30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/32


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 449/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(4) tiegħu;

Billi:

(1)

F’konformità mal-objettivi ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni għall-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fl-Unjoni, għall-istabbiltà finanzjarja, għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur, dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-informazzjoni li għandha titressaq lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) matul il-proċessi ta’ reġistrazzjoni u ċertifikazzjoni, hija provduta wara li jkunu segwiti regoli uniformi, sabiex l-AETS tkun tista’ tagħmel deċiżjoni infurmata dwar ir-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

(2)

Il-benefiċċji fuq terminu ta’ żmien twil tal-informazzjoni addizzjonali huma mistennija li jkunu iktar minn kwalukwe kost addizzjonali potenzjali f’terminu ta’ żmien qasir, f’termini tal-protezzjoni tal-investitur u tal-istabbiltà finanzjarja.

(3)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-informazzjoni li l-AETS għandha tirċievi bħala parti minn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Ċertu informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament tista’ ma tkunx applikabbli għal aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun għadha kemm ġiet stabbilita minħabba li setgħet applikat għal eżenzjoni, nuqqas ta’ esperjenza preċedenti fil-qasam tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew minħabba raġunijiet oħra. Dan ir-Regolament ma għandux joħloq ostakolu biex aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għadhom kemm ġew stabbiliti jidħlu fis-suq. Minkejja dan, applikant għandu jipprovdi spjega ċara għaliex ma jkunx ressaq l-informazzjoni speċifika inkluża f’dik l-applikazzjoni.

(4)

Kwalunkwe informazzjoni sottomessa lill-AETS għandha tkun ipprovduta b’mod sostenibbli li jippermetti li tinħażen għal użu fil-futur. Sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni tal-informazzjoni sottomessa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, id-dokumenti kollha għandhom ikunu identifikati b’numru ta’ referenza.

(5)

Sabiex l-AETS tivvaluta jekk kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jirriżulta mill-attivitajiet u l-interessi kummerċjali tas-sidien ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistax jaffettwa l-indipendenza ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun rikjesta tagħti informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sidien tagħha u s-sjieda tal-impriża prinċipali.

(6)

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi informazzjon dwar il-kompożizzjoni, l-iffunzjonar u l-indipendenza tal-korpi tal-maniġment tagħha sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta jekk l-istruttura ta’ governanza korporattiva tiżgurax l-indipendenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u tevitax kunflitti ta’ interess.

(7)

Sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta r-reputazzjoni tajba kif ukoll l-esperjenza u l-ħiliet tal-maniġment superjuri, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-curriculum vitae, rekord kriminali riċenti u awtodikjarazzjonijiet dwar ir-reputazzjoni tajba tal-maniġment superjuri tagħha.

(8)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni kif kunflitti ta’ interess huma eliminati jew immaniġġjati u ddivulgati, aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’inventarju aġġornat tal-kunflitti eżistenti u potenzjali ta’ interess li jkopru mill-inqas il-kunflitti li jirriżultaw mit-twettiq ta’ servizzi anċillari, l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u l-interazzjoni ma’ partijiet terzi relatati. Meta jkunu qed jiġu identifikati l-kunflitti ta’ interess għall-inventarju, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkunsidra kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn entitajiet li jappertjenu għall-grupp globali ta’ impriżi li hija tagħmel parti minnu. Għaldaqstant, għandhom ikunu kkunsidrati l-arranġamenti intragrupp li jikkonċernaw l-allokazzjoni ta’ kompiti u l-forniment ta’ servizzi anċillari minn entitajiet differenti fil-grupp ta’ impriżi.

(9)

Għalkemm il-fergħat tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Unjoni mhumiex persuni ġuridiċi, dawk l-aġenziji għandhom jipprovdu informazzjoni separata dwar il-fergħat tagħhom li tippermetti lill-AETS tidentifika b’mod ċar il-pożizzjoni tal-fergħat fl-istruttura organizzazzjonali, tivvaluta kemm il-maniġment superjuri tal-fergħat huwa kompetenti u adegwat u tevalwa jekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll, il-konformità u funzjonijiet oħra li jinsabu fis-seħħ, humiex meqjusa bħala robusti biżżejjed biex jidentifikaw, jevalwaw u jimmaniġġjaw ir-riskji tal-fergħat b’mod xieraq.

(10)

L-informazzjoni mitluba rigward il-kunflitti ta’ interess possibbli mas-servizzi anċillari għandha tirreferi għan-negozji kollha tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li mhumiex parti mill-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni.

(11)

Sabiex l-AETS tkun tista’ tivvaluta jekk qafas regolatorju ta’ pajjiż terz għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistax ikun meqjus “bħala strinġenti daqs” ir-reġim li jinsab fis-seħħ fl-Unjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha l-intenzjoni li tapprova klassifikazzjonijiet maħruġa f’dak il-pajjiż terz għandha tipprovi lill-AETS b’informazzjoni ddettaljata dwar il-qafas regolatorju tal-pajjiż terz u kif jikkompara għar-reġim fis-seħħ fl-Unjoni. Meta din l-informazzjoni diġà hija disponibbli għall-AETS minn applikazzjonijiet oħra għall-approvazzjoni, u l-AETS tieħu l-pożizzjoni li l-qafas regolatorju tal-pajjiż terz jista’ jitqies strinġenti daqs ir-reġim li jinsab fis-seħħ fl-Unjoni, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li applikaw għandhom ikunu eżenti mit-tressiq ta’ din l-informazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu applikanti għandhom juru li t-twettiq ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz li jirriżultaw fil-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha tkun approvata, jissodisfa r-rekwiżiti skont ir-reġim tal-pajjiż terz u li hemm proċeduri li jimmonitorjaw it-twettiq tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ pajjiż terz.

(12)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-informazzjoni li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tagħha u għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabilità finanzjarja jew l-integrità tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. L-importanza sistemika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attvitajiet tal-klassifikazzjoni tagħha għall-istabbiltà ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, għandha tkun imkejla f’dan ir-Regolament f’termini tad-daqs tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tagħha u l-interkonnettività tal-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fl-Unjoni.

(13)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mill-AETS lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(14)

L-AETS għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit taħt l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

SUĠĠETT

Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-AETS mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-applikazzjoni tagħha għal:

(a)

reġistrazzjoni, kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; jew

(b)

ċertifikazzjoni jew għal valutazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-integrità tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

KAPITOLU 2

REĠISTRAZZJONI

TAQSIMA 1

Ġenerali

Artikolu 2

Format tal-applikazzjoni

1.   Applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tkun ipprovduta fi strument li jaħżen informazzjoni b’mod aċċessibbli għal referenza futura u li jippermetti r-riproduzzjoni bla bidliet tal-informazzjoni maħżuna.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħti numru ta’ referenza uniku għal kull dokument li tippreżenta. Hija għandha tiżgura li l-informazzjoni li tippreżenta tidentifika b’mod ċar għal liema rekwiżit speċifiku ta’ dan ir-Regolament tirreferi u f’liema dokument hija pprovduta dik l-informazzjoni. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippreżenta t-tabella stabbilita fl-Anness I bħala parti mill-applikazzjoni tagħha biex tidentifika b’mod ċar id-dokument li fih hija pprovduta l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament.

3.   Jekk rekwiżit ta’ dan ir-Regolament ma japplikax għal applikazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-aġenzija għandha tiddikjara dan fit-tabella stabbilita fl-Anness I u tipprovdi spjegazzjoni.

4.   Meta grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu japplika għal reġistrazzjoni, l-applikazzjoni għandha tidentifika b’mod ċar kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għaliha tapplika l-informazzjoni. Meta l-istess informazzjoni tapplika għal iktar minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda fil-grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, bl-għan li timtela t-tabella tal-Anness I, għandu jingħata l-istess numru ta’ referenza għall-informazzjoni komuni.

Artikolu 3

Attestazzjoni tal-preċiżjoni u l-kompletezza tal-applikazzjoni

Kwalunkwe informazzjoni sottomessa lill-AETS matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ittra ffirmata minn membru tal-maniġment superjuri tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew minn rappreżentant awtorizzat mill-maniġment superjuri, bħala attestazzjoni li safejn jafu bl-aħjar mod huma, l-informazzjoni ppreżentata hija preċiża jew kompluta, fid-data tat-tressiq tagħha.

Artikolu 4

Numru ta’ impjegati

Kwalunkwe informazzjoni rigward l-għadd ta’ impjegati għandha tkun ipprovduta fuq bażi ekwivalenti għal full-time ikkalkulata bħala t-total ta’ sigħat maħduma diviżi bl-għadd ta’ sigħat massimi suġġett għal kumpens f’sena ta’ ħidma kif definit mil-liġi nazzjonali rilevanti.

Artikolu 5

Klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Kwalunkwe informazzjoni fir-rigward tal-klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tuża l-klassijiet ta’ klassifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

klassifikazzjonijiet sovrani u ta’ finanzi pubbliċi;

(b)

klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati;

(c)

klassifikazzjonijiet korporattivi:

(i)

istituzzjoni finanzjarja inklużi l-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment;

(ii)

impriża tal-assigurazzjoni;

(iii)

emittent korporattiv li mhux meqjus istituzzjoni finanzjarja jew impriża tal-assiġurazzjoni.

Artikolu 6

Politiki u proċeduri

1.   Politiki u proċeduri pprovduti f’applikazzjoni għandhom jinkludu jew ikunu akkumpanjati minn:

(a)

indikazzjoni ta’ min hu responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni tal-politiki u l-proċeduri;

(b)

deskrizzjoni dwar kif il-konformità mal-politiki u l-proċeduri se jkunu infurzati u mmonitorjati u min huwa responsabbli għal dan;

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu fil-każ ta’ ksur tal-politiki;

(d)

indikazzjoni tal-proċedura għar-rapportar lill-AETS ta’ ksur materjali tal-politika jew il-proċedura li tista’ tirriżulta fi ksur tal-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni inizjali.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ taqdi l-obbligu tagħha li tipprovdi informazzjoni rigward il-politiki tagħha skont dan ir-Regolament billi tippreżenta kopja tal-politiki u l-proċeduri rilevanti.

Artikolu 7

Identifikazzjoni, status legali u klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’:

(a)

l-informazzjoni elenkata fl-Anness II għal dan ir-Regolamenti;

(b)

silta mir-reġistru tal-qorti jew kummerċjali rilevanti, jew forma oħra ta’ evidenza tal-post tal-inkorporazzjoni u ambitu tal-attività kummerċjali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, mid-data tal-applikazzjoni.

TAQSIMA 2

Struttura tas-sjieda

Artikolu 8

Sidien u impriża prinċipali ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bi

(a)

lista għal kull persuna li direttament jew indirettament għandhom 5 % jew iktar tal-kapital tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ta’ drittijiet ta’ votazzjoni jew li s-sehem tagħhom jagħmilha possibbli li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1 u 2 tal-Anness III fir-rigward ta’ kull persuna tali.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi wkoll l-informazzjoni li ġejja lill-AETS:

(a)

lista ta’ kwalunkwe impriża li fiha persuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha 5 % jew iktar tal-kapital jew drittijiet tal-votazzjoni jew li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tagħha;

(b)

identifikazzjoni tal-attività kummerċjali tagħhom imsemmija fil-punt 3 tal-Anness III.

3.   meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha impriża prinċipali, hija għandha:

(a)

tidentifika l-pajjiż fejn l-impriża prinċipali hija stabbilita;

(b)

tindika jekk l-impriża prinċipali hijiex awtorizzata jew reġistrata u jekk hijiex suġġetta għal superviżjoni.

Artikolu 9

Tabella tas-sjieda

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’tabella li turi r-rabtiet ta’ sjieda bejn kwalunkwe impriża prinċipali, sussidjarji u kwalunkwe entità assoċjata oħra stabbilita fl-Unjoni u l-fergħat tagħhom. L-impriżi murija fit-tabella għandhom ikunu identifikati mill-isem sħiħ tagħhom, l-istatus legali u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew l-uffiċċju prinċipali.

TAQSIMA 3

Struttura organizzazzjonali u governanza korporattiva

Artikolu 10

Skeda Organizzazzjonali

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bi skeda organizzazzjonali bid-dettalji tal-istruttura organizzazzjonali, inkluża identifikazzjoni ċara tar-rwoli sinifikanti u l-identità tal-persuna responsabbli għal kull irwol sinifikanti. Irwoli sinifikanti għandhom jinkludu mill-inqas lill-maniġment superjuri, il-persuni li jidderiġu l-attivitajiet tal-fergħat u l-analisti superjuri tal-klassifikazzjoni. Meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu twettaq servizzi anċillari, l-iskeda organizzazzjonali għandha tagħti dettalji wkoll tal-istruttura organizzazzjonali tagħha fir-rigward ta’ dawk is-servizzi.

Artikolu 11

Struttura organizzazzjonali

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki tagħha u l-proċeduri relatai mal-funzjoni tal-konformità tagħha kif stipulat fil-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, tal-funzjoni ta’ reviżjoni kif stabbilit fil-punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha stabbiliti biex jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-punti 4 sa 10 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

L-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV il-punti 1, 3 u 4.

2.   Meta l-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu fil-livell ta’ grupp ta’ impriżi, aġenżija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi wkoll lill-AETS bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV, il-punt 2.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi wkoll lill-AETS bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness X.

Artikolu 12

Governanza korporattiva

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki ta’ governanza korporattiva interna tagħha u l-proċeduri u t-termini ta’ referenza li jirregolaw lill-maniġment superjuri tagħha, inkluż il-bord amministrattiv jew superviżorju, il-membri indipendenti tagħha u fejn stabbilit, il-kumitati.

2.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taderixxi ma’ kodiċi ta’ kondotta rikonoxxut ta’ governanza korporattiva, hija għandha tidentifika l-kodiċi u tipprovdi spjegazzjoni ta’ kwalunkwe sitwazzjoni meta tiddevja mill-kodiċi.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1 u 2 tal-Anness V dwar il-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tad-dokumenti msemmija fil-punt 3 tal-Anness V.

TAQSIMA 4

Riżorsi finanzjarji għat-twettiq ta’ attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

Artikolu 13

Rapporti finanzjarji

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tar-rapporti finanzjarji annwali, inklużi rapporti finanzjarji individwali u kkonsolidati fejn applikabbli għat-tliet snin finanzjarji qabel id-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni safejn disponibbli. Meta r-rapporti finanzjarji tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu suġġetti għal awditu statutorju skont it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (3), ir-rapporti finanzjarji għandhom jinkludu r-rapport tal-awditu dwar ir-rapport finanzjarju annwali u kkonsolidat.

2.   Meta r-rapporti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux disponibbli għall-perjodu ta’ żmien rikjest, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’rapport finanzjarju interim.

3.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi, hija għandha tipprovdi r-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali għat-tliet snin finanzjarji li jiġu qabel id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni tagħha.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’deskrizzjoni tal-miżuri li adottat biex tiżgura proċedura ta’ kontabbiltà soda.

TAQSIMA 5

Persunal u kumpens

Artikolu 14

Politiki u proċeduri dwar il-persunal

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri li ġejjin:

(a)

tirrapporta lill-uffiċjal tal-konformità dwar kwalunkwe sitwazzjoni meta waħda mill-persuni msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tqis li kwalunkwe persuna oħra tali hija impenjata b’mod li hu/hi tqis illegali, skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

ir-rotazzjoni tal-analisti tal-klassifikazzjoni ewlenin, tal-analisti tal-klassifikazzjoni u l-persuni li japprovaw il-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

il-prattiki tal-kumpens u tal-evalwazzjoni l-prestazzjoni għall-analisti tal-klassifikazzjoni, persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-maniġment superjuri u l-uffiċjal tal-konformità;

(d)

it-taħriġ u l-iżvilupp rilevanti għall-proċess tal-klassifikazzjoni inkluża kwalunkwe eżaminazzjoni jew tip ieħor ta’ valutazzjoni formali meħtieġa sabiex jitwettqu attivitajiet ta’ klassifikazzjoni.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’:

(a)

deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ biex timmitiga r-riskju ta’ dipendenza żejda fuq impjegati individwali;

(b)

għal kull klassi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, informazzjoni dwar id-daqs u l-esperjenza tat-timijiet kwantitattivi responsabbli għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-metodoloġiji u l-mudelli;

(c)

l-isem u l-funzjoni ta’ kwalunkwe impjegat tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu obbligi, jew individwali jew f’isem l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għal kwalunkwe entità oħra fil-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(d)

ir-remunerazzjoni annwali medja fissa u varjabbli tal-analisti tal-klassifikazzjonijiet, tal-analisti ewlenin u tal-uffiċjal ta’ konformità għal kull waħda mit-tliet snin finanzjarji preċedenti.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ biex tiżgura li tkun infurmata meta analist tal-klassifikazzjoni jittermina/tittermina l-impjieg tiegħu/tagħha u jingħaqad/tingħaqad ma’ entità tal-klassifikazzjoni kif stipulat fil-punt 6 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ biex tiżgura li l-persuni msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huma konxji tal-projbizzjoni stabbilita fil-punt 7 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet xierqa u adegwatezza

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’curriculum vitae, inkluża storja tal-impjieg b’dati rilevanti, identifikazzjoni tal-pożizzjonijiet li għandhom u deskrizzjoni tal-karigi okkupati għal kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

membri tal-maniġment superjuri;

(b)

persuni maħtura biex imexxu l-kummerċ tal-fergħat;

(c)

uffiċjali responsabbli għall-awditu intern, il-kontroll intern, il-funzjoni tal-konformità, il-valutazzjoni tar-riskju u l-funzjoni tar-reviżjoni.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull membru tal-maniġment superjuri tagħha:

(a)

rekord kriminali riċenti mill-pajjiż tal-oriġini tal-persuna rilevanti, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ma joħorġux dan il-fajl;

(b)

awtodikjarazzjoni tar-reputazzjoni tajba tagħhom inklużi mill-inqas id-dikjarazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI u ffirmata mill-individwu.

TAQSIMA 6

Ħruġ u reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Artikolu 16

Żvilupp, validazzjoni, reviżjoni u divulgazzjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS, għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, b’livell għoli ta’ deskrizzjoni tal-firxa ta’ mudelli u metodoloġiji ewlenin użati biex ikunu ddeterminati l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha ta’:

(a)

informazzjoni rigward l-iżvilupp, il-validazzjoni u r-reviżjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħha, inkluża għall-inqas l-informazzjoni stipulata fil-Punt 1 tal-Anness VII;

(b)

informazzjoni rigward id-divulgazzjoni tal-metodoloġiji tal-kreditu u deskrizzjonijiet ta’ mudelli u suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni ewlenin użati fl-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif stipulat fil-punt 5 tal-parti I tat-Taqsima E tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 17

Ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-nomenklaturi tal-klassifikazzjoni użati għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

id-definizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ klassifikazzjoni u statuses użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

il-politiki u l-proċeduri tagħha rigward il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, inkluża għall-inqas l-informazzjoni stipulata fil-Punt 2 tal-Anness VII;

(d)

it-termini ta’ referenza ta’ kwalunkwe kumitat;

(e)

deskrizzjoni tal-arranġamenti fis-seħħ għad-divulgazzjoni ta’ deċiżjoni tal-klassifikazzjoni, inkluża għall-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-Punt 3 tal-Anness VII;

(f)

deskrizzjoni tal-proċeduri stabbiliti biex jiżguraw li metodoloġija hija applikata u implimentata b’mod konsistenti għall-klassijiet kollha tal-klassifikassjoni tal-kreditu, uffiċċji u reġjuni.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tidentifika kwalunkwe differenza bejn it-trattament ta’ klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba fil-politiki u l-proċeduri pprovduti taħt il-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.

3.   Meta l-proċess tal-klassifikazzjoni jkun awditjat b’mod regolari minn parti terza indipendenti, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-aħħar rapport tal-awditu.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

dettalji u kriterji għall-għażla tal-fornituri tad-dejta;

(b)

dettalji dwar l-affidabbiltà ta’ input ta’ dejta interna u esterna fil-mudelli tal-klassifikazzjoni;

(c)

dettalji tas-sorsi tad-dejta użati.

Artikolu 18

Monitoraġġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha ta’:

(a)

il-monitoraġġ ta’ klassifikazzjonijiet, l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe differenza bejn klassifikazzjonijiet mitluba u dawk mhux mitluba, u inkluża mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-Punt 4 tal-Anness VII;

(b)

id-divulgazzjoni tad-deċiżjoni għar-reviżjoni jew bidla tal-klassifikazzjoni;

(c)

il-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi jew tas-sweiq finanzjarji fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif deskritt fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

TAQSIMA 7

Deskrizzjoni tal-ħruġ u proċeduri u metodoloġiji ta’ reviżjoni

Artikolu 19

Rekwiżiti ta’ preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni rigward il-punti li ġejjin:

(a)

il-politiki u l-proċeduri fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu stipulati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

(i)

il-paragrafi 1, 2 u 5 tal-Artikolu 10;

(ii)

il-parti I tat-Taqsima D tal-Anness 1;

(b)

meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikklassifika strumenti strutturati, il-politiki u l-proċeduri fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

(i)

l-Artikolu 10(3);

(ii)

il-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I;

(iii)

il-parti II tat-Taqsima D tal-Anness I;

(c)

kampjuni ta’ rapporti tipiċi ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu jew dokumenti oħra li juru kif l-aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tissodisfa jew għandha l-intenzjoni li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni; kif ukoll

(d)

kampjuni ta’ ittri tipiċi ta’ klassifikazzjoni għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu prodotti mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

TAQSIMA 8

Kunflitti ta’ interess

Artikolu 20

Indipendenza u evitar ta’ kunflitti ta’ interess

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tagħha fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u r-regoli dwar l-analisti tal-klassifikazzjoni u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jkopru mill-inqas ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VIII.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-proċess użat biex tiżgura li l-persuni rilevanti huma konxji mill-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li l-funzjoni ta’ reviżjoni responsabbli għar-reviżjoni tal-metodoloġiji stipulata fil-punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 hija indipendenti mil-linji kummerċjali li huma responsabbli għall-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-kontrolli fis-seħħ, inklużi l-kontrolli implimentati permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni, sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar in-negozjat ta’ tariffi u r-regoli dwar persuni involuti fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi kwalunkwe miżura oħra u l-kontroll fis-seħħ biex tiżgura l-indipendenza tal-analisti tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 21

Inventarju ta’ kunflitti ta’ interess

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’inventarju aġġornat tal-kunflitti eżistenti u potenzjali rilevanti għaliha. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun parti minn grupp ta’ impriżi, għandha tinkludi fl-inventarju kwalunkwe kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn entitajiet oħra li jappartjenu għall-grupp ta’ impriżi tagħha.

2.   L-inventarju ta’ kunflitti ta’ interess eżistenti u potenzjali għandu jidentifika l-kunflitti ta’ interess potenzjali li ġejjin:

(a)

kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali ma’ partijiet terzi relatati;

(b)

kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali li jirriżulta mit-twettiq ta’ servizzi anċillari u l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni esternalizzati.

3.   L-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jispjega kif il-kunflitti ta’ interess potenzjali għandhom ikunu eliminati jew immaniġġjati u divulgati.

Artikolu 22

Kunflitti ta’ interess fir-rigward ta’ servizzi anċillari

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’deskrizzjoni tar-riżorsi, kemm umani kif ukoll tekniċi, kondiviżi mas-servizzi tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew kondiviżi mal-grupp ta’ impriżi li tappartjeni għalih.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddeskrivi l-arranġamenti fis-seħħ li jevitaw, jiddivulgaw u jimmitigaw kwalunkwe kunflitt potenzjali jew eżistenti bejn l-interessi tan-negozju tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tar-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni interna mwettqa biex tidentifika kwalunkwe kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali bejn in-negozju tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari.

TAQSIMA 9

Programm ta’ operazzjonijiet

Artikolu 23

Informazzjoni rigward il-programm ta’ operazzjonijiet

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni annwali deskritta fl-Anness IX li tkopri perjodu ta’ 3 snin wara d-data ta’ reġistrazzjoni.

TAQSIMA 10

Użu ta’ approvazzjoni

Artikolu 24

Użu mistenni tal-approvazzjoni

Meta aġenżija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-intenzjoni li tapprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa f’pajjiżi terzi kif stipulat fl-Atikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, hija għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni stipulata fl-Anness XI.

TAQSIMA 11

Esternalizzazzjoni

Artikolu 25

Rekwiżiti tal-esternalizzazzjoni

1.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu testernalizza kwalunkwe funzjoni operazzjonali importanti, hija għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-politiki tagħha fir-rigward tal-esternalizzazzjoni;

(b)

spjegazzjoni dwar kif għandha l-intenzjoni li tidentifika, timmaniġġja u timmonitorja r-riskji maħluqa mill-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operazzjonali importanti;

(c)

kopja tal-ftehim tal-esternalizzazzjoni bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità li lilha jkunu ġew esternalizzati l-attivitajiet;

(d)

kopja ta’ kwalunkwe rapport intern jew estern dwar l-attivitajiet esternalizzati maħruġ fl-aħħar 5 snin.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, funzjonijiet operazzjonali importanti għandhom jinkludu reviżjoni tar-klassifikazzjoni, analista ewlieni, l-iżvilupp u r-reviżjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni, approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, kontroll intern tal-kwalità, ħżin ta’ dejta, sistemi tal-IT, appoġġ tal-IT u kontabbiltà.

KAPITOLU 3

ĊERTIFIKAZZJONI

TAQSIMA 1

Applikazzjoni għal ċertifikazzjoni

Artikolu 26

Informazzjoni għal applikazzjoni għal ċertifikazzjoni

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni ġenerali mitluba fil-punti 1 sa 10 tal-Anness II;

(b)

l-informazzjoni rigward is-sidien tagħha msemmija fl-Artikolu 8;

(c)

l-iskeda organizzazzjonali msemmija fl-Artikolu 10;

(d)

dettalji dwar l-arranġamenti fis-seħħ li jevitaw, jiddivulgaw u jimmitigaw kwalunkwe kunflitt potenzjali jew eżistenti bejn in-negozju tal-klassifikazzjoni u s-servizzi anċillari;

(e)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 rigward ir-riżorsi finanzjarji tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni rigward l-attivitajiet kummerċjali tagħha:

(a)

għat-tliet snin preċedenti, l-għadd ta’ impjegati ingaġġati u involuti fil-klassifikazzjoni u servizzi anċillari kemm permanenti kif ukoll temporanji;

(b)

jekk l-applikant għandu fergħa, l-għadd ta’ impjegati involuti fil-klassifikazzjoni u n-negozju anċillari f’kull fergħa;

(c)

l-għadd ta’ analisti tal-klassifikazzjoni ingaġġati mal-applikant inkluż, jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha fergħa l-għadd ta’ analisti tal-klassifikazzjoni ingaġġati f’kull fergħa;

(d)

jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tippjana li tistabbilixxi fergħa ġdida, deskrizzjoni tat-tip ta’ attivitajiet kummerċjali li l-fergħa l-ġdida mistennija tagħmel, l-isem sħiħ tagħha u l-indirizz u l-iskeda ta’ żmien għall-istabbiliment tagħha;

(e)

jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tippjana li twettaq kwalunkwe servizz anċillari, deskrizzjoni tas-servizzi l-ġodda u l-iskeda ta’ żmien għall-bidu tagħhom;

(f)

l-introjtu ġġenerat matul l-aħħar tliet snin mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-klassifikazzjonijiet u s-servizzi anċillari bħala proporzjon tal-introjtu totali, ippreżentat fuq bażi ta’ sena finanzjarja;

(g)

jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha fergħa waħda jew aktar, l-introjtu ġġenerat matul l-aħħar tliet snin minn kull fergħa bħala proporzjon tal-introjtu totali, ippreżentat fuq bażi ta’ sena finanzjarja.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS ukoll bl-informazzjoni li ġejja rigward il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li toħroġ jew li tipproponi li toħroġ:

(a)

il-klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu;

(b)

in-nomenklaturi tal-klassifikazzjoni użati għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

(c)

id-definizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ klassifikazzjoni u statuses użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(d)

dettalji dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tipproduċix klassifikazzjonijiet mitluba jew mhux mitluba jew it-tnejn;

(e)

għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni, l-għadd ta’ snin ta’ esperjenza li għandha fil-produzzjoni ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet;

(f)

għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-proporzjoni attwali jew mistenni ta’ klassifikazzjonijiet pubbliċi jew klassifikazzjonijiet privati.

4.   L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tindika jekk bħalissa għandhiex jew hijiex mistennija li tapplika għal status ta’ Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) fi Stat Membru wieħed jew aktar u jekk inhu hekk għandha tidentifika l-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 27

Rekwiżiti ġenerali għall-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-applikazzjoni tagħha tikkonforma mal-Artikoli 2 sa 6 rigward il-format tal-applikazzjoni tagħha, l-attestazzjoni tal-preċiżjoni tagħha, il-klassi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-għadd ta’ impjegati u l-politiki u l-proċeduri pprovduti lill-AETS.

TAQSIMA 2

Importanza sistemika

Artikolu 28

Importanza sistemika

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni stipulata fl-Anness XII dwar l-importanza sistemika tal-klassifikazzjonijiet u l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-integrità tas-swieq finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar.

KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.


ANNESS I

REFERENZI TAD-DOKUMENT

(Artikolu 2)

Artikolu jew Anness għal dan ir-Regolament

Numru ta’ referenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

It-titolu tad-dokument

Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn l-informazzjoni hija pprovduta jew raġuni għalfejn l-informazzjoni mhix ipprovduta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

INFORMAZZJONI ĠENERALI

(Artikolu 7)

1.

Isem sħiħ

2.

Pajjiż ta’ stabbiliment

3.

Indirizz tal-uffiċċju reġistrat

4.

Status legali

5.

Fir-rigward tal-persuna/i ta’ kuntatt għall-finijiet tal-applikazzjoni:

(a)

isem;

(b)

titolu;

(c)

indirizz;

(d)

indirizz elettroniku;

(e)

numru tat-telefown.

6.

Fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Konformità

(a)

isem;

(b)

titolu;

(c)

indirizz;

(d)

indirizz elettroniku;

(e)

numru tat-telefown.

7.

Deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li tagħmel l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inklużi servizzi anċillari, u jekk għandha fergħa waħda jew iktar jew sussidjarji, in-negozju li tkun għamlet kull fergħa jew sussidjarja.

8.

Identifikazzjoni tal-klassi ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu skont il-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 5 li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tapplika biex tkun reġistrata għalihom.

9.

Identifikazzjoni tas-swieq regolati fejn hija elenkata l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jekk applikabbli.

10.

Rapporti finanzjarji:

(a)

indikazzjoni dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hijiex entità awditjata;

(b)

jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija awditjata, isem tal-awditur estern u n-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali tal-awditur estern;

(c)

id-data tat-tmiem tas-sena finanzjarja.

11.

L-għadd ta’ impjegati (minbarra impjegati fil-fergħat) fid-data tal-applikazzjoni u fi tmiem kull waħda mit-tliet snin finanzjarji l-iktar riċenti, irrapportati fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

impjegati temporanji;

(b)

impjegati permanenti b’inqas minn ħames snin servizz;

(c)

impjegati permanenti b’ħames snin servizz jew aktar.

12.

Jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha fergħat, fir-rigward ta’ kull waħda mill-fergħat:

(a)

isem sħiħ;

(b)

stat legali;

(c)

indirizz; kif ukoll

(d)

l-għadd ta’ impjegati temporanji jew tal-impjegati permanenti.

13.

Lista ta’ pajjiżi li minnhom l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-intenzjoni li taprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.


ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPREŻENTATA GĦALL-ISTRUTTURA TAS-SJIEDA

(Artikolu 8)

1.

Identifikazzjoni tas-sidien tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 8(1) bil-livell ta’ dettall li ġej:

Sid

Perċentwal mill-kapital

Natura tal-holding: Dirett jew indirett

Perċentwal tad-drittijiet tal-vot

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tas-sidien tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 8(1):

Sid

Attivitajiet kummerċjali

3.

Identifikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tal-kumpaniji li għandhom interess fihom is-sidien imsemmija fl-Artikolu 8(1) skont l-Artikolu 8(2):

Sid

Kumpaniji li fihom is-sid għandu interess skont l-Artikolu 8(2)

Attivitajiet kummerċjali

 

 

 

4.

Identifikazzjoni tas-sidien tal-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 8(3):

Sid

Perċentwal mill-kapital

Natura tal-holding: Dirett jew indirett

Perċentwal tad-drittijiet tal-vot

Natura tal-holding: Dirett jew indirett

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS IV

STRUTTURA ORGANIZZATTIVA

(Artikolu 11)

1.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja rigward il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 11(1):

(a)

deskrizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impjegati;

(b)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li jimmonitorjaw l-effettività tal-politika jew il-proċedura;

(c)

l-għadd ta’ impjegati, il-proporzjon ta’ impjegati temporanji għal dawk permanenti;

(d)

informazzjoni dwar il-linji ta’ rapportar u l-frekwenza tar-rapportar; kif ukoll

(e)

deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn il-funzjoni rilevanti u l-impjegati direttament involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u bejn dik il-funzjoni u kwalunkwe funzjoni oħra.

2.

Meta l-arranġamenti msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Anness jitwettqu fil-livell ta’ grupp ta’ impriżi, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tal-ftehimiet tal-livell ta’ servizz rilevanti li tkun daħlet fihom jew li tippropponi li tidħol fihom, ma’ membri oħra tal-grupp u bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-kompiti rilevanti mwettqa minn kull grupp ta’ impriżi inklużi impriżi li jinsabu f’pajjiżi terzi;

(b)

identifikazzjoni ċara tal-impriża involuta fit-twettiq tal-kompitu u speċifikazzjoni tal-lokalità tagħha;

(c)

informazzjoni dwar il-linji tar-rapportar u l-frekwenza tar-rapportar ta’ kull entità involuta u dwar il-mod kif tinġbara l-informazzjoni minn kull entità; kif ukoll

(d)

informazzjoni dwar kwalunkwe riżors iddedikat fl-Unjoni. Fil-każ tar-riżorsi umani, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispeċifika l-ħin iddedikat għal din il-funzjoni abbażi ta’ ekwivalenza ta’ xogħol full-time.

3.

Fir-rigward tal-funzjoni ta’ konformità, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-politiki u l-proċeduri dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni kif deskritt fil-punt 5 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

deskrizzjoni dwar kif tiżgura l-indipendenza tal-funzjoni tal-konformità;

(c)

l-iktar rapport riċenti tal-uffiċjal tal-konformità;

(d)

pjan ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin.

4.

Fir-rigward tal-funzjoni tal-awditu intern it-twettiq tal-kompiti deskritti fil-punt 10 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

spjegazzjoni ta’ kif il-metodoloġija tal-awditu intern hija żviluppata u applikata f’konformità mal-fatturi speċjali tal-attivitajiet tagħha u l-estent, il-kumplessità u r-riskji tagħhom;

(b)

pjan ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin.


ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPREŻENTATA FIR-RIGWARD TAL-GOVERNANZA KORPORATTIVA

(Artikolu 12)

1.

Identifikazzjoni tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju u kumitati oħra kif stabbilit fl-Artikolu 12(3):

Identifikazzjoni tal-membru

Entità (bord amministrattiv, bord superviżorju, kumitat tal-awditu, kumitat tar-rimunerazzjonijiet, eċċ) u pożizzjoni (President, Viċi President, membru)

Entità ta’ impriżi oħra fejn il-persuna hija membru u l-pożizzjoni

 

 

 

2.

Identifikazzjoni tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju kif stabbilit fl-Artikolu 12(3) u ġustifikazzjoni tal-indipendenza tagħhom jekk huma membri indipendenti u tal-għarfien fid-dettall tagħhom u l-esperjenza f’livell superjuri tas-suq fi strumenti finanzjarji strutturati, fejn l-aġenzija tal-kreditu taplika biex toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta’ strumenti finanzjarji strutturati, skont it-Taqsima A(2) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

Identifikazzjoni tal-membru

Entità (Bord amministrattiv jew superviżorju)

Membru indipendenti (IVA/LE) u jekk IVA, ipprovdi ġustifikazzjoni

Esperjenza fi strumenti finanzjarji strutturati (IVA/LE) jekk IVA, ipprovdi ġustifikazzjoni

 

 

 

 

 

 

3.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS b’kopja tad-dokumenti li ġejjin kif stabbilit fl-Artikolu 12(4):

(a)

l-aħħar tliet settijiet ta’ minuti tal-laqgħat tal-bord amministrattiv u superviżorju;

(b)

l-iktar minuti riċenti tal-laqgħat ta’ kwalukwe kumitat ieħor, bħall-kumitati tar-rimunerazzjoni jew tal-istrateġija; kif ukoll

(c)

l-iktar tliet opinjonijiet jew rapporti riċenti ppreżentati lill-bord amministrattiv jew superviżorju mill-membri indipendenti.


ANNESS VI

AWTODIKJARAZZJONI

(L-Artikolu 15(2))

Fl-awtodikjarazzjoni li għandha tkun ipprovduta skont l-Artikolu 15(2)(b), kull membru tal-maniġment superjuri għandu jiddikjara jekk il-persuna rilevanti taqax taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

kinetx akkużata b’reat kriminali;

(b)

kinetx is-suġġett ta’ jew kinetx innotifikata bi kwalunkwe proċedura ta’ natura dixxiplinarja sottomessa minn entità regolatorja jew ta’ natura kriminali;

(c)

kinetx is-suġġett ta’ kwalunkwe sejba negattiva fi proċeduri ċivili b’konnessjoni mal-provvediment ta’ servizzi finanzjarji, imġiba ħażina, frodi jew l-immaniġġjar ta’ entità legali;

(d)

safejn taf hi kinetx suġġetta għal investigazzjoni eżistenti jew preċedenti minn kwalunkwe awtorità regolatorja jew entità jew aġenzija tal-gvern;

(e)

kinetx involuta f’impriża li r-reġistrazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tagħha kienet irtirata mill-entità regolatorja;

(f)

kinetx miċħuda d-dritt li twettaq attivitajiet li jirrikjedu reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni mill-entità regolatorja;

(g)

kinetx involuta fl-immaniġġjar ta’ impriża li saret insolventi, ġiet illikwidata jew li tpoġġiet taħt amministrazzjoni filwaqt li din il-persuna kellha konnessjoni mal-impriża jew fi żmien sena minn meta l-persuna waqqfet il-konnessjoni mal-impriża;

(h)

kienet involuta f’impriża li kienet investigata jew sosiża minn entità regolatorja u li rriżultat f’azzjoni ta’ infurzar;

(i)

kienet investigata, sospiża jew sanzjonata minn entità regolatorja;

(j)

kienet skwalifikata milli taġixxi bħala direttur, skwalifikata milli taġixxi fi kwalunkwe kapaċità maniġerjali, kienet imkeċċija mill-impjieg jew kariga oħra f’impriża bħala konsegwenza ta’ allegazzjonijiet ta’ imġiba ħażina jew prattika ħażina.


ANNESS VII

ĦRUĠ U REVIŻJONI TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TAL-KREDITU

(Artikoli 16, 17 u 18)

1.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 16(2)(a) dwar l-iżvilupp, il-validazzjoni u r-reviżjoni tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tas-CRA għandha tinkludi:

(a)

ir-responsabbiltajiet u l-proċess għall-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni inklużi dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni u l-proċeduri għall-għażla tal-membri;

(b)

ir-responsabbiltajiet u l-proċess għall-metodoloġija tal-klassifikazzjoni, inkluż:

(i)

il-verifika u l-validazzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni;

(ii)

il-validazzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni abbażi ta’ dejta storika, inkluż kif inhuma kkunsidrati r-riżultati tal-ittestjar retrospettiv. Barra minn hekk, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinkludi wkoll ir-riżultati ta’ din il-validazzjoni/ittestjar retrospettiv tal-aħħar tliet snin fejn id-dejta kwantitattiva hija disponibbli;

(iii)

ir-rapportar tal-eżitu tar-reviżjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni; kif ukoll

(iv)

l-implimentazzjoni ta’ bidla fil-metodoloġija, il-mudell jew is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni.

2.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) dwar il-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tinkludi:

(a)

is-sekwenza tal-passi segwiti għall-produzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet; il-proċess għal reviżjoni tad-dokumentazzjoni tal-emittent tat-t-titoli li se jiġu kklassifikati. Dan għandu jinkludi kwalunkwe bażi ta’ referenza użat biex tkun faċilitata r-reviżjoni;

(b)

valutazzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni minimi biex tinbeda jew tkun miżmuma klassifikazzjoni, inklużi kemm informazzjoni pubblika kif ukoll mhux pubblika;

(c)

il-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu, inkluż l-involviment tal-emittent/arranġatur/investitur/min jagħti servizz f’dan il-proċess;

(d)

il-proċess għall-kollazzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tal-informazzjoni użata għad-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni, fejn applikabbli, affidabbiltà fuq analiżi minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew partijiet terzi oħra;

(e)

ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-analisti tal-klassifikazzjoni kif ukoll il-proċess u l-proċeduri għall-għażla tagħhom għal titoli speċifiċi;

(f)

il-proċess tal-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, inkluża l-identifikazzjoni tar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet kif ukoll il-proċess u l-proċeduri għall-għażla tagħhom;

(g)

meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun stabbilixxiet kumitati tal-klassifikazzjoni, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-presidenti tal-kumitati tal-klassifikazzjoni, kif ukoll il-ħiliet meħtieġa u l-proċess u l-proċeduri għan-nomina tagħhom; u

(h)

il-kwalifiki minimi tal-persuni involuti fid-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni.

3.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17(1)(e) dwar id-divulgazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ klassifikazzjonijiet għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

il-proċess għan-notifika tal-entità tal-klassifikazzjoni tal-motivi ewlenin li fuqhom hija bbażata l-klassifikazzjoni għall-inqas 12-il siegħa qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

proċess ta’ appell tal-klassifikazzjoni, jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu implimentatu; kif ukoll

(c)

il-proċessi li jiddeterminaw liema elementi ewlenin sosttostanti għall-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu inklużi fl-istqarrija jew ir-rapporti għall-istampa.

4.

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 18(a) dwar il-monitoraġġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tinkludi:

(a)

il-proċess ta’ monitoraġġ, inklużi r-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ kumitati ta’ klassifikazzjoni, fejn applikabbli u deskrizzjoni tal-proċessi tal-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni;

(b)

ir-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ analisti ta’ klassifikazzjoni;

(c)

il-proċess għall-ġbir, l-analiżi u l-valutazzjoni tal-informazzjoni wżata għall-monitoraġġ ta’ klassifikazzjoni, inkluż fejn applikabbli, affidabbiltà fuq analiżi minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew partijiet terzi oħra;

(d)

il-proċess, inkluża l-analiżi tal-fatturi kkunsidrati, u r-responsabbiltajiet għad-deċiżjoni meta klassifikazzjoni għandha tkun formalment riveduta, inklużi azzjonijiet ta’ klassifikazzjoni;

(e)

il-proċess u r-responsabbiltajiet sabiex jiġi deċiż meta klassifikazzjoni għandha tkun sospiża jew irtirata formalment;

(f)

il-proċessi u l-kontrolli fir-rigward ta’ reviżjonijiet tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu rikjesti mill-paragrafi (a) sa (c) tal-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; kif ukoll

(g)

il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-involviment tal-emittent jew tal-arranġatur fil-proċess.


ANNESS VIII

INDIPENDENZA U EVITAR TA’ KONFLITTI TA’ INTERESS

(Artikolu 20)

L-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 20(1) dwar l-identifikazzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni ta’ konflitti ta’ interess u r-regoli dwar analisti tal-klassifikazzjoni u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikopru:

(a)

L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, id-divulgazzjoni u l-mitiġazzjoni ta’ konflitti ta’ interess li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet ta’ krediti jew il-provvediment ta’ servizzi anċillari kif stipulat fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

is-segregazzjoni mill-proċess ta’ klassifikazzjoni ta’ diskussjonijiet relatati ma’ tariffi mħallsa mill-entitajiet ikklassifikati u partijiet terzi relatati kif stipulat fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(c)

id-determinazzjoni tat-tariffi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal entitajiet ikklassifikati u għal partijiet terzi relatati; il-kontroll tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba minn jew maqsuma mal-entitajiet ikklassifikati kollha, partijiet terzi relatati u individwi rilevanti oħra, kif rikjest mill-punt 3 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(d)

ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 2 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 rigward il-kummerċ ta’ titoli kklassifikati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew li huma titoli li jippreżentaw obbligi ta’ entità kklassifikata minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li tinkludi informazzjoni dwar kif aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tidentifika, għal kull klassifikazzjoni tal-kreditu pendenti, l-impjegati involuti fil-proċess tal-klassifikazzjoni fi kwalunkwe livell jew funzjoni;

(e)

ir-rekwiżit stabbilit fil-punt 4 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ flus, rigali jew favuri; kif ukoll

(f)

ir-regoli dwar it-terminazzjoni tal-impjieg ta’ analist tal-klassifikazzjoni stabbiliti fil-punti 6 u 7 tat-Taqsima C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.


ANNESS IX

PROGRAMM TA’ OPERAZZJONIJIET

(Artikolu 23)

Kunċett tan-negozju/Żvilupp tan-negozju

1.

L-informazzjoni li ġejja tirrigwarda l-attivitajiet tan-negozju tas-CRA;

(a)

deskrizzjoni tal-ambjent makroekonomiku li fih l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija mistennija li topera;

(b)

indikazzjoni ta’ pjanijiet futuri għall-istabbiliment ta’ sussidjarji jew fergħat u l-lokalità tagħhom; kif ukoll

(c)

deskrizzjoni ta’ attivitajiet ta’ negozju li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tippjana li twettaq fejn tispeċifika l-attivitajiet ta’ sussidjarji jew fergħat. L-informazzjoni għandha tinkludi klassijiet ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu, klijenti potenzjali u attivitajiet mhux ta’ klassifikazzjoni.

Klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

2.

L-informazzjoni li ġejja dwar il-klassi ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu:

(a)

dettalji dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tipproduċix klassifikazzjonijiet mitluba jew mhux mitluba jew it-tnejn;

(b)

għal kull klassi ta’ klassifikazzjoni ppjanat li se tinħareġ mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, stima dwar il-proporzjon ta’ klassifikazzjonijiet pubbliċi u klassifikazzjonijiet privati;

(c)

l-għadd ta’ klassifikazzjonijiet pubbliċi/sovrani;

(d)

l-għadd u l-volum (f’biljuni ta’ euro) ta’ klassifikazzjonijiet ta’ finanzjament strutturat;

(e)

l-għadd u l-volum (f’biljuni ta’ euro) ta’ klassifikazzjonijiet korporattivi bid-dettall li ġej: istituzzjonijiet finanzjarji, assigurazzjoni u emittenti korporattivi; kif ukoll

(f)

l-għadd medju ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu prodotti jew immonitorjati minn kull impjegat ippreżentat skont il-klassi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Pjan finanzjarju

3.

Projezzjonijiet għal:

(a)

karta ta’ bilanċ; kif ukoll

(b)

rapport tal-introjtu.

4.

L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissepara l-introjti tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni mis-servizzi anċillari fil-projezzjonijiet għall-introjti. Jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha, jew qed tippjana li tistabbilixxi fergħat, l-introjtu minn kull fergħa għandu jkun indikat.

Governanza korporattiva

5.

Għadd ta’ membri tal-entitajiet li ġejjin:

(a)

bord amministrattiv u superviżorju; kif ukoll

(b)

membri indipendenti tal-bord amministrattiv u superviżorju.

Esternalizzazzjoni

6.

Deskrizzjoni tal-attivitajiet ippjanati li jkunu esternalizzati u l-identifikazzjoni tal-entitajiet li l-attivitajiet huma ppjanati li jkunu esternalizzati għandhom u spjega tal-motivi għall-esternalizzazzjoni. Jekk kwalunkwe attività tkun esternalizzata minn fergħa, dan għandu jkun indikat.

Riżorsi Umani/Persunal

7.

Għadd ta’ impjegati permanenti u temporanji li jaħdmu għall-funzjonijiet li ġejjin u l-ġerarkija tagħhom:

(a)

maniġment superjuri minbarra membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju u persuni maħtura biex imexxu l-fergħat;

(b)

il-funzjoni ta’ awditjar;

(c)

mekkaniżmu ta’ kontroll intern;

(d)

funzjoni tal-konformità; kif ukoll

(e)

funzjoni ta’ reviżjoni.

8.

L-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-għadd ta’ impjegati għal kull funzjoni/dipartiment;

(b)

l-għadd ta’ impjegati temporanji u l-għadd ta’ impjegati permanenti li għandhom kuntratt mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u involuti fin-negozju tal-klassifikazzjoni;

(c)

l-għadd ta’ impjegati temporanji u l-għadd ta’ impjegati permanenti li għandhom kuntratt mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u involuti fis-servizzi anċillari;

(d)

l-għadd ta’ impjegati li japprovaw il-klassifikazzjonijiet, bħal presidenti ta’ kumitati, analisti tal-klassifikazzjoni u analisti tal-klassifikazzjoni ewlenin, flimkien ma’ informazzjoni dwar:

(i)

il-ġerarkija jew il-grad;

(ii)

it-tip ta’ analist tal-klassifikazzjoni fejn rilevanti, jekk l-impjegat huwa analista primarju jew ta’ sorveljanza u analista kwalitattiv jew kwantitattiv; kif ukoll

(iii)

l-għadd ta’ snin ta’ esperjenza fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jew industrija tal-klassifikazzjoni fejn disponibbli.


ANNESS X

ŻAMMA TA’ REKORDS, IPPJANAR TAL-KONTINWITÀ TAN-NEGOZJU U SISTEMI TA’ INFORMAZZJONI

(Artikolu 11)

Żamma tar-rekords

1.

Informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri dwar l-obbligi taż-żamma ta’ rekords stipulati fl-Artikolu 8(4) u l-punt 7 tat-Taqsima A u l-punti 7, 8 u 9 tat-Taqsima B tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

(a)

indikazzjoni li fuqha jinżammu r-rekords u għal kemm żmien; kif ukoll

(b)

identifikazzjoni tar-riċevituri ta’ informazzjoni kunfidenzjali għal kull klassifikazzjoni maħruġa.

Kontinwità u regolarità tal-attivitajiet

2.

Informazzjoni dwar il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif stabbilit fil-punt 8 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, inkluż:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri li jiżguraw kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluża informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom għal fornituri ta’ servizzi li lilhom ġew esternalizzati attivitajiet;

(b)

it-tipi ta’ testijiet ta’ ppjanar tal-kontinwità tan-negozju mistennija li jsiru; kif ukoll

(c)

il-frekwenza tat-testijiet.

Sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni

3.

Informazzjoni rigward sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni kif stipulat fil-punt 8 tat-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, inkluż:

(a)

l-identità tal-maniġer superjuri responsabbli għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni;

(b)

deskrizzjoni tas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni inkluża kwalunkwe sistema ta’ back-up; kif ukoll

(c)

deskrizzjoni tal-kontroll effettiv u tal-arranġamenti ta’ salvagwardja għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni stabbiliti kif ukoll il-mekkaniżmi li jimmonitorjaw l-effettività tagħhom, inklużi dettalji tal-proċeduri stabbiliti biex tkun żgurata separazzjoni effettiva bejn is-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni wżati sabiex jiġu rrappurtati t-tariffi minn dawk aċċessibbli għall-analisti ta’ klassifikazzjoni u li huma wżati biex jiddaħħlu klassifikazzjonijiet u informazzjoni dwar l-entitajiet ikklassifikati jew it-tranżazzjonijiet ikklassifikati.


ANNESS XI

UŻU TA’ APPROVAZZJONI

(Artikolu 24)

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz

1.

L-informazzjoni li ġejja għal kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rilevanti minn pajjiż terz:

(a)

l-isem sħiħ tagħha;

(b)

l-istatus legali tagħha, inkluża silta mir-reġistru kummerċjali jew tal-qorti rilevanti jew forma oħra ta’ evidenza tal-post tal-inkorporazzjoni u l-ambitu tal-attività tan-negozju jew dettalji oħra tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija;

(c)

il-pajjiż ta’ stabbiliment tagħha;

(d)

l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tagħha;

(e)

l-evidenza li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz hija awtorizzata jew reġistrata u hija suġġetta għal superviżjoni fil-ġurisdizzjoni rilevanti;

(f)

il-klassi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija mistennija li taprova; kif ukoll

(g)

l-għadd ta’ analisti li timpjega.

2.

Skeda organizzazzjonali tas-sjieda ta’ kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, is-sussidjarji tagħha, il-fergħat, l-impriża ewlenija u s-sussidjarji kkontrollati mill-impriża ewlenija involuta fil-proċess tal-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet li għalihom hija prevista l-approvazzjoni.

Valutazzjoni tar-reġim regolatorju ta’ pajjiż terz

3.

Fir-rigward ta’ informazzjoni ddettaljata tal-ġurisdizzjoni ta’ kull pajjiż terz rilevanti, analiżi strutturata u motivi għal kull rekwiżit stipulat fl-Artikoli 6 sa 12 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, inkluża kwalunkwe referenza għat-taqsimiet rilevanti tal-liġi/regolament ta’ pajjiż terz.

L-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt ma għandux japplika meta l-AETS tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tar-reġim tal-pajjiż terz huma strinġenti daqs ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Proċeduri li jimmonitorjaw il-kodotta

4.

Deskrizzjoni tal-miżuri stipulati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-approvazzjoni għall-monitoraġġ li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz qed tissodisfa dawn ir-rekwiżiti u għall-monitoraġġ ta’ kwalunkwe tħassib potenzjali identifikat mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-approvazzjoni fir-rigward tal-issodisfar ta’ dawn ir-rekwiżiti.

Motivi oġġettivi

5.

Indikazzjoni ta’ motivi oġġettivi għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu li għandhom jinħarġu f’pajjiż terz.

Leġiżlazzjoni fil-pajjiż terz

6.

Evidenza li awtoritajiet pubbliċi mhumiex intitolati jinterferixxu fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji wżati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-krediti inkorporati f’kull ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz rilevanti.


ANNESS XII

INDIKATURI TA’ IMPORTANZA SISTEMIKA

(Artikolu 28)

1.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bil-volum ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pendenti li tkun ħarġet bid-dettalji stipulati fit-tabella li ġejja. L-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni korporattiva u l-klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi għandha tkun ipprovduta abbażi ta’ għadd ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-informazzjoni dwar klassifikazzjonijiet ta’ finanzjament strutturat għandha tkun ipprovduta abbażi tal-ammont (f’miljuni ta’ euro) ta’ ħruġ tal-istrumenti ta’ finanzjament strutturati.

 

Totali

Klassifikazzjonijiet korporattivi (għadd ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu)

Istituzzjoni finanzjarja inklużi l-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment

 

Impriża tal-assigurazzjoni

 

Emittent korporattiv li mhux meqjus istituzzjoni finanzjarja jew impriża tal-assigurazzjoni

 

Klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi (għadd ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu)

 

Klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati (ammont ta’ ħruġ f’miljuni ta’ euro)

 

2.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-introjti annwali ġġenerati fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea għal dawn l-aħħar 3 snin bil-livell ta’ dettall li ġej:

 

Stat Membru tal-UE 1

Stat Membru tal-UE 2

Stat Membru tal-UE 3

(…)

Pajjiżi oħra li m’humiex fl-UE

Totali

Attivitajiet ta’ klassifikazzjoni

Minn entitajiet ikklassifikati jew partijiet terzi relatati

 

 

 

 

 

 

Minn abbonati

 

 

 

 

 

 

Sorsi oħrajn

 

 

 

 

 

 

Attivitajiet mhux ta’ klassifikazzjoni

 

 

 

 

 

 

Stati Membri għandhom ikunu identifikati individwalment.