it-Tiakloprid.

(4)  B’mod partikolari r-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifosmetil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalassil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Triadimefon, it-Triażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, it-Triforin.

(5)  B’mod partikolari r-residwi ta’: it-Triażofos, l-Ossidemetonmetil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tiametossam, il-Klotianidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Proparġit, il-Monokrotofos.

(6)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu validu meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(7)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Diażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludiossonil, l-Eżaflumuron, il-Lambdaċialotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Fentoat, it-Tijofanatmetil.

(8)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Metomil, l-Ossamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Diafentjuron, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanatmetil.

(9)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofos, il-Malatjon, il-Profenofos, il-Protjofos, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.

(10)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Buprofeżin; l-Imidakloprid; il-Fenvalerat u l-Esfenvalerat (Ir-riżultat tal-iżomeri RS u SR); il-Profenofos; it-Trifluralin; it-Triażofos; it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u t-triadimenol), iċ-Ċipermetrin (iċ-ċipermetrin inklużi taħlitiet oħrajn ta’ iżomeri kostitwent (it-total tal-iżomeri)).

(11)  B’mod partikolari r-residwi ta’: it-Triażofos, it-Triadimefon u t-Triadimenol (ir-riżultat tat-triadimefon u t-triadimenol), il-Paratijonmetil, il-Fentoat, il-Metidatijon.

(12)  B’mod partikolari r-residwi ta’: il-Karbofuran (it-total), il-Klorpirifos, iċ-Ċipermetrin (it-total), iċ-Ċiprokonażol, id-Dikofol (it-total), id-Difenokonażol, id-Dinotefuran, l-Etjon, il-Flusilażol, il-Folpet, il-Prokloraż, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tiofanatmetil u t-Triforin.”