16.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 415/2012

tal-15 ta’ Mejju 2012

li jemenda għall-171 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-7 ta' Mejju 2012 u d-9 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talbiet għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dawn l-individwi u r-Rapporti Komprensivi tal-Ombudsperson stabbiliti skont ir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’:

‘Kamal Ben Mohamed Ben Ahmed Darraji (magħruf ukoll bħala Kamel Darraji). Indirizz: Via Varzi 14/A - Busto Arsizio, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: 22.7.1967. Post tat-twelid: Menzel Bouzelfa, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L029899 (passaport Tuneżin maħruġ fl-14.8.1995, li skada fit-13.8.2000). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: (i) DDR KML 67L22 Z352Q, (ii) DRR KLB 67L22 Z352S, (b) Kien residenti fl-Italja minn Diċembru 2009. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.6.2004.’

(2)

‘Ibrahim Abdul Salam Mohamed Boyasseer (magħruf ukoll bħala (a) Abu Al-Banaan, (b) Ibrahim Bouisir, (c) Ibrahim Buisir; (d) Ibrahim Abdul Salem Mohamed Buisir; (e) Ibrahim Buwisir; (f) Ibrhm Buwisir. Indirizz: 20 Hillview Grove, Ballinteer, Dublin 16, l-Irlanda. Data tat-twelid: 1.9.1962. Post tat-twelid: Bengażi, il-Libja. Nazzjonalità: (a) Libjana, (b) Irlandiża. Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 6977094P (in-numru Irlandiż tas-Servizz Pubbliku Personali). Numru tal-passaport: L038300 (passaport Irlandiż maħruġ f’Dublin, l-Irlanda fl-4 ta’ Settembru 2002, li ġie kkanċellat fl-14 ta’ Mejju 2009). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 4.2.2009.’