16.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/12 |
REGOLAMENT (UE) Nru 388/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ April 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (2) jirrikjedi li oġġetti b'użu doppju (inklużi software u teknoloġija) ikunu suġġetti għal kontroll effettiv meta jiġu esportati minn jew fi transitu mill-Unjoni, jew jitwasslu lejn pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta’ senserija pprovduti minn sensar residenti jew stabbilit fl-Unjoni. |
(2) |
Sabiex l-Istati Membri u l-Unjoni jkunu jistgħu jikkonformow mal-impenji internazzjonali tagħhom, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistabbilixxi l-lista komuni ta’ oġġetti b'użu doppju msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, li jimplimenta l-kontrolli tal-użu doppju li dwarhom intlaħaq ftehim internazzjonali. Dawn l-impenji ttieħdu fil-kuntest tal-parteċipazzjoni fi ħdan il-Grupp tal-Awstralja, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika, il-Grupp tal-Fornituri Nukleari, l-Arranġament ta’ Wassenaar u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 jipprovdi għal lista mniżżla fl-Anness I li għandha tiġi aġġornata b'konformità mal-obbligi u l-impenji rilevanti, u kull modifika tagħhom, li l-Istati Membri aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u l-arranġamenti għall-kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti. |
(4) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi emendat biex iqis it-tibdil li ntlaħaq ftehim dwaru fi ħdan il-Grupp tal-Awstralja, il-Grupp tal-Fornituri Nukleari, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika u l-Arranġament ta’ Wassenaar, wara l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
Sabiex ikunu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritajiet għall-kontroll tal-esportazzjoni u l-operaturi, għandha tiġi ppubblikata verżjoni aġġornata u kkonsolidata tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi sostitwit bl-Anness ta’ dan it-test fir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ April 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (ĠU C 7 E, 10.1.2012, p. 28) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-21 ta’ Frar 2012 (ĠU C 107 E, 13.4.2012, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
ANNESS
“ANNESS I
Lista msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament
LISTA TA’ OĠĠETTI B’UŻU DOPPJU
Din il-lista timplimenta kontrolli ta’ oġġetti b’użu doppju maqbula internazzjonalment inkluż l-Arranġament ta’ Wassenaar, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika (MTCR), il-Grupp tal-Fornituri Nukleari (NSG), il-Grupp tal-Awstralja u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC).
WERREJ
Noti
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
Definizzjonijiet
Kategorija 0 |
Materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari |
Kategorija 1 |
Materjali speċjali u tagħmir relatat |
Kategorija 2 |
L-ipproċessar ta’ materjali |
Kategorija 3 |
Elettronika |
Kategorija 4 |
Kompjuters |
Kategorija 5 |
Telekomunikazzjoni u “sigurtà tal-informazzjoni” |
Kategorija 6 |
Sensuri u lasers |
Kategorija 7 |
Navigazzjoni u avjonika |
Kategorija 8 |
Materjal navali |
Kategorija 9 |
Aerospazju u propulsjoni |
NOTI ĠENERALI GĦALL-ANNESS I
1. |
Għall-kontroll ta’ oġġetti li huma ddisinjati jew modifikati għal użu militari, ara l-lista/i rilevanti ta’ kontrolli tal-merkanzija militari miżmuma mill-Istati Membri individwali. Referenzi f’dan l-Anness li jiddikjaraw “ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI” jirreferu għall-istess listi. |
2. |
L-għan tal-kontrolli msemmija f’dan l-Anness m’għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta’ oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.
|
3. |
L-oġġetti speċifikati f’dan l-Anness jinkludu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati. |
4. |
F’ċerti każijiet sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għas-sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew in-numru CAS. In-numri CAS qed jingħataw biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ sustanza kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi peress li xi forom tas-sustanza kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li fihom sustanza kimika elenkata jista’ wkoll ikollhom numri CAS differenti. |
NOTA DWAR IT-TEKNOLOĠIJA NUKLEARI (NTN)
(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategorija 0.)
It-“teknoloġija” direttament assoċjata ma’ kwalunkwe oġġett ikkontrollat fil-Kategorija 0 hi kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategorija 0.
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa’ taħt kontroll anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
L-approvazzjoni ta’ oġġetti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tat-“teknoloġija” minima meħtieġa għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-oġġetti.
Kontrolli fuq trasferiment ta’ “teknoloġija” ma japplikawx għal informazzjoni “fl-isfera pubblika” jew għal “riċerka xjentifika bażika”.
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (GTN)
(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategoriji 1 sa 9.)
L-esportazzjoni tat-“teknoloġija” li hi “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti kkontrollati fil-Kategoriji 1 sa 9, hi kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji 1 sa 9.
“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa’ taħt kontroll anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-“teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.
NB: |
Dan ma jirrilaxxax tali “teknoloġija” speċifikata f’1E002.e., 1E002.f., 8E002.a. u 8E002.b. |
Kontrolli fuq trasferiment ta’ “teknoloġija” ma japplikawx għal informazzjoni “fl-isfera pubblika”, għal “riċerka xjentifika bażika” jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet għal privattivi.
NOTA ĠENERALI DWAR IS-SOFTWARE (GSN)
(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-taqsima D tal-Kategoriji 0 sa 9.)
Il-Kategoriji 0 sa 9 ta’ din il-lista ma jikkontrollawx “software” li hu jew:
a. |
Ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jkun:
|
b. |
“Fl-isfera pubblika”. |
AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI F’DAN L-ANNESS
Akronimu jew abbrevjazzjoni, meta użat bħala terminu definit, jinstab f’ ‘Definizzjonijiet ta’ Termini użati f’dan l-Anness’.
Akronimu jew abbrevjazzjoni |
Tifsira |
ABEC |
Kumitat tal-Inġiniera tad-Direzzjoni Annulari |
AGMA |
Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Amerikani tal-Ingranaġġi |
AHRS |
sistema ta’ referenza ta’ attitudni u direzzjoni |
AISI |
Istitut Amerikan tal-Ħadid u l-Azzar |
ALU |
unità loġika aritmetika |
ANSI |
Istitut tal-Istandards Nazzjonali Amerikan |
ASTM |
is-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali |
ATC |
kontroll tat-traffiku tal-ajru |
AVLIS |
separazzjoni iżotopika ta’ fwar atomiku bil-laser |
CAD |
disinn megħjun mill-kompjuter |
CAS |
Servizz tal-Astratti tal-Kimiċi |
CCITT |
Kumitat Konsultattiv Internazzjonali tat-Telegrafu u t-Telefonija |
CDU |
unità ta’ kontroll u viżwalizzazzjoni |
CEP |
żball ċirkolari probabbli |
CNTD |
depożitu termiku b’nukleazzjoni kontrollata |
CRISLA |
reazzjoni kimika permezz ta’ attivazzjoni iżotopika selettiva bil-laser |
CVD |
depożizzjoni ta’ sustanza kimika mill-fwar |
CW |
gwerra kimika |
CW (għal-lasers) |
mewġa kontinwa |
DME |
tagħmir li jkejjel id-distanza |
DS |
direzzjonalment solidifikat |
EB-PVD |
depożitu fiżiku f’fażi ta’ fwar permezz ta’ raġġ elettroniku |
EBU |
European Broadcasting Union |
ECM |
immaxinjar elettrokimiku |
ECR |
riżonanza elettroċiklotrun |
EDM |
magni ta’ skariku elettriku |
EEPROMS |
memorja li tinqara biss programmabbli u li titħassar elettrikament |
EIA |
Assoċjazzjoni tal-Industriji Elettroniċi |
EMC |
kompatibbiltà elettromanjetika |
ETSI |
Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni |
FFT |
trasformat Fourier rapidu (Fast Fourier Transform) |
GLONASS |
sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita |
GPS |
sistema ta’ pożizzjonar globali |
HBT |
transisters etero-bipolari |
HDDR |
irrekordjar diġitali b’densità għolja |
HEMT |
transisters b’mobbiltà għolja tal-elettroni |
ICAO |
Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili |
IEC |
Kummissjoni Internazzjonali Elettro-teknika |
IEEE |
Istitut tal-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi |
IFOV |
kamp tal-viżjoni istantanju |
ILS |
sistema ta’ nżul bi strument |
IRIG |
inter-range instrumentation group |
ISA |
atmosfera standard internazzjonali |
ISAR |
radar b’apertura sintetika bil-maqlub |
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
ITU |
Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni |
JIS |
Japanese Industrial Standard |
JT |
Joule-Thomson |
LIDAR |
rilevament u kejl tad-distanza bid-dawl |
LRU |
unità rimpjazzabbli fil-post |
MAC |
kodiċi ta’ awtentikar tal-messaġġ |
Mach |
proporzjon tal-veloċità ta’ oġġett mal-veloċità tal-ħoss (imsemmi għal Ernst Mach) |
MLIS |
separazzjoni iżotopika molekulari bil-laser |
MLS |
sistemi ta’ nżul bil-microwave |
MOCVD |
depożizzjoni bi fwar kimiku ta’ sustanza organo-metallika |
MRI |
immaġini b’riżonanza manjetika |
MTBF |
ħin medju bejn il-ħsarat |
Mtops |
miljun operazzjoni teoretika kull sekonda |
MTTF |
ħin medju qabel il-ħsara |
NBC |
Nukleari, Bijoloġiku u Kimiku |
NDT |
test mhux distruttiv |
PAR |
radar ta’ approċċ ta’ preċiżjoni |
PIN |
numru ta’ identifikazzjoni personali |
ppm |
partijiet kull miljun |
PSD |
densità spettrali tal-qawwa |
QAM |
quadrature-amplitude-modulation |
RF |
frekwenza tar-radju |
SACMA |
Suppliers of Advanced Composite Materials Association |
SAR |
radar b’apertura sintetika |
SC |
monokristall |
SLAR |
radar laterali fl-ajru |
SMPTE |
Society of Motion Picture and Television Engineers |
SRA |
assemblaġġ rimpjazzabbli fil-laboratorju |
SRAM |
memorja statika ta’ aċċess każwali |
SRM |
Metodi Rakkomandati mill-SACMA |
SSB |
faxxa laterali unika |
SSR |
radar sekondarju ta’ sorveljanza |
TCSEC |
kriterji ta’ evalwazzjoni għal sistema ta’ kompjuter fdata |
TIR |
qari totali indikat |
UV |
ultravjola |
UTS |
limitu tar-reżistenza għat-tensjoni |
VOR |
firxa omni-direzzjonali ta’ frekwenza għolja ħafna |
YAG |
granata tal-aluminju/l-ittriju |
DEFINIZZJONIJIET TAT-TERMINI UŻATI F’DAN L-ANNESS
Definizzjonijiet ta’ termini bejn ‘virgoletti singoli’ jingħataw f’Nota Teknika mal-punt rilevanti.
Definizzjonijiet ta’ termini bejn “virgoletti doppji” huma kif ġej:
NB: |
Referenzi għall-kategorija jingħataw fil-parentesi wara t-terminu ddefinit. |
“Adattat għal użu fil-gwerra” (1) tfisser kwalunkwe modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purezza, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) iddisinjati sabiex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta’ ferimenti ta’ bnedmin jew annimali, fid-degradazzjoni ta’ tagħmir jew fil-ħsara lill-għelejjel jew lill-ambjent.
“Aġent ta’ kontroll ta’ rvellijiet” (1) tfisser sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennija ta’ użu għall-finijiet ta’ kontroll ta’ rvellijiet, jipproduċu rapidament fin-nies irritazzjoni sensorja jew effetti fiżiċi li jinkapaċitaw u li jispiċċaw fi żmien qasir wara li jintemm l-esponiment.
Nota Teknika
Gassijiet tad-dmugħ jaqgħu taħt “aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet”.
“Aġilità tal-frekwenza tar-radar” (6) tfisser kwalunkwe teknika li tibdel, f’sekwenza psewdokażwali, il-frekwenza tat-trasportatur ta’ trażmettitur radar tal-impuls bejn l-impulsi jew bejn gruppi ta’ impulsi b’ammont ugwali jew ikbar mill-faxxa tal-frekwenza tal-impuls.
“Algoritmu asimmetriku” (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċwievet differenti, matematikament relatati għall-kodifikazzjoni u d-deċifrar.
NB: |
Użu komuni ta’ “algoritmi asimmetriċi” hu amministrazzjoni taċ-ċwievet. |
“Algoritmu simmetriku” (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċavetta identika għall-kodifikazzjoni kif ukoll għad-deċifrar.
NB: |
Użu komuni ta’ “algoritmi simmetriċi” hija l-kunfidenzjalità tad-data. |
“Allokati mill-ITU” (3 5) tfisser l-allokazzjoni ta’ faxex ta’ frekwenza skont l-edizzjoni attwali tar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU għal servizzi primarji, permessi u sekondarji.
NB: |
Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi mhumiex inklużi. |
“Amplifikazzjoni ottika” (5), fil-komunikazzjoni ottika, tfisser teknika ta’ amplifikazzjoni li tintroduċi ksib ta’ sinjali ottiċi li jkunu ġew iġġenerati minn sors ottiku separat, mingħajr konverżjoni f’sinjali elettriċi, jiġifieri bl-użu ta’ ampifikaturi ottiċi semikondutturi, amplifikaturi luminixxenti tal-fibra ottika.
“Analizzaturi dinamiċi tas-sinjali” (3) tfisser “analizzaturi tas-sinjali” li jużaw teknika diġitali ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ trasformazzjoni sabiex juru viżwali ta’ spettru Fourier tal-forma tal-mewġa partikolari inkluża informazzjoni dwar l-amplitudni u l-fażi.
NB: |
Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi mhumiex inklużi. |
“Analizzaturi tas-sinjal” (3) tfisser tagħmir li kapaċi jkejjel u juri l-karatteristiċi bażiċi tal-komponenti ta’ frekwenza unika ta’ sinjali b’ħafna frekwenzi.
“Antenna b’arranġament f’fażijiet, orjentabbli elettronikament” (5 6) tfisser antenna li tifforma raġġ permezz ta’ fażi li takkoppja, jiġifieri, id-direzzjoni tar-raġġ huwa kkontrollat mill-koeffiċjenti ta’ eċċitazzjoni kumplessi tal-elementi li jirradjaw u d-direzzjoni ta’ dak ir-raġġ tista’ tvarja fl-ażimut jew fl-elevazzjoni, jew fi tnejn, bl-applikazzjoni, kemm fit-trasmissjoni u r-riċeviment, ta’ sinjal elettroniku.
“APP” (4) hu ekwivalenti għal “L-Ogħla Rendiment Aġġustat”.
“Arranġament tas-sensur ottiku għall-kontroll tat-titjir” (5) huwa netwerk ta’ sensuri ottiċi distribwiti, li jużaw raġġi tal-“laser”, sabiex jipprovdi data dwar il-kontroll tat-titjir fi żmien reali għall-ipproċessar abbord.
“Assemblaġġ elettroniku” (2 3 4 5) tfisser numru ta’ komponenti elettroniċi (jiġifieri, ‘elementi ta’ ċirkwiti’, ‘komponenti diskreti’, ċirkwiti integrati, eċċ.) konnessi flimkien sabiex jagħmlu (a) funzjoni(jiet) speċifika (speċifiċi), sostitwibbli bħala entità u normalment jistgħu jiġu żmuntati.
NB 1: |
‘Element ta’ ċirkwit’: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ. |
NB 2: |
‘Komponent diskret’: ‘element ta’ ċirkwit’ ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess. |
“Atomizzazzjoni ċirkolari” (1) tfisser proċess sabiex tiċċekken nixxiegħa jew għadira ta’ metall imdewweb f’taqtir żgħir ta’ dijametru ta’ 500 mikrometru jew inqas b’forza ċentrifugali.
“Atomizzazzjoni f’vakwu” (1) tfisser proċess sabiex tiċċekken nixxiegħa ta’ metall imdewweb fi qtar żgħir ta’ dijametru ta’ 500 mikrometru jew inqas bl-evoluzzjoni rapida ta’ gass maħlul mal-espożizzjoni f’vakwu.
“Atomizzazzjoni tal-gass” (1) tfisser proċess sabiex tnaqqas il-fluss ta’ liegi tal-metall mdewweb għal qtar ta’ dijametru ta’ 500 mikrometru jew inqas bi fluss ta’ pressjoni għolja ta’ gass.
“Attivazzjoni kriptografika” (5) tfisser kwalunkwe teknika li tattiva jew tħaddem il-kapaċità kriptografika, permezz ta’ mekkaniżmu sigur li jiġi implimentat mill-manifattur tal-oġġett u li huwa marbut unikament mal-oġġett jew mal-klijent li tkun qed tiġi attivata jew titħaddem għalih il-kapaċità kriptografika (pereżempju ċavetta tal-liċenzja bbażata fuq numru tas-serje jew strument ta’ awtentikazzjoni bħal ċertifikat iffirmat diġitalment).
Nota Teknika
Tekniki u mekkaniżmi tal-“attivazzjoni kriptografika” jistgħu jiġu implimentati bħala hardware, “software” jew “teknoloġija”.
“Camming” (2) tfisser iċ-ċaqliq tal-assi f’rotazzjoni waħda tal-fus prinċipali mkejjel f’ajruplan b’mod perpendikulari mal-wiċċ tal-fus, f’punt qrib iċ-ċirkonferenza tal-wiċċ tal-fus (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.63).
“CEP” (ċirku ta’ probabbiltà ugwali) (7) huwa kejl tal-preċiżjoni, ir-raġġ taċ-ċirku ċċentrat fuq il-bersall, f’distanza speċifika, fejn jimpattaw 50 % tal-kariki splussivi.
“Ċellola tal-karburant” (8) hija apparat elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament għal elettriku b’kurrent dirett (DC) billi jikkonsma karburant minn sors estern.
“Ċirkuwiti integrati tat-tip tal-pellikola” (3) tfisser arranġament ta’ ‘elementi ta’ ċirkwit’ u interkonnessjonijiet metalliċi ffurmati minn depożitu ta’ pellikola ħoxna jew irqiqa fuq “sottostrat” ta’ iżolazzjoni.
NB: |
‘Element ta’ ċirkwit’ huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ. |
“Ċirkwit integrat b’ħafna ċippi” (3) tfisser żewġ “ċirkwiti integrati monolitiċi” jew iktar magħquda ma’ “sottostrat” komuni.
“Ċirkwit integrat ibridu” (3) tfisser kwalunkwe kombinazzjoni ta’ ċirkwit(i) integrat(i), jew ċirkwit integrat b’ ‘elementi ta’ ċirkwit’ jew ‘komponenti diskreti’ konnessi flimkien sabiex iwettqu funzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi, u li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Ikollhom mill-inqas tagħmir wieħed mhux inkapsulat; |
b. |
Konnessi flimkien bl-użu ta’ metodi tipiċi ta’ produzzjoni ta’ ċirkwiti integrati; |
c. |
Sostitwibbli bħala entità; u |
d. |
Normalment ma jistgħux jiġu żmuntati. |
NB 1: |
‘Element ta’ ċirkwit’: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ. |
NB 2: |
‘Komponent diskret’: ‘element ta’ ċirkwit’ ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu. |
“Ċirkwit integrat monolitiku” (3) tfisser kombinazzjoni ta’ ‘elementi ċirkwiti’ attivi jew passivi jew it-tnejn li:
a. |
Huma ffurmati permezz ta’ proċessi ta’ diffużjoni, proċessi ta’ impjantazzjoni jew proċessi ta’ depożizzjoni fi jew fuq biċċa materjal semikonduttur, dik li tissejjaħ ‘ċippa’; |
b. |
Jistgħu jiġu kkunsidrati bħala assoċjati b’mod indivisibbli; u |
c. |
Jesegwixxu l-funzjoni(jiet) ta’ ċirkwit. |
NB: |
‘Element ta’ ċirkwit’ huwa parti funzjonali unika attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapasiter wieħed, eċċ. |
“Ċirkwit integrat ottiku” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat ibridu”, li fih parti waħda jew iktar, iddisinjat sabiex jiffunzjona bħala fotosensur jew fotoemittent jew sabiex jeżegwixxi funzjoni ottika jew elettro-ottika waħda jew aktar.
“Densifikazzjoni iżostatika taħraq” (2) tfisser il-proċess ta’ applikazzjoni ta’ pressjoni waqt l-ikkastjar f’temperaturi li jaqbżu 375 K (102 °C) f’kavità magħluqa ġo diversi tipi ta’ mezzi (gass, likwidu, partiċelli solidi, eċċ.) sabiex tinħoloq forza ugwali fid-direzzjonijiet kollha għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ spazji vojta interni fl-ikkastjar.
“Densità ekwivalenti” (6) tfisser il-massa ta’ ottiku kull unità ta’ erja ottika proġettata fuq il-wiċċ ottiku.
“Densità totali tal-kurrent” (3) tfisser in-numru totali ta’ tidwir tal-ampere fil-bobin (jiġifieri t-total tan-numru ta’ tidwir multiplikat bil-kurrent massimu li jinġarr minn kull dawra) diviż bis-sezzjoni trasversali totali tal-bobin (inklużi l-filamenti superkonduttivi, il-matriċi metallika fejn hemm il-filamenti superkonduttivi, il-materjal inkapsulanti, kanali li jkessħu, eċċ.).
“Devjazzjoni tal-pożizzjonament angolari” (2) tfisser id-differenza massima bejn il-pożizzjonament angolari u l-pożizzjonament angolari attwali, imkejla b’mod preċiż ħafna wara li l-muntaġġ li jżomm l-oġġett ta’ ħidma jkun tneħħa mill-pożizzjonament inizjali tiegħu (ref. VDI/VDE 2617, Abbozz: ‘Imwejjed rotatorji fuq makkinarji li jkejlu l-koordinati’).
“Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku” (3) tfisser il-valur tad-dewmien tal-propagazzjoni li jikkorrispondi għall-bieb bażiku użat f’“ċirkwit integrat monolitiku”. Għal ‘familja’ ta’ “ċirkwiti integrati monolitiċi”, dan jista’ jkun speċifikat jew bħala d-dewmien tal-propagazzjoni għal bieb tipiku fil-‘familja’ partikolari jew bħala d-dewmien tal-propagazzjoni tipiku għal bieb fil-‘familja’ partikolari.
NB 1: |
“Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku” m’għandux ikun konfuż mad-dewmien tad-dħul/ħruġ ta’ “ċirkwit integrat monolitiku” kumpless. |
NB 2: |
‘Familja’ tikkonsisti fiċ-ċirkwiti integrati kollha li għalihom dawn li ġejjin huma applikati skont il-metodoloġija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura tagħhom minbarra l-funzjonijiet rispettivi tagħhom:
|
“Durata tal-impuls” (6) hija d-durata ta’ impuls “laser” imkejla fil-livelli ta’ Wisa’ Sħiħ Nofs Intensità (FWHI).
“Durata tal-laser” (def) tfisser il-ħin li matulu l-“laser” jipproduċi r-radjazzjoni “laser”, li għal-“lasers pulsati” jikkorrispondi għall-ħin li matulu jinħareġ impuls wieħed jew serje ta’ impulsi konsekuttivi.
“Element prinċipali” (4), kif japplika fil-Kategorija 4, huwa “element prinċipali” meta l-valur tas-sostituzzjoni tiegħu jkun iktar minn 35 % tal-valur totali tas-sistema li tagħha huwa element. Il-valur tal-element huwa l-prezz imħallas għall-element mill-fabbrikant tas-sistema, jew mill-integratur tas-sistema. Il-valur totali huwa l-prezz tal-bejgħ normali internazzjonali lil partijiet li m’għandhomx x’jaqsmu fil-punt tal-fabbrikazzjoni jew tal-konsolidazzjoni tal-konsenji.
“Estrazzjoni mit-tidwib” (1) tfisser proċess ta’ ‘solidifikazzjoni rapida’ u estrazzjoni ta’ prodott ta’ liega li qisu żigarella permezz tal-inserzjoni ta’ segment qasir ta’ blokka kiesħa rotanti f’banju ta’ liega tal-metall imdewba.
NB: |
‘Solidifikazzjoni rapida’: solidifikazzjoni ta’ materjal imdewweb b’rati ta’ tkessiħ ogħla minn 1 000 K/s. |
“Faċilitajiet ta’ produzzjoni” (7 9) tfisser “tagħmir tal-produzzjoni” u software iddisinjat apposta għalhekk integrati fi stallazzjonijiet għal “żvilupp” jew għal fażi ta’ “produzzjoni” waħda jew iktar.
“Fattur tal-iskala” (ġiroskopju jew aċċellerometru) (7) tfisser il-proporzjon tal-bidla fil-ħruġ ma’ bidla fid-dħul li hu intenzjonat li jitkejjel. Il-fattur tal-iskala huwa ġeneralment evalwat bħala l-pendil tal-linja dritta li tista’ tiġi adattata bil-metodu tal-inqas kwadrati għad-data ta’ dħul-ħruġ miksuba billi d-dħul jitvarja ċiklikament tul il-medda tad-dħul.
“Faxxa tal-frekwenza f’ħin reali” (3) għal “analizzaturi tas-sinjal dinamiċi” hi l-usa’ medda tal-frekwenza li l-analizzatur jista’ jipproduċi sabiex juri jew jaħżen fil-kwantità mingħajr ma joħloq diskontinwità fl-analiżi tad-data tad-dħul. Għal analizzaturi b’iktar minn kanal wieħed, għandha tintuża l-konfigurazzjoni tal-kanal li jipproduċi l-usa’ “faxxa tal-frekwenza f’ħin reali” sabiex isir il-kalkolu.
“Faxxa tal-frekwenza frazzjonali” (3 5) tfisser il-“Faxxa tal-frekwenza istantanja” diviża bil-frekwenza ċentrali, espressa bħala persentaġġ.
“Faxxa tal-frekwenza istantanja” (3 5 7) tfisser il-faxxa tal-frekwenza li fuqha s-saħħa tal-produzzjoni tibqa’ kostanti b’varjazzjoni ta’ 3 dB mingħajr aġġustament ta’ parametri operattivi oħra.
“Fiss” (5) tfisser li l-algoritmu li jikkowdja jew tal-kompressjoni ma jistax jaċċetta parametri forniti esternament (eż., varjabbli kriptografiċi jew ċwievet) u ma jistax jiġi modifikat mill-utent.
“Fl-isfera pubblika” (GTN NTN GSN), hekk kif tapplika f’dan id-dokument, tfisser “teknoloġija” jew “software” li jkunu saru disponibbli mingħajr restrizzjoni wara d-disseminazzjoni ulterjuri tiegħu (restrizzjonijiet tad-dritt tal-awtur ma jneħħux “teknoloġija” jew “software” milli jkunu “fl-isfera pubblika”).
“Formatura superplastika” (1 2) tfisser proċess ta’ deformazzjoni li juża s-sħana għal metalli li huma normalment karatterizzati b’valuri baxxi ta’ elongazzjoni (inqas minn 20 %) fil-punt li jinqasmu kif determinat f’temperatura ambjentali normali bl-ittestjar konvenzjonali tar-reżistenza għat-tensjoni, sabiex jinkisbu elongazzjonijiet waqt l-ipproċessar li huma mill-inqas id-doppju ta’ dawk il-valuri.
“Fus inklinabbli” (2) tfisser fus li jżomm għodda li jbiddel, waqt il-proċess ta’ mmaxinjar, il-pożizzjonament angolari tal-linja ċentrali tiegħu fir-rigward ta’ xi assi ieħor.
“Fużibbli” (1) tfisser li jista’ jkun inkroċjat jew polimerizzat aktar (imwebbes) bl-użu ta’ sħana, radjazzjoni, katalizzaturi, eċċ., jew li jista’ jinħall mingħajr piroliżi (ħruq sa ma jsir faħam).
“Ġeografikament imxerred” (6) huwa fejn kull post huwa ‘l bogħod mill-oħrajn kollha b’iktar minn 1 500 m fi kwalunkwe direzzjoni. Sensuri mobbli huma dejjem ikkunsidrati “ġeografikament imxerrda”.
“Ġestjoni tal-qawwa” (7) tfisser it-tibdil tal-qawwa trasmessa tas-sinjal tal-altimetru sabiex il-qawwa riċevuta fl-altitudni tal-“inġenju tal-ajru” tkun dejjem fil-minimu neċessarju sabiex tiddetermina l-altitudni.
“Gradjometri manjetiċi” (6) huma strumenti ddisinjati sabiex isibu l-varjazzjoni spazjali tal-kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f’ “manjetometri” u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku.
NB: |
Ara wkoll “gradjometru manjetiku intrinsiku”. |
“Gradjometru manjetiku intrinsiku” (6) hu element uniku ta’ kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom hi miżura ta’ gradjent tal-kamp manjetiku.
NB: |
Għall-iżotopi tal-plutonju u l-uranju-233, il-piż tal-iżotopi fi grammi; |
Għal uranju arrikkit b’1 fil-mija jew aktar fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat bil-kwadrat tal-arrikiment tiegħu espress bħala frazzjon tal-piż f’deċimali;
Għal uranju arrikkit b’anqas minn 1 fil-mija fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammimmultiplikat b’0.0001;
“Gramm effettiv” (0 1) ta’ “materjal fissili speċjali” tfisser:
a. |
Għall-iżotopi tal-plutonju u l-uranju-233, il-piż tal-iżotopi fi grammi; |
b. |
Għal uranju arrikkit b’1 fil-mija jew aktar fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat bil-kwadrat tal-arrikiment tiegħu espress bħala frazzjon tal-piż f’deċimali; |
c. |
Għal uranju arrikkit b’anqas minn 1 fil-mija fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat b’0,0001; |
“Ħażna ewlenija” (4) tfisser il-ħażna primarja għad-data jew għal istruzzjonijiet għal aċċess rapidu minn unità ċentrali ta’ proċessar. Din tikkonsisti fil-ħażna interna ta’ “kompjuter diġitali” u kwalunkwe estensjoni ġerarkika għal dan, bħal ħażna moħbija jew ħażna estiża b’aċċess mhux sekwenzali.
“Ħin sabiex tinbidel il-frekwenza” (3 5) tfisser il-ħin (jiġifieri, dewmien) li jieħu sinjal meta jinbidel minn frekwenza prodotta speċifikata inizjali biex jasal għal jew fi ± 0,05 % ta’ frekwenza prodotta speċifikata finali. Oġġetti li għandhom medda ta’ frekzenza speċifika ta’ inqas minn 0,05 % madwar iċ-ċentru ta’ frekwenza tagħhom huma definiti li mhumiex kapaċi jibdlu l-frekwenza.
“Ħin ta’ ssetiljar” (3) tfisser il-ħin meħtieġ għall-ħruġ sabiex jasal sa nofs bit tal-valur finali meta jkun hemm swiċċjar bejn kwalunkwe żewġ livelli tal-konvertitur.
“Ħjut” (1) huwa mazz ta’ ‘filamenti’ mibrumin.
NB: |
‘Filament’ huwa mazz ta’ “monofilamenti” (tipikament iktar minn 200) irranġati b’mod bejn wieħed u ieħor parallel. |
“Imħallat” (1) tfisser taħlit minn filament għal filament ta’ fibri termoplastiċi u fibri ta’ rinfurzar sabiex tiġi prodotta taħlita ta’ “matriċi” ta’ rinfurzar ta’ fibri f’forma ta’ fibri totali.
“Immunotossina” (1) hija konjugat ta’ antikorp monoklonali speċifiku monoċellulari u “tossina” jew “sotto-unità ta’ tossina”, li b’mod selettiv taffettwa ċ-ċelluli morda.
“Inċertezza tal-kejl” (2) hija l-parametru karatteristiku li jispeċifika f’liema medda madwar il-valur tal-produzzjoni l-valur korrett ta’ kwantità varjabbli miżurabbli jaqa’ f’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Dan jinkludi d-devjazzjonijiet sistematiċi mhux ikkoreġuti, ir-reazzjonijiet mhux ikkoreġuti u d-devjazzjonijiet każwali (ref. ISO 10360-2, jew VDI/VDE 2617).
“Inġenju tal-ajru ċivili” (1 3 4 7) tfisser dawk l-“inġenji tal-ajru” elenkati skont id-deżinjazzjoni f’listi ta’ ċertfikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir ippubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili sabiex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew ta’ negozju.
NB: |
Ara wkoll “inġenju tal-ajru”. |
“Insegwiment awtomatiku tal-bersall” (6) tfisser teknika ta’ proċessar li awtomatikament tiddetermina u tipproduċi valur estrapolat tal-pożizzjoni l-aktar probabbli tal-bersall f’ħin reali.
“Intonabbli” (6) tfisser il-kapaċità ta’ “laser” li jipproduċi ħruġ kontinwu fit-tulijiet ta’ mewġ kollha fuq firxa ta’ diversi transizzjonijiet tal-“laser”. “Laser” bl-għażla tal-linja jipproduċi tulijiet ta’ mewġ diskreti fi transizzjoni ta’ “laser” waħda u ma jitqiesx bħala “intonabbli”.
“Iżolazzjoni” (9) hija applikata lill-komponenti ta’ mutur rokit, jiġifieri l-kaxxa, iż-żennuna, id-dħul, l-għeluq tal-kaxxa, u tinkludi folji kompożiti tal-lastiku kkurati jew semi-kkurati li fihom materjal iżolanti jew refrattorju. Hija tista’ wkoll tkun inkorporata bħala boots jew flaps li jtaffu l-isforz.
“Karenatura tat-tarf” (9) tfisser komponent ta’ ħolqa stazzjonarju (solidu jew issegmentat) imwaħħal mal-wiċċ ta’ ġewwa tal-kejsing tat-turbina tal-magna jew element fit-tarf ta’ barra tax-xafra tat-turbina, li prinċipalment tipprovdi siġill għall-gass bejn il-komponenti stazzjonarji u dawk li jduru.
“Kisja interna” (9) hija adatta għar-rabta bejn il-propellant solidu u l-kaxxa jew il-kisja iżolanti. Normalment tixrid ibbażat fuq polimeru likwidu ta’ materjali refrattarji jew iżolanti, eż. carbon filled hydroxyl terminated polybutadiene (HTPB) jew polimeru ieħor b’aġenti kurattivi addizzjonali sprejjati jew simentati fuq l-intern tal-kaxxa.
“Kodiċi tal-oġġett” (9) tfisser forma eżegwibbli permezz ta’ tagħmir ta’ espressjoni konvenjenti ta’ proċess wieħed jew aktar (“kodiċi tas-sors” (lingwa tas-sors)) li ġiet ikkompilata minn sistema li tipprogramma.
“Kodiċi tas-sors” (jew lingwa tas-sors) (6 7 9) hija espressjoni konvenjenti ta’ proċess wieħed jew aktar li jista’ jinbidel minn sistema ta’ programmar f’forma eżegwibbli minn tagħmir (“kodiċi tal-oġġett” (jew lingwa tal-oġġett)).
“Koltivazzjonijiet ħajja iżolati” (1) tinkludi koltivazzjonijiet ħajja reqdin u fi preparati niexfa.
“Kompjuter b’arranġament sistoliku” (4) tfisser kompjuter fejn il-fluss u l-modifika tad-data huma dinamikament kontrollabbli fil-livell tax-xatba tal-loġika mill-utent.
“Kompjuter diġitali” (4 5) tfisser tagħmir li jista’, fil-forma ta’ kwantità varjabbli diskreta waħda jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:
a. |
Jaċċetta data; |
b. |
Jaħżen data jew struzzjonijiet f’tagħmir tal-ħażna fiss jew modifikabbli (li tista’ ssir kitba fuqu); |
c. |
Jipproċessa data permezz ta’ sekwenza ta’ struzzjonijiet maħżuna li huma modifikabbli; u |
d. |
Jipprovdi ħruġ ta’ data. |
NB: |
Modifikazzjonijiet ta’ sekwenza maħżuna ta’ istruzzjonijiet tinkludi s-sostituzzjoni ta’ tagħmir ta’ ħażna fiss, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet |
“Kompjuter newrali” (4) tfisser tagħmir tal-komputazzjoni ddisinjat jew immodifikat sabiex jimita l-imġiba ta’ newron jew ġabra ta’ newroni, jiġifieri tagħmir tal-komputazzjoni li jingħaraf bil-kapaċità tal-hardware tiegħu li jimmodula l-piżijiet u n-numri tal-interkonnessjonijiet ta’ multipliċità ta’ komponenti tal-komputazzjoni abbażi ta’ data preċedenti.
“Kompjuter ottiku” (4) tfisser kompjuter iddisinjat jew immodifikat sabiex juża d-dawl sabiex jirrappreżenta d-data u li l-elementi loġiċi tal-komputazzjoni tiegħu huma bbażati fuq tagħmir ottiku akkoppjat direttament.
“Komposti III/V” (6) tfisser prodotti polikristallini jew monokristallini binarji jew kumplessi li jikkonsistu minn elementi tal-gruppi IIIA u VA tat-tabella ta’ klassifikazzjoni perjodika ta’ Mendeleyev (eż., arsenur tal-gallju, arsenur tal-gallju-aluminju, fosfur tal-indju).
“Kompożitu” (1 2 6 8 9) tfisser “matriċi” u fażi addizzjonali jew fażijiet addizzjonali li jikkonsisti f’partiċelli, fibri tal-kristalli, fibri jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, preżenti għal skop jew skopijiet speċifiċi.
“Kompressjoni tal-impuls” (6) tfisser l-ikkowdjar u l-ipproċessar ta’ impuls ta’ sinjal radar ta’ duratura twila f’waħda ta’ duratura qasira, filwaqt li jinżammu l-benefiċċji ta’ impuls b’enerġija qawwija.
“Kontroll numeriku” (2) tfisser il-kontroll awtomatiku ta’ proċess eżegwit b’tagħmir li jagħmel użu minn data numerika normalment introdotta waqt li l-operazzjoni tkun qiegħda sseħħ (ref. ISO 2382).
“Kontroll tal-kontorn” (2) tfisser żewġ movimenti jew aktar “ikkontrollati numerikament” li joperaw skont l-istruzzjonijiet li jispeċifikaw il-pożizzjonament meħtieġali jmiss u r-rati ta’ dħul meħtieġa għal dik il-pożizzjonament. Dawn ir-rati ta’ dħul ivarjaw waħda skont l-oħra sabiex jinħoloq kontorn mixtieq (ref. ISO/DIS 2806 1980).
“Kontroll tat-titjir primarju” (7) tfisser stabbiltà ta’ “inġenju tal-ajru” jew kontroll tal-immanuvrar li juża ġeneraturi ta’ forza/mument, jiġifieri uċuħ ta’ kontroll aerodinamiċi jew gwida tal-ispinta propulsiva.
“Kontroll totali tat-titjir” (7) tfisser kontroll awtomatizzat ta’ kwantitajiet varjabbli tal-istat u t-trajettorja ta’ “inġenju tal-ajru” sabiex jintlaħqu objettivi ta’ missjoni li jirrispondu għal bidliet fid-data fil-ħin reali li jirrigwardaw objettivi, perikli jew “inġenji tal-ajru” oħrajn.
“Kontrollur tal-aċċess fin-netwerk” (4) tfisser wiċċ fiżiku għal netwerk ta’ swiċċjar imqassam. Dan juża mezz komuni li jaħdem f’kull parti bl-istess “rata ta’ trasferiment diġitali” bl-użu ta’ arbitraġġ (eż., token jew carrier sense) għat-trasmissjoni. Indipendentement minn kull wieħed ieħor, huwa jagħżel pakketti ta’ data jew gruppi ta’ data (eż., IEEE 802) indirizzati lilu. Huwa assemblaġġ li jista’ jiġi integrat f’kompjuter jew f’tagħmir ta’ telekomunikazzjoni sabiex tipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.
“Kontrollur tal-kanal ta’ komunikazzjoni” (4) tfisser l-interface fiżiku li jikkontrolla l-fluss ta’ informazzjoni diġitali sinkrona jew asinkrona. Hi assemblaġġ li jista’ jkun integrat fil-kompjuter jew fl-tagħmir ta’ telekomunikazzjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.
“Kostanti tal-ħin” (6) huwa l-ħin meħud mill-applikazzjoni ta’ stimolu tad-dawl għall-inkrement kurrenti sabiex jilħaq valur ta’ 1-1/e immultiplikat bil-valur finali (jiġifieri 63 % tal-valur finali).
“Kriptografija” (5) tfisser id-dixxiplina li tinkorpora l-prinċipji, il-mezzi u l-metodi għat-trasformazzjoni tad-data sabiex taħbi l-kontenut tal-informazzjoni tagħha, tipprevjeni l-modifika mhux osservata tagħha jew tipprevjeni l-użu mhux awtorizzat tagħha. Il-“Kriptografija” hi limitata għat-trasformazzjoni tal-informazzjoni bl-użu ta’ ‘parametru sigriet’ wieħed jew aktar (eż., kwantitajiet kripto-varjabbli) jew amministrazzjoni taċ-ċavetta assoċjata.
NB: |
‘Parametru sigriet’: kwantità kostanti jew ċavetta li tinżamm sigrieta mill-oħrajn jew kondiviża biss fi grupp. |
“Kriptografija kwantistika” (5) tfisser familja ta’ tekniki għall-istabbiliment ta’ ċavetta kondiviża għall-“kriptografija” permezz ta’ kejl tal-karatteristiċi kwantistiċi-mekkaniċi ta’ sistema fiżika (inklużi dawk il-karatteristiċi fiżiċi espliċitament irregolati mill-ottika kwantistika, it-teorija tal-kamp kwantistiku jew l-elettrodinamika kwantistika).
“Kumpensi kollha disponibbli” (2) tfisser wara li jiġu kkunsidrati l-miżuri kollha fattibbli disponobbli għall-manifattur biex jimminimizza kull żball sistematiku ta’ pożizzjonament għall-mudell partikolari ta’ għodda bil-magna jew żbalji tal-kejl għall-magna partikolari ta’ kejl bil-koordinati.
“Kwalifikat għall-użu spazjali” (3 6 8) tirreferi għal prodotti ddisinjati, fabbrikati u ttestjati sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet speċjali elettriċi, mekkaniċi jew ambjentali għall-użu fil-varar u t-tqegħid ta’ satelliti jew sistemi ta’ titjir f’altitudni għolja li jaħdmu f’altitudni ta’ 100 km jew ogħla.
“Laser” (0 2 3 5 6 7 8 9) hu ġabra ta’ komponenti li jipproduċu dawl koerenti kemm fl-ispazju kif ukoll fil-ħin li hu amplifikat b’emissjoni simulata ta’ radjazzjoni.
NB: |
Ara wkoll: “Laser kimiku”; “Laser b’Enerġija Għolja Ħafna”; “Laser tat-trasferiment”. |
“Laser b’Enerġija Għolja Ħafna” (“SHPL”) (6) tfisser “laser” li kapaċi jitfa’ (it-total jew porzjon ta’) l-enerġija ta’ ħruġ li teċċedi 1 kJ f’ħin ta’ 50 ms jew b’medja jew enerġija ta’ mewġa kontinwa ogħla minn 20 kW.
“Laser bi trasferiment” (6) tfisser “laser” eċċitat permezz tat-trasferiment ta’ enerġija miksuba mill-kolliżjoni ta’ atomu jew molekula li ma tipproduċix effett laser ma’ atomu jew molekula li tipproduċi effett laser.
“Laser CW” (6) tfisser “laser” li jipproduċi enerġija tal-ħruġ nominalment kostanti għal aktar minn 0,25 sekondi.
“Laser kimiku” (6) tfisser “laser” fejn l-ispeċi fi stat eċċitat tkun prodotta permezz tal-enerġija minn reazzjoni kimika.
“Laser tal-impuls” (6) tfisser “laser” b’ “durata tal-impuls” li hi inqas minn jew ugwali għal 0,25 sekondi.
“Liega mekkanika” (1) tfisser il-proċess ta’ formazzjoni ta’ liega li jirriżulta mill-għaqda, it-tkissir u l-għaqda mill-ġdid ta’ trabijiet tal-liega elementari u primi b’impatt mekkaniku. Partiċelli mhux metalliċi jistgħu jiġu inkorporati fil-liega biż-żieda tat-trabijiet meħtieġa.
“Linearità” (2) (normalment imkejla f’termini ta’ nonlinearità) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristika attwali (medja ta’ qari superjuri u inferjuri), pożittiva jew negattiva, minn linja dritta hekk pożizzjonata sabiex tugwalizza u timminimizza d-devjazzjonijiet massimi.
“L-ogħla qawwa” (6), tfisser l-ogħla livell ta’ qawwa miksub fid-“duratura tal-laser”. “Ħjut” u “rovings” kontinwi;
“L-Ogħla Rendiment Aġġustat” (4) hi l-ogħla rata aġġustata li fiha l-“kompjuters diġitali” jwettqu addizzjonijiet u multiplikazzjoni ta’ punt li jvarja ta’ 64-bit jew akbar, u hu espress f’Weighted TeraFLOPS (WT) b’unitajiet ta’ 1012 operazzjonijiet ta’ punt li jvarja aġġustat kull sekonda.
NB: |
Ara l-Kategorija 4, Nota Teknika. |
“L-ottimizzazzjoni tat-trajettorja tat-titjir” (7) hija proċedura li timminimizza d-devjazzjonijiet minn trajettorja mixtieqa f’erba’ dimensjonijiet (spazju u ħin) abbażi tal-immassimizzar tal-prestazzjoni jew l-effettività għal kompiti tal-missjoni.
“Manjetometri” (6) huma strumenti ddisinjati sabiex jirrilevaw kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f’element ta’ rilevament ta’ kamp manjetiku uniku u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-kamp manjetiku.
“Materjali enerġetiċi” (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet li jkollhom reazzjoni kimika sabiex jirrilaxxaw enerġija meħtieġa għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma sottoklassijiet ta’ materjali enerġetiċi.
“Materjal fissili speċjali” (0) tfisser plutonju-239, uranju-233, “uranju arrikkit fl-iżotopi 235 jew 233”, u kwalunkwe materjal li jinkludi lil dawn.
“Materjali fibrużi jew bil-filamenti” (0 1 8) jinkludu:
a. |
“Monofilamenti” kontinwi; |
b. |
“Ħjut” u “rovings” kontinwi; |
c. |
“Ħjut”, drappijiet, tapiti u żigarelli li jkunu; |
d. |
Fibri maqtugħin, fibri prinċipali u kutri tal-fibri koerenti; |
e. |
Fibri tal-kristall, kemm monokristallina jew polikristallina, ta’ kwalunkwe tul; |
f. |
Polpa tal-poliamidi aromatiċi. |
“Materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6” (0) jistgħu jkunu ram, azzar inossidabbli, aluminju, ossidu tal-aluminju, liegi tal-aluminju, nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija piż jew iktar nikil u polimeri idrokarburi fluworuati reżistenti għall-UF6, kif adatt għat-tip ta’ proċess ta’ separazzjoni.
“Matriċi fuq il-pjan fokali” (6 8) tfisser saff planari lineari jew bidimensjonali, jew taħtlita ta’ saffi planari, ta’ elementi ta’ rilevaturi individwali, b’elettronika li tinqara jew mingħajrha, li jaħdmu fil-pjan fokali.
NB: |
Dan mhux intenzjonat li jinkludi arranġament ta’ elementi rilevaturi singoli fuq xulxin jew kwalunkwe żewġ, tliet jew erba’ elementi rilevaturi dment li d-dewmien u l-integrazzjoni ma jitwettqux fl-element. |
“Matriċi” (1 2 8 9) tfisser fażi sostanzjalment kontinwa li timla l-ispazju bejn il-partiċelli, il-fibri tal-kristall jew il-fibri.
“Medda strumentata” (6) tfisser il-medda speċifikata mhux ambigwa viżwalizzata ta’ radar.
“Meħtieġ” (NĠT 1-9), kif applikat għal “teknoloġija”, jirreferi għal dik il-biċċa biss ta’ “teknoloġija” li hi partikolarment responsabbli sabiex tilħaq jew testendi l-livelli ta’ prestazzjoni, il-karatteristiċi jew il-funzjonijiet ikkontrollati. “Teknoloġija”“meħtieġa” bħal din tista’ tkun kondiviża bejn oġġetti differenti.
“Mikroċirkwit tal-mikrokompjuter” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat b'ħafna ċippi” li fih unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq istruzzjonijiet ta' skop ġenerali minn ħażna interna, fuq data li tinsab fil-ħażna interna.
NB 1: |
Il-ħażna interna tista’ tiġi supplimentata permezz ta’ ħażna esterna. |
“Mikroċirkwit tal-mikroproċessur” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat b'ħafna ċippi” li jinkludi unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq serje ta' struzzjonijiet ta' skop ġenerali minn ħażna esterna.
NB 1 : |
Il-“mikroċirkwit tal-mikroproċessur” normalment ma jkunx fih ħażna integrali aċċesibbli għall-utent, għalkemm il-ħażna preżenti fiċ-ċippa tista' tintuża waqt li titwettaq il-funzjoni loġika. |
NB 2 : |
Dan jinkludi settijiet ta' ċippi li huma ddisinjati sabiex jaħdmu flimkien sabiex jipprovdu l-funzjoni ta' “mikroċirkwit tal-mikroproċessur”. |
“Mikroorganiżmi” (1 2) tfisser batteri, virus, mikoplażmi, riketzji, klamidji jew fungi, sew naturali, imkabbra jew modifikati, kemm fil-forma ta’ ‘kulturi ħajjin iżolati’ jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie deliberatament imlaqqam jew ikkontaminat b’dawn il-kulturi.
“Mirja deformabbli” (6) (magħrufa wkoll bħala mirja ottiċi adattivi) tfisser mirja li jkollhom:
a. |
Wiċċ uniku kontinwu ottiku li jirrifletti li hu dinamikament deformat bl-applikazzjoni ta’ torques jew forzi individwali għall-kumpens tad-distorsjonijiet fil-forma tal-mewġa ottika inċidenti fuq il-mera; jew |
b. |
Elementi multipli ottiċi li jirriflettu li jistgħu jkunu individwalment jew dinamikament pożizzjonati mill-ġdid bl-applikazzjoni ta’ torque jew forzi individwali għall-kumpens tad-distorsjonijiet fil-forma tal-mewġa ottika inċidenti fuq il-mera. |
“Missili” (1 3 6 7 9) tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ, kapaċi jwasslu kariku splussiv ta’ mill-inqas 500 kg għal medda ta’ mill-inqas 300 km.
“Modulu speċifiku” (0 1 9) huwa l-modulu ta’ Young f’pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku fi N/m3, imkejjel f’temperatura ta’ (296 ± 2) K ((23 ± 2) °C) u umdità relattiva ta’ (50 ± 5)%.
“Monofilament” (1) jew filament huwa l-iżgħar inkrement ta’ fibra, normalment ta’ diversi mikrometri fid-dijametru.
“Navigazzjoni b’Riferiment għal Bażijiet ta’ Data” (“DBRN”) (7) tfisser sistemi li jużaw diversi sorsi ta’ data ta’ immappjar ġeografiku preċedentement imkejla integrata sabiex tipprovdi informazzjoni ta’ navigazzjoni eżatta taħt kondizzjonijiet dinamiċi. Is-sorsi tad-data jinkludu mapep batimetriċi, mapep stellari, mapep tal-gravità, mapep manjetiċi jew mapep tal-art diġitali 3-D.
“Netwerk ta’ erja lokali” (4 5) hija sistema tal-komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Tippermetti numru arbitrarju ta’ ‘tagħmir tad-data’ indipendenti li jikkomunikaw direttament ma’ xulxin; u |
b. |
Hija konfinata għal żona ġeografika ta’ qies moderat (eż., bini ta’ uffiċini, impjant, kampus, maħżen). |
NB: |
‘Tagħmir tad-data’ tfisser tagħmir li kapaċi jittrażmetti jew jirċievi sekwenzi ta’ informazzjoni diġitali. |
“Netwerk ta’ erja personali” (5) tfisser sistema ta’ komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Tippermetti numru arbitrarju ta’ ‘tagħmir tad-data’ indipendenti jew interkonnessi li jikkomunikaw direttament ma’ xulxin; u |
b. |
Hija konfinata għal komunikazzjoni bejn tagħmir fil-viċinanza immedjata ta’ individwu jew kontrollur tat-tagħmir (pereżempju kamra, uffiċċju, jew karozza waħda). |
Nota Teknika:
‘Tagħmir tad-data’ tfisser tagħmir li kapaċi jittrażmetti jew jirċievi sekwenzi ta’ informazzjoni diġitali.
“Pixel attiv” (6 8) hu element minimu (uniku) tal-arranġament tal-istat solidu li għandu funzjoni ta’ trasferiment fotoelettrika meta jkun espost għar-radjazzjoni mid-dawl (elettromanjetika).
“Polarizzazzjoni” (aċċellerometru) (7) tfisser il-medja fuq perijodu ta’ żmien speċifikat tal-valuri indikati minn aċċellerometru, imkejla f’kondizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mal-aċċelerazzjoni tad-dħul jew ir-rotazzjoni. Il-“polarizzazzjoni” hi espressa fi g jew f’metri kull sekonda kwadra (g jew m/s2) (IEEE Std 528-2001) (Micro g = 1 × 10–6 g).
“Polarizzazzjoni” (ġiroskopju) (7) tfisser il-medja fuq perijodu ta’ żmien speċifikat tal-valuri indikati minn ġiroskopju, imkejla f’kondizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mar-rotazzjoni tad-dħul jew l-aċċelerazzjoni. Il-“polarizzazzjoni” hi tipikament espressa fi gradi fis-siegħa (deg/hr). (IEEE Std 528-2001).
“Preċedentement separat” (0 1) tfisser l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe proċess intenzjonat li jżid il-konċentrazzjoni tal-iżotopu kkontrollat.
“Preċiżjoni” (2 6), normalment imkejla f’termini ta’ impreċiżjoni, tfisser id-devjazzjoni massima, pożittiva jew negattiva, ta’ valur indikat minn stardard aċċettat jew valur ta’ veru.
“Preforom tal-fibra tal-karbonju” (1) tfisser arranġament b’ordni ta’ fibri mhux miksija jew miksija maħsuba sabiex jikkostitwixxu qafas ta’ parti qabel il-“matriċi” ma tkun introdotta sabiex tifforma “kompożitu”.
“Pressa iżostatika” (2) tfisser tagħmir kapaċi sabiex jippressa kavità magħluqa permezz ta’ diversi mezzi (gass, likwidi, partiċelli solidi, eċċ) sabiex joħloq pressjoni ugwali fid-direzzjonijiet kollha fil-kavità fuq oġġett tal-ħidma jew fuq materjal.
“Pressjoni idrawlika b’azzjoni diretta” (2) tfisser proċess ta’ deformazzjoni li juża borża flessibbli mimlija bil-fluwidu f’kuntatt dirett mal-oġġett tal-ħidma.
“Proċessar f’ħin reali” (2 6 7) tfisser l-ipproċessar tad-data b’sistema ta’ kompjuter li tipprovdi livell meħtieġ ta’ servizz, bħala funzjoni tar-riżorsi disponibbli, f’ħin ta’ rispons garantit, ikun xi jkun il-piż fuq is-sistema, meta stimulat b’avveniment estern.
“Proċessar tas-sinjal” (3 4 5 6) tfisser l-ipproċessar ta’ sinjali li jġorru l-informazzjoni li ġejjin minn barra b’algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, filtrazzjoni, estrazzjoni, selezzjoni, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew it-trasformazzjonijiet bejn id-dominji (eż. trasformat Fourier rapidu jew trasformat Walsh).
“Produzzjoni” (NĠT NTN Kollha) tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: kostruzzjoni, inġinerija tal-produzzjoni, manifattura, integrazzjoni, assemblaġġ (immuntar), spezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità.
“Profili aerodinamiċi b’ġeometrija varjabbli” (7) tfisser l-użu ta’ flaps jew tabs fit-tarf ta’ wara ta’ ġewnaħ, jew paletti ċatti jew immejlin rashom, ’l isfel fuq il-pern, li l-pożizzjonament tagħhom tista’ tiġi kkontrollata fit-titjir.
“Programm” (2 6) tfisser sekwenza ta’ struzzjonijiet sabiex jitwettaq proċess, jew konvertibbli, f’forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku.
“Programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” (6) tfisser il-faċilità li tippermetti lill-utent idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi “programmi” b’metodi minbarra:
a. |
Bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew |
b. |
L-issettjar tal-kontrolli tal-funzjonijiet li jinkludu d-dħul ta’ parametri. |
“Qawwa medja tal-ħruġ” (6) tfisser l-enerġija totali tal-ħruġ tal-“laser” f’joules diviża bid-“durata tal-laser” f’sekondi.
“Qbiż tal-frekwenza” (5) tfisser forma ta’ “spettru mifrux” fejn il-frekwenza tat-trasmissjoni ta’ kanal ta’ komunikazzjoni wieħed tinbidel b’sekwenza ta’ passi każwali jew psewdokażwali diskreti.
“Rabta ta’ diffużjoni” (1 2 9) tfisser rabta molekulari fi stat solidu ta’ mill-anqas żewġ metalli separati f’oġġett uniku b’saħħa konġunta ekwivalenti għal dik tal-materjal l-aktar dgħajjef.
“Radar spettru mifrux” (6) – ara “Spettru mifrux tar-radar”.
“Rata ta’ trasferiment diġitali” (def) tfisser ir-rata totali ta’ bits tal-informazzjoni li hi trasferita direttament fuq kwalunkwe tip ta’ mezz.
NB: |
Ara wkoll “rata ta’ trasferiment diġitali totali”. |
“Rata ta’ trasferiment diġitali totali” (5) tfisser in-numru ta’ bits, inkluż il-kodifika tal-linji, bits supplimentari eċċ. għal kull unità ta’ ħin li jgħaddu bejn tagħmir li jikkorrispondi f’sistema ta’ trasmissjoni diġitali.
NB: |
Ara wkoll “rata ta’ trasferiment diġitali”. |
“Rata tal-moviment” (ġiroskopju) (7) tfisser il-komponent tal-produzzjoni tal-ġiroskopju li hi funzjonament indipendenti mir-rotazzjoni tad-dħul. Hi espressa bħala rata angolari. (IEEE STD 528-2001).
“Reattur nukleari” (0) tfisser reattur komplut kapaċi li jaħdem b’mod li tinżamm katina ta’ reazzjonijiet ta’ fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nfisha. “Reattur nukleari” jinkludi l-oġġetti kollha fil-kontenitur tar-reattur jew li huma mqabbda miegħu direttament, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell tal-enerġija fil-qalba, u l-komponenti li normalment ikun fihom, jiġu f’kuntatt dirett ma’ jew jikkontrollaw l-aġent tat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.
“Reżistenza għat-tensjoni speċifika” (0 1 9) hija l-limitu tar-reżistenza għat-tensjoni f’pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku fi N/m3, imkejla f’temperatura ta’ (296 ± 2) K ((23 ± 2) °C) u umdità relattiva ta’ (50 ± 5)%.
“Riċerka xjentifika bażika” (GTN NTN) tfisser xogħol sperimentali jew teoretiku magħmul prinċipalment sabiex tinkiseb konoxxenza ġdida tal-prinċipji fundamentali ta’ fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn għan jew objettiv prattiku speċifiku.
“Ripetibbiltà” (7) tfisser kemm ikun qrib lejn xulxin kejl ripetut tal-istess kwantità varjabbli taħt l-istess kondizzjonijiet operattivi meta jkun hemm bidliet fil-kondizzjonijiet jew perijodu mhux operattivi bejn il-kejl. (Referenza: (IEEE STD 528-2001 (devjazzjoni standard ta’ 1 sigma))
“Riżoluzzjoni” (2) tfisser l-inqas inkrement ta’ tagħmir li jkejjel; fuq strumenti diġitali, il-bit l-anqas sinifikanti (ref. ANSI B-89.1.12).
“Robot” (2 8) tfisser mekkaniżmu ta’ manipulazzjoni, li jista’ jkun tat-tip ta’ trajettorja kontinwa jew punt sa punt, jista’ juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Huwa multifunzjonali; |
b. |
Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjali, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta’ movimenti varjabbli fi spazju bi tliet dimensjonijiet; |
c. |
Jinkorpora tliet biċċiet jew aktar ta’ tagħmir ta’ servizz b’ħolqa magħluqa jew miftuħa li jistgħu jinkludu muturi pass pass; u |
d. |
Għandu “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz ta’ metodu għallem/erġa’ isma’ jew permezz ta’ kompjuter elettroniku li jista’ jkun kontrollur loġiku programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku. |
NB: |
Id-definizzjoni ta’ hawn fuq ma’ tinkludix it-tagħmir li ġej:
|
“Rotazzjoni falza” (2) (rotazzjoni mhix vera) tfisser ċaqliq radjali f’rotazzjoni waħda tal-fus ewlieni mkejjel fi pjan perpendikulari mal-assi tal-fus f’punt fuq il-wiċċ rotanti intern jew estern li jrid jiġi ttestjat (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.61).
“Roving” (1) huwa mazz (tipikament 12-120) ta’ ‘filamenti’ bejn wieħed u ieħor paralleli.
NB: |
‘Filament’ huwa mazz ta’ “monofilamenti” (tipikament fuq 200) irranġati b’mod bejn wieħed u ieħor parallel. |
“Sensittività radjanti” (6). Sensittività radjanti (mA/W) = 0,807 × (tul ta’ mewġ f’nm) × l-Effiċjenza Kwantistika (QE).
Nota Teknika:
Il-QE hija normalment espressa bħala perċentwal; madankollu, għall-finijiet ta’ din il-formola, il-QE hija espressa bħala numru deċimali inqas minn wieħed, pereżempju 78 % huwa 0,78.
“Sensuri monospettrali li juru immaġini” (6) huma kapaċi li jiksbu data tal-immaġini minn faxxa spettrali diskreta waħda.
“Sensuri tal-immaġini multispettrali” (6) kapaċi jiksbu simultanjament jew f’serje data tal-immaġini minn żewġ faxex spettrali diskreti jew iktar. Sensuri li għandhom iktar minn għoxrin faxxa spettrali diskreta ġieli jissejħu sensuri tal-immaġini iperspettrali.
“Sett ta’ gwida” (7) tfisser sistemi li jintegraw il-proċess ta’ kejl u l-komputazzjoni tal-pożizzjonament u l-veloċità ta’ vettura (jiġifieri navigazzjoni) b’dak ta’ komputazzjoni u trasmissjoni ta’ kmandi lis-sistemi ta’ kontroll tat-titjir tal-vetturi sabiex jikkoreġu t-trajettorja.
“SHPL” hija ekwivalenti għal “laser b’enerġija għolja ħafna”.
“Sigurtà tal-informazzjoni” (4 5) hi l-mezzi u l-funzjonijiet kollha li jiżguraw l-aċċessibbiltà, il-kunfidenzjalità jew l-integrità tal-informazzjoni jew il-komunikazzjonijiet, minbarra l-mezzi u l-funzjonijiet maħsuba sabiex jissalvagwardjaw kontra funzjonament ħażin. Din tinkludi “kriptografija”, “attivazzjoni kriptografika”, ‘kriptanaliżi’, protezzjoni kontra l-emanazzjonijiet kompromettenti u s-sigurtà tal-kompjuter.
NB: |
“Kriptanaliżi”: analiżi ta’ sistema kriptografika jew id-dħul u l-ħruġ tagħha sabiex toħroġ kwantitajiet varjabbli kunfidenzali jew data sensittiva, inkluż test ċar. |
“Sinjalazzjoni b’kanal komuni” (5) hija metodu ta’ sinjalazzjoni fejn jintuża kanal uniku bejn ċentrali tal-iskambji biex iwassal, permezz ta’ messaġġi b’tikketta, informazzjoni ta’ sinjalazzjoni relatata ma’ pluralità ta’ ċirkwiti jew sejħiet u informazzjoni oħra bħal dik użata għall-amministrazzjoni tan-netwerk.
“Sintetizzatur tal-frekwenza” (3) tfisser kwalunkwe tip ta’ sors ta’ frekwenza, tkun xi tkun it-teknika attwali użata, li jipprovdu multipliċità ta’ frekwenzi ta’ ħruġ simultanji jew alternattivi, minn produzzjoni waħda jew iktar, ikkontrollati bi, derivati minn jew dixxiplinati minn numru inqas ta’ frekwenzi standard (jew master).
“Sistemi anti-torque bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni jew kontroll tad-direzzjoni bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni” (7) huma sistemi li jużaw arja minfuħa fuq uċuħ aerodinamiċi sabiex iżidu jew jikkontrollaw il-forzi ġġenerati mill-uċuħ.
“Sistemi esperti” (7) tfisser sistemi li jipprovdu riżultati bl-applikazzjoni tar-regoli lil data li hija maħżuna indipendentement mill-“programm” u kapaċi li jagħmlu kwalunkwe minn dan li ġej:
a. |
Jimmodifikaw awtomatikament il-“kodiċi tas-sors” introdott mill-utent; |
b. |
Jipprovdu tagħrif marbut ma’ klassi ta’ problemi f’lingwa kważi naturali; jew |
c. |
Jakkwistaw it-tagħrif meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom (taħriġ simboliku). |
“Sistemi FADEC” (7 9) tfisser sistemi ta’ kontroll diġitali tal-magna b’awtorità sħiħa (Full Authority Digital Engine Control) - sistema ta’ kontroll elettroniku diġitali għal magna b’turbin tal-gass li kapaċi tikkontrolla l-magna awtonomament tul il-firxa operattiva kollha tagħha, minn meta jkun meħtieġ li tistartja l-magna sakemm ikun meħtieġ li tintefa, f’kundizzjonijiet kemm normali kif ukoll bil-ħsara.
“Sistemi ta’ kontroll attiv tat-titjir” (7) huma sistemi li jiffunzjonaw sabiex jipprevjenu ċaqliq jew tagħbijiet strutturali mhux mixtieqa ta’ “inġenji tal-ajru” u ta’ missili permezz tal-ipproċessar awtonomu tal-informazzjoni minn sensuri multipli sabiex wara jiġu pprovduti l-kmandi preventivi meħtieġa għall-kontroll awtomatiku.
“Sistemi ta’ kumpens” (6) jikkonsistu fis-sensur ta’ skalar primarju, f’sensur ta’ referenza wieħed jew aktar (eż. manjetometri vettorjali) flimkien ma’ software li jippermetti t-tnaqqis tal-ħoss dovut għar-rotazzjoni ta’ oġġetti ibsin tal-pjattaforma.
“Software” (NĠS Kollha) tfisser ġabra ta’ “programm” jew ‘mikroprogramm’ wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta’ espressjoni.
NB: |
‘Mikroprogramm’ tfisser sekwenza ta’ struzzjonijiet elementari, miżmuma f’ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tinbeda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta’ referenza tiegħu f’reġistru ta’ struzzjonijiet. |
“Sottostrat” (3) tfisser folja ta’ materjal bażi sew jekk b’disinn ta’ interkonnessjoni jew mingħajru u li fuqu jew fih jinstabu ‘komponenti diskreti’ jew ċirkwiti integrati jew it-tnejn.
NB 1: |
‘Komponent diskret’: ‘element ta’ ċirkwit’ ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess. |
NB 2: |
‘Element ta’ ċirkwit’: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ |
“Sottostrati grezzi” (6) tfisser komposti monolitiċi b’dimensjonijiet tajbin għall-produzzjoni ta’ elementi ottiċi bħal mirja jew twieqi ottiċi.
“Sotto-unità ta’ tossin” (1) huwa komponent strutturalment u funzjonalment diskret ta’ “tossin” sħiħ.
“Spettru mifrux” (5) tfisser it-teknika li permezz tagħha l-enerġija f’kanal ta’ komunikazzjoni f’faxxa relattivament dejqa tinfirex fuq spettru ta’ enerġija ħafna usa’.
“Spettru mifrux tar-radar” (6) tfisser kwalunkwe teknika ta’ modulazzjoni għat-tifrix tal-enerġija li toriġina minn sinjal li għandu faxxa tal-frekwenza relattivament dejqa, fuq medda ta’ frekwenzi ħafna usa’, billi tuża’ kkowdjar każwali jew psewdokażwali.
“Splussivi” (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet ta’ sustanzi solidi, likwidi jew f’forma ta’ gass li, fl-applikazzjoni tagħhom bħala kariki primarji, kariki booster, jew kariki prinċipali f’testati, demolizzjoni u applikazzjonijiet oħra, huma meħtieġa li jisplodu.
“Spostament angulari każwali” (7) tfisser l-iżball angulari li jakkumula li hu dovut għall-ħoss abjad fir-rata angolari. (IEEE STD 528-2001)
“Stabbiltà” (7) tfisser id-devjazzjoni standard (1 sigma) tal-varjazzjoni ta’ parametru partikolari mill-valur kalibrat tiegħu mkejjel taħt kondizzjonijiet ta’ temperatura stabbli. Dan jista’ jiġi espress bħala funzjoni tal-ħin.
“Stat parteċipant” (7 9) huwa Stat li jipparteċipa fl-Arranġament ta’ Wassenaar.
“Stati (mhux) Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi” (1) huma dawk l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Kumulazzjoni u l-Użu ta’ Armi Kimiċi daħlet (ma daħlitx) fis-seħħ
“Superkondutturi” (1 3 5 6 8) tfisser materjali, jiġifieri metalli, liegi jew komposti, li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha, jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana b’effett Joule.
NB: |
L-istat “superkonduttiv” ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment b’ “temperatura kritika”, kamp manjetiku kritiku, li hija funzjoni tat-temperatura, u densità ta’ kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura. |
“Superliegi” (2 9) tfisser liegi abbażi ta’ nikil, kobalt jew ħadid li għandhom saħħa aqwa minn kwalunkwe liega fis-serje AISI 300 f’temperaturi ogħla minn 922 K (649 °C) taħt kondizzjonijiet ambjentali u operattivi ħorox.
“Swiċċjar ottiku” (5) tfisser it-traffikar jew l-iswiċċjar ta’ sinjali f’forma ottika mingħajr konverżjoni għal sinjali elettriċi.
“Tabella rotatorja kompożita” (2) tfisser mejda li tippermetti lill-oġġetti tal-ħidma sabiex idur u jinklina madwar żewġ assi mhux paralleli, li jistgħu jkunu kkoordinati b’mod simultanju għal “kontroll tal-kontorn”.
“Tagħmir tal-produzzjoni” (1 7 9) tfisser għodod, mudelli, ġiggijiet, mandrini tat-torn, forom, forom imnaqqxin, muntaġġi ddisinjati, mekkaniżmi ta’ allinjament, tagħmir ta’ ttestjar, makkinarju ieħor jew komponenti għalihom, limitati għal dawk iddisinjati apposta jew modifikati għall-“iżvilupp” jew għal fażi tal-“produzzjoni” waħda jew iktar.
“Tagħmir tat-tarf” (2) tfisser tagħmir li jaħtaf, ‘unitajiet ta’ għodda attivi’ u kwalunkwe għodda oħra mwaħħla mal-pjanċa tal-bażi fit-tarf ta’ driegħ manipulatur ta’ “robot”.
NB: |
‘Unità ta’ għodda attiva’ tfisser apparat għall-applikazzjoni ta’ qawwa motiva, ipproċessar tal-enerġija jew rilevament lill-oġġett tal-ħidma. |
“Taħlita kimika” (1) tfisser prodotti solidu, likwidu jew taħt forma ta’ gass magħmul minn żewġ komponenti jew aktar li ma jirreaġixxux flimkien taħt il-kondizzjonijiet li fihom it-taħlita hi maħżuna.
“Tejp” (1) hu materjal magħmul minn “monofilamenti”, ‘filamenti’, “rovings”, “wajers” jew “ħjut” eċċ., intreċċati jew unidirezzjonali, normalment mgħaqqdin minn qabel bir-resina.
NB: |
‘Filament’ huwa mazz ta’ “monofilamenti” (tipikament iktar minn 200) irranġati b’mod bejn wieħed u ieħor parallel. |
“Teknoloġija” (NĠT NTN Kollha) tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti. Din l-informazzjoni tieħu l-forma ta’ ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’.
NB 1: |
‘Assistenza teknika’ tista’ tieħu forom bħal struzzjonijiet, abbiltajiet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol u servizzi ta’ konsulenza u tista’ tinvolvi t-trasferiment ta’ ‘data teknika’. |
NB 2: |
‘Data teknika’ tista’ tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi jew tagħmir oħrajn bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw biss. |
“Temperatura kritika” (1 3 5) (xi kultant imsejħa it-temperatura transitorja) ta’ materjal “superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta’ kurrent elettriku dirett.
“Tempra Rapida” (1) tfisser proċess ta’ ‘solidifikazzjoni rapida’ ta’ nixxiegħa ta’ metal imdewweb li jaħbat ma’ blokka kiesħa rotanti, u jifforma prodott li jixbaħ lil laqxa, żigarella jew virga.
NB: |
‘Solidifikazzjoni rapida’: solidifikazzjoni ta’ materjal imdewweb b’rati ta’ tkessiħ ogħla minn 1 000 K/s. |
“Tifrik” (1) tfisser proċess sabiex materjal jiċċekken f’partiċelli żgħar permezz ta’ tgħaffiġ jew tħin.
“Tkabbir tal-immaġini” (4) tfisser l-ipproċessar ta’ immaġini li jġorru l-informazzjoni li ġejjin minn barra permezz ta’ algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, iffiltrar, estrazzjoni, għażla, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew trasformazzjonijiet bejn id-dominji (eż. trasformat Fourier rapidu jew trasformat Walsh). Dan ma jinkludix alogoritmi li jużaw trasformazzjoni lineari jew tar-rotazzjoni biss ta’ immaġini waħda, bħal traduzzjoni, selezzjoni tal-karatteristiċi, reġistrazzjoni jew kolorazzjoni falza.
“Tkessiħ Rapidu” (1) tfisser proċess ta’ ‘solidifikazzjoni rapida’ ta’ nixxiegħa ta’ metall imdewweb li taħbat ma’ blokka kiesħa, bil-formazzjoni ta’ prodott li jixbaħ lil laqxa
NB: |
‘Solidifikazzjoni rapida’ — solidifikazzjoni ta’ materjal imdewweb b’rati ta’ tkessiħ ogħla minn 1 000 K/s. |
“Tolleranza għal ħsara” (4) hija l-kapaċità ta’ sistema tal-kompjuter, wara kwalunkwe ħsara serja fi kwalunkwe komponent tal-hardware jew is-“software” tiegħu, li jkompli jaħdem mingħajr l-intervent uman, fil-livell ta’ servizz partikolari li jipprovdi: kontinwità fil-ħidma, integrità tad-data u rkupru ta’ servizzi fi żmien partikolari.
“Tossini” (1 2) tfisser tossini fil-forma ta’ preparati jew taħlitiet deliberatament iżolati, irrispettivament minn kif ġew prodotti, minbarra tossini preżenti bħala kontaminanti ta’ materjali oħra bħala kampjuni patoloġiċi, għelejjel, oġġetti tal-ikel jew ħażniet ta’ żerriegħa ta’ “mikroorganiżmi”.
“Traċċi tas-sistema” (6) tfisser rapport tal-pożizzjonament tat-titjir ta’ inġenju tal-ajru li huwa proċessat, korrelatat (fużjoni tad-data tal-bersall tar-radar mal-pożizzjonament tal-pjan tat-titjira) u aġġornat disponibbli għall-kontrolluri taċ-ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru.
“Trasdutturi tal-pressjoni” (2) huma tagħmir li jikkonvertu l-kejl tal-pressjoni f’sinjal elettriku.
“Uranju arrikkit fl-iżotopi 235 jew 233” (0) tfisser uranju li fih l-iżotopi 235 jew 233, jew it-tnejn, f’tali ammont li l-abbundanza tal-proporzjon tas-somma ta’ dawn l-iżotopi mal-iżotopu 238 hija iktar mill-proporzjon tal-iżotopu 235 mal-iżotopu 238 li jseħħ fin-natura (proporzjon tal-iżotopu 0,71 fil-mija).
“Uranju mfaqqar” (0) tfisser uranju mfaqqar fl-iżotopu 235 inqas minn dak li jinstab fin-natura.
“Uranju naturali” (0) tfisser uranju li fih it-taħlitiet ta’ iżotopi li jseħħu fin-natura.
“Użu” (NĠT NTN Kollha) tfisser tħaddim, stallazzjoni (li tinkludi stallazzjoni fil-post), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, rinnovament totali u restawr.
“Vaċċin” (1) huwa prodott mediċinali f’formulazzjoni farmaċewtika lliċenzjata minn, jew li għandha awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prova klinika minn, l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż ta’ manifattura jew tal-użu, li huwa intenzjonat sabiex jistimola rispons immunoloġiku prottettiv fil-bnedmin jew fl-annimali sabiex jipprevjeni mard f’min jew f’xiex jiġi amministrat.
“Vettura spazjali” (7 9) tfisser satelliti attivi u passivi u sondi spazjali.
“Vettura tal-ajru bla Ekwipaġġ” (“UAV”) (9) tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li kapaċi jibda titjira u jwettaq titjira u navigazzjoni kkontrollati mingħajr ebda preżenza umana abbord.
“Vetturi eħfef mill-arja” (9) tfisser bżieżaq jew vapuri tal-arja li sabiex itiru jużaw l-arja taħraq jew gassijiet eħfef mill-arja bħall-elju jew l-idroġenu.
“Wajer” (1) huwa mazz ta’ “monofilamenti”, normalment bejn wieħed u ieħor paralleli.
“Żvilupp” (NĠT NTN Kollha) hu relatat mal-fażijiet kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, immuntar u ttestjar ta’ prototipi, skemi ta’ produzzjoni ta’ piloti, data tad-disinn, proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, disinn ta’ konfigurazzjoni, disinn ta’ integrazzjoni, arranġamenti skont pjan.
KATEGORIJA 0
MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI
0 A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
0A001
“Reatturi Nukleari” u tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:
a. |
“Reatturi Nukleari”; |
b. |
Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, inkluża l-parti ta’ fuq tal-kontenitur tar-reattur għal kontenitur tal-pressjoni ta’ reattur, iddisnjati jew ippreparati apposta sabiex jinkludu l-qalba ta’ “reattur nukleari”; |
c. |
Tagħmir manipulattiv iddisinjat apposta jew ippreparat sabiex jinserixxi jew ineħħi l-karburant f’ “reattur nukleari”; |
d. |
Vireg tal-kontroll iddisinjati apposta jew ippreparati għall-kontroll tal-proċess ta’ fissjoni f’ “reattur nukleari”, strutturi ta’ appoġġ jew ta’ sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg; |
e. |
Tubi ta’ pressjoni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex ikun fihom elementi ta’ karburant u l-aġent tat-tkessiħ primarju f’ “reattur nukleari” fi pressjoni operattiva ta’ aktar minn ta’ 5,1 MPa; |
f. |
Metall u liegi taż-żirkonju fil-forma ta’ tubi jew assemblaġġi ta’ tubi fejn il-proporzjon ta’ ħafnju għal żirkonju huwa inqas minn 1:500 partijiet bil-piż, iddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f’ “reattur nukleari”; |
g. |
Pompi ta’ aġenti tat-tkessiħ iddisinjati apposta jew ippreparati għaċ-ċirkulazzjoni tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta’ “reatturi nukleari”; |
h. |
‘Interni ta’ reatturi nukleari’ ddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f’ “reattur nukleari”, inklużi kolonni ta’ appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tarki termali, defletturi, pjanċi tal-grilja tal-qalba, u pjanċi ta’ diffużjoni;
|
i. |
Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana (ġeneraturi tal-istim) iddisinjati apposta jew ippreparati għal użu fiċ-ċirkwit tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta’ “reattur nukleari”; |
j. |
Strumenti għar-rilevament u t-tkejjil tan-newtroni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta’ fluss ta’ newtroni fil-qalba ta’ “reattur nukleari”. |
0B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
0B001
Impjant għas-separazzjoni ta’ iżotopi ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” u “materjali fissili speċjali”, u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom, kif ġej:
a. |
Impjant iddisinjat apposta għas-separazzjoni ta’ iżotopi ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar”, u “materjali fissili speċjali”, kif ġej:
|
b. |
Ċentrifugi tal-gass u assemblaġġi u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni b’ċentrifugi tal-gass, kif ġej:
|
c. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni b’diffużjoni gassuża, kif ġej:
|
d. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni aerodinamika, kif ġej:
|
e. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni bi skambju kimiku, kif ġej:
|
f. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni bi skambju ta’ joni, kif ġej:
|
g. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni iżotopika tal-fwar atomiku bil-“laser” (AVLIS), kif ġej:
|
h. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni iżotopiku molekulari “laser” (MLIS) jew reazzjoni kimika permezz ta’ attivazzjoni iżotopika selettiva bil-laser (CRISLA), kif ġej:
|
i. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni bil-plażma, kif ġej:
|
j. |
Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:
|
0B002
Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti, iddisinjati jew ippreparati apposta, kif ġej, għal impjant ta’ separazzjoni tal-iżotopi speċifikat f’0B001, magħmulin minn jew protetti b’ “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”:
a. |
Awtoklavi ta’ alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; |
b. |
Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; |
c. |
Stazzjonijiet tal-prodotti u tad-dnub sabiex jiġi trasferit l-UF6 ġewwa l-kontenituri; |
d. |
Stazzjonijiet ta’ likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment billi jikkompressaw, ikessħu u jikkonvertu l-UF6 f’forma likwida jew solida; |
e. |
Sistemi ta’ kanen u sistemi ta’ intestazzjoni ddisinjati apposta sabiex jittrasportaw l-UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni gassuża, ċentrifugali jew aerodinamika; |
f. |
|
g. |
Spettrometri tal-massa/sorsi joniċi għall-UF6 iddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jieħdu kampjuni on-line ta’ alimentazzjoni, prodotti jew dnub, minn flussi ta’ gass UF6 u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
0B003
Impjant għall-konverżjoni tal-uranju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:
a. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ konċentrati ta’ minerali tal-uranju għal UO3; |
b. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO għal UF6; |
c. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO3 għal UO2; |
d. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UF4; |
e. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal UF6; |
f. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal uranju metall; |
g. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UO2; |
h. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UF4; |
i. |
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UCl4. |
0B004
Impjant għall-produzzjoni jew il-konċentrazzjoni ta’ ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalih, kif ġej:
a. |
Impjant għall-produzzjoni ta’ ilma tqil, dewterju jew komposti tad-dewterju, kif ġej:
|
b. |
Tagħmir u komponenti, kif ġej:
|
0B005
Impjanti iddisinjati apposta għall-fabbrikazzjoni ta’ elementi karburanti ta’ “reattur nukleari” u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalihom.
Nota: |
Impjant għall-fabbrikazzjoni ta’ elementi karburanti ta’ “reattur nukleari” jinkludi tagħmir li:
|
0B006
Impjanti għar-riproċessar tal-elementi karburanti irradjati ta’ “reattur nukleari”, u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom.
Nota: |
0B006 jinkludi:
|
0B007
Impjant għall-konverżjoni tal-plutonju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:
a. |
Sistemi għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu; |
b. |
Sistemi għall-produzzjoni tal-plutonju metall. |
0C
Materjali
0C001
“Uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” jew torju fil-forma ta’ metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija;
Nota: |
0C001 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:
|
0C002
“Materjali fissili speċjali”
Nota: |
0C002 ma jikkontrollax erba’ “grammi effettivi” jew inqas meta jkunu f’komponent sensittiv fi strumenti. |
0C003
Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u komposti oħrajn tad-dewterju, u taħlitiet u soluzzjonijiet li jkunu fihom id-dewterju, fejn il-proporzjon iżotopiku tad-dewterju għall-idroġenu hu ogħla minn 1:5 000.
0C004
Grafit, grad nukleari, b’livell ta’ purità ta’ inqas minn 5 partijiet fil-miljun ta’ ‘ekwivalent tal-boron’ u b’densità ikbar minn 1,5 g/cm3.
NB: |
ARA WKOLL 1C107 |
Nota 1: |
0C004 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:
|
Nota 2: |
F’0C004, ‘ekwivalent tal-boron’ (BE) huwa definit bħala s-somma ta’ BEz għal impuritajiet (eskluż BEcarbon billi l-karbonju mhux meqjus bħala impurità) inkluż il-boron, fejn:
BEz (ppm) = CF × konċentrazzjoni tal-element Z f’ppm;
u σB u σZ huma t-trans-sezzjonijiet tal-ġbir tan-newtroni termiċi (f’barns) għall-boron naturali u l-element Z rispettivament, u AB u AZ huma l-mases atomiċi tal-boron naturali u l-element Z rispettivament. |
0C005
Komposti jew trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta’ barrieri għad-diffużjoni gassuża, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 (eż. nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija bil-piż jew iktar nikil, ossidu tal-aluminju u polimeri ta’ idrokarbori fluworuati kompletament), li għandhom purità ta’ 99,9 fil-mija bil-piż jew iktar u medja tal-qies tal-partiċelli ta’ inqas minn 10 mikrometri mkejla bl-istandard tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM) B330 u grad għoli ta’ uniformità fil-qies tal-partiċelli.
0D
Software
0D001
“Software” iddisinjat apposta jew immodifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’din il-Kategorija.
0E
Teknoloġija
0E001
“Teknoloġija” skont in-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’din il-Kategorija.
KATEGORIJA 1
MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT
1 A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti
1A001
Komponenti magħmula minn komposti fluworuati, kif ġej:
a. |
Siġilli, gaskits, siġillanti jew bżieżaq tal-karburant, iddisinjati apposta għall-użu f’ “inġenju tal-arju” jew fl-aerospazju, magħmulin minn iktar minn 50 % bil-piż tal-materjali speċifikati f’1C009.b. jew 1C009.c.; |
b. |
Polimeri u kopolimeri pjeżoelettriċi, magħmulin minn materjali ta’ fluworidu tal-viniliden (CAS 75-38-7), speċifikati f’1C009.a., li għandhom dan kollu li ġej:
|
c. |
Siġilli, gaskits, sitijiet tal-valv, bżieżaq jew dijaframmi, li għandhom dan kollu li ġej:
|
1A002
Strutturi jew laminati “kompożiti”, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
NB: |
ARA WKOLL 1A202, 9A010 u 9A110 |
a. |
Jikkonsistu f’“matriċi” organika u materjali speċifikati f’1C010.c., 1C010.d. jew 1C010.e.; jew |
b. |
Jikkonsistu f’“matriċi” tal-metall jew tal-karbonju, u xi wieħed minn dan li ġej:
|
1A003
Manifatturi ta’ poliimidi aromatiċi mhux “fużibbli” fil-forma ta’ pellikoli, folji, tejp jew żigarelli li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
a. |
Ħxuna ta’ iżjed minn 0,254 mm; jew |
b. |
Miksijin jew laminati b’karbonju, grafit, metalli jew sustanzi manjetiċi. |
Nota: |
1A003 ma jikkontrollax il-manifatturi meta miksija jew laminati bir-ram u ddisinjati għall-produzzjoni ta’ ċirkwiti elettroniċi stampati. |
NB: |
Għal poliimidi aromatiċi “fużibbli” fi kwalunkwe forma, ara 1C008.a.3. |
1A004
Tagħmir u komponenti protettivi u ta’ rilevament, minbarra dawk speċifikati fil-kontrolli tal-merkanzija militari, kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL 2B351 U 2B352. |
a. |
Maskri tal-gass, filtri u tagħmir ta’ dekontaminazzjoni għalihom, iddisinjati jew immodifikati għad-difiża kontra xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
|
b. |
Ilbies protettiv, ingwanti u żraben, iddisinjati apposta jew immodifikati għad-difiża kontra xi wieħed minn dan li ġej:
|
c. |
Sistemi ta’ rilevament, iddisinjati apposta jew immodifikati għar-rilevament jew l-identifikazzjoni ta’ xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
|
d. |
Tagħmir elettroniku ddisinjat għar-rilevament jew l-identifikazzjoni awtomatika tal-preżenza ta’ residwi ta’ “splussivi” u li jużaw tekniki ta’ ‘rilevament ta’ traċċi’ (pereżempju mewġ akustiku tal-wiċċ, spettrometrija tal-mobbiltà jonika, spettrometrija tal-mobbiltà divrenzjali, spettromettrija tal-massa). |
Nota Teknika:
‘Rilevament ta’ traċċi’ hija definta bħala l-kapaċità ta’ rilevament ta’ anqas minn 1 ppm fwar, jew 1 mg solidu jew likwidu.
Nota 1: |
1A004.d. ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat apposta għall-użu fil-laboratorju. |
Nota 2: |
1A004.d. ma jikkontrollax bibien tas-sigurtà li wieħed jgħaddi minnhom mingħajr ma jkun hemm kuntatt. |
Nota: |
1A004 ma jikkontrollax:
|
Noti Tekniċi
1. |
1A004 jinkludi tagħmir u komponenti li ġew identifikati, ittestjati b’suċċess għal standards nazzjonali jew ipprovati li b’xi mod ieħor huma effettiv, għar-rilevament jew id-difiża kontra materjali radjuattivi “adattati għal użu fil-gwerra”, aġenti bijoloġiċi “adattati għal użu fil-gwerra”, aġenti tal-gwerra kimika, ‘simulanti’ jew “aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet”, anke jekk it-tagħmir jew il-komponenti bħal dawn huma użati fl-industrija ċivili bħal dik tal-mini, il-barrieri, l-agrikoltura, il-farmaċewtika, il-mediċina, l-industrija veterinarja, dik ambjentali, it-trattament tal-iskart, jew l-industrija tal-ikel. |
2. |
‘Simulant’ hu sustanza jew materjal li jintuża minflok aġent tossiku (kimiku jew bijoloġiku) fit-taħriġ, ir-riċerka, l-ittestjar jew l-evalwazzjoni. |
1A005
Ilbies korazzat, u komponenti ddisinjati apposta għalih, minbarra dawk manifatturati għal standards jew speċifikazzjonijiet militari jew l-ekwivalenti tagħhom fil-prestazzjoni.
NB: |
ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI. |
NB: |
Għal “materjali fibrużi jew filamentari” użati fil-manifattura tal-ilbies korazzat, ara 1C010. |
Nota 1: |
1A005 ma jikkontrollax ilbies korazzat jew ilbies protettiv meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess. |
Nota 2: |
1A005 ma jikkontrollax ilbies korazzat iddisinjat sabiex jipprovdi protezzjoni frontali biss minn frammenti kif ukoll l-effett ta’ splużjoni minn apparat splussiv nonmilitari. |
1A006
Tagħmir iddisinjat apposta jew immodifikat għar-rimi ta’ apparat splussiv improvviżat, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:
NB: |
ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI. |
a. |
Vetturi li jitħaddmu mill-bogħod; |
b. |
‘Disruptors’. |
Nota Teknika:
‘Disruptors’ huma apparati ddisinjati apposta bil-għan li jipprevjenu l-operazzjoni ta’ apparat splussiv billi jixħtu projettili likwidu, solidu jew fraġli.
Nota: |
1A006 ma jikkontrollax tagħmir li jkun akkumpanjat mill-operatur tiegħu. |
1A007
Tagħmir u apparat, iddisinjati apposta biex jinizjaw splużjoni, u apparat li fih “materjali enerġetiċi”, permezz ta’ mezzi elettriċi, kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI, 3A229 u 3A232. |
a. |
Settijiet li jixegħlu detonaturi splussivi ddisinjati sabiex iħaddmu d-detonaturi splussivi speċifikati f’1A007.b.; |
b. |
Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġej:
|
Noti Tekniċi
1. |
Il-kelma inizjatur xi kultant tintuża minflok il-kelma detonatur. |
2. |
Għall-finijiet ta’ 1A007.b. id-detonaturi konċernati kollha jutilizzaw konduttur elettriku żgħir (pont, wajer pont jew fojl) li jivvaporizza b’mod splussiv meta impuls elettriku ta’ kurrent għoli rapidu jiġi mgħoddi minnu. F’tipi nonslapper, il-konduttur li jisplodi jibda detonazzjoni kimika f’materjal splussiv ħafna ta’ kuntatt bħal PETN (pentaeritritoltetranitrat). F’detonaturi slapper, il-vaporizzazzjoni splussiva tal-konduttur elettriku tħaddem flyer jew slapper minn naħa għal oħra ta’ fetħa, u l-impatt tas-slapper fuq splussiv jibda detonazzjoni kimika. F’xi wħud mid-disinji, is-slapper huwa mħaddem minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista’ jirreferi għal EB jew għal detonatur tat-tip slapper. |
1A008
Kariki, tagħmir u komponenti, kif ġej:
a. |
‘Kariki ffurmati’ li għandhom dawn kollha li ġejjin:
|
b. |
Kariki li jaqtgħu f’forma lineari li għandhom dawn kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:
|
c. |
Korda għad-detonatur b’tagħbija splussiva fil-qalba akbar minn 64 g/m; |
d. |
Għodod tal-qtugħ, ħlief għal dawk speċifikati f’1A008.b., u għodod ta’ stakkar, li għandhom Kwantità Splussiva Netta (NEQ) akbar minn 3.5 kg. |
Nota Teknika:
‘Kariki ffurmati’ huma kariki splussivi ffurmati biex jiffokaw l-effetti tal-forza tal-isplużjoni.
1A102
Komponenti karbonju-karbonju pirolizzati risaturati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104.
1A202
Strutturi kompożiti, minbarra dawk speċifikati f’1A002, fil-forma ta’ tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
NB: |
ARA WKOLL 9A010 U 9A110. |
a. |
Dijametru intern ta’ bejn 75 mm u 400 mm; u |
b. |
Magħmulin bi kwalunkwe wieħed mill-“materjali fibrużi u filamentari” speċifikati f’1C010.a. jew b. jew 1C210.a. jew b’materjali preimpregnati bil-karbonju speċifikati f’1C210.c. |
1A225
Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati apposta jew ippreparati għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil.
1A226
Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta’ ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Magħmulin minn malja ta’ bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; u |
b |
Iddisinjati sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni fil-vakwu. |
1A227
Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta’ densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u frejmijiet iddisinjati apposta għalihom:
a. |
‘Żona kiesħa’ ikbar minn 0,09 m2; |
b. |
Densità ikbar minn 3 g/cm3; u |
c. |
Ħxuna ta’ 100 mm jew aktar. |
Nota Teknika:
F’1A227 t-terminu ‘żona kiesħa’ jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għall-iktar livell baxx ta’ radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.
1B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
1B001
Tagħmir għall-produzzjoni jew l-ispezzjoni ta’ strutturi jew laminati “kompożiti” speċifikati f’1A002 jew “materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:
NB: |
ARA WKOLL 1B101 U 1B201. |
a. |
Magni għat-tkebbib tal-filament, li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament, it-tgeżwir u t-tkebbib tal-fibri huma koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar ta’ ‘servopożizzjonament primarju’, iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati “kompożiti”, minn “materjali fibrużi jew filamentari”; |
b. |
Magni għat-tqegħid tat-tejp, li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar u t-tqegħid tat-tejp jew il-folji huma koordinati u programmati f’ħames assi jew aktar ta’ ‘servopożizzjonament primarju’, iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ strutturi “kompożiti” ta’ korp ta’ ajruplan jew ‘missili’;
|
c. |
Magni tal-insiġ multidirezzjonali u multidimensjonali jew magni tad-dafar, inklużi adattaturi u kittijiet għall-modifika, iddisinjati apposta jew immodifikati għall-insiġ, id-dafar jew l-immaljar ta’ fibri, għal strutturi “kompożiti”; Nota Teknika: Għall-iskopijiet ta’ 1B001.c., it-teknika ta’ dafar tinkludi n-niting. |
d. |
Tagħmir iddisinjat apposta jew adattat għall-produzzjoni ta’ fibri rinforzanti, kif ġej:
|
e. |
Tagħmir sabiex jipproduċi preimpregnati speċifikati f’1C010.e. bil-metodu ta’ tidwib bis-sħana; |
f. |
Tagħmir għall-ispezzjoni nondistruttiva ddisinjat apposta għal materjali “kompożiti”, kif ġej:
|
g. |
Magni għat-tqegħid tal-wajers, li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament u tqegħid ta’ wajers jew folji huma koordinati u programmati f’żewġ assi jew aktar ta’ ‘servopożizzjonament primarju’, iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ strutturi “kompożiti” ta’ korp tal-ajru jew ta’ ‘missili’. |
Nota Teknika:
Għall-iskop ta’ 1B001, l-assi ta’ ‘servopożizzjonament primarju’ jikkontrollaw, taħt id-direzzjoni ta’ programm tal-kompjuter, il-pożizzjoni tat-tagħmir tat-tarf (jiġifieri, ir-ras) fl-ispazju mqabbel mal-biċċa li qed tinħadem fl-orjentament u d-direzzjoni korretta biex jinkiseb il-proċess mixtieq.
1B002
Tagħmir sabiex jipproduċi liegi tal-metall, trab ta’ liegi tal-metall jew materjali tal-liegi, iddisinjati apposta sabiex jevitaw il-kontaminazzjoni u ddisinjati apposta għall-użu f’wieħed mill-proċessi speċifikati f’1C002.c.2.
NB: |
ARA WKOLL 1B102. |
1B003
Għodod, forom, forom imħaffrin jew muntaġġi, għal “formazzjoni superplastika” jew “irbit bid-diffużjoni” ta’ titanju, aluminju jew il-liegi tagħhom, iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ xi wieħed minn dan li ġej:
a. |
Strutturi ta’ korp ta’ ajruplan jew tal-aerospazju; |
b. |
Magni ta’ “inġenji tal-ajru” jew tal-aerospazju; jew |
c. |
Komponenti ddisinjati apposta għall-istrutturi speċifikati f’1B003.a. jew għall-magni speċifikati f’1B003.b. |
1B101
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f’1B001, għall-“produzzjoni” ta’ kompożiti strutturali kif ġej; u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:
NB: |
ARA WKOLL 1B201. |
Nota: |
Komponenti u aċċessorji speċifikati f’1B101 inkluż forom imħaffrin, mandrini tat-torn, forom, muntaġġi u għodod għall-ippressar tal-preforma, ikkurar, ikkastjar, tgħaqqid bis-sħana jew irbit ta’ strutturi kompożiti, laminati u manifatturi tagħhom. |
a. |
Magni għat-tkebbib tal-filament jew magni għat-tqegħid tal-fibri li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta’ fibri jistgħu jiġu koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati kompożiti minn materjali fibrużi jew filamentari, u kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw; |
b. |
Magni ta’ tqegħid ta’ tejp li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid jew il-pjazzament tat-tejp u l-folji jistgħu jiġu koordinati u programmati f’żewġ assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta’ strutturi kompożiti ta’ korp tal-ajruplan jew “missili”; |
c. |
Tagħmir iddisinjat jew immodifikat għall-“produzzjoni” ta’ “materjali fibrużi jew filamentari” kif ġej:
|
d. |
Tagħmir iddisinjat jew modifikat għat-trattament speċjali tal-wiċċ tal-fibri jew għall-produzzjoni ta’ preimpregnati u preformati speċifikati fil-punt 9C110.
|
1B102
“Tagħmir tal-produzzjoni” tat-trab tal-metall, minbarra dak speċifikat f’1B002, u komponenti kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL 1B115.b. |
a. |
“Tagħmir tal-produzzjoni” tat-trab tal-metall li jista’ jintuża għall-“produzzjoni”, f’ambjent ikkontrollat, ta’ materjali sferiċi jew atomizzati speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111.a.1., 1C111.a.2. jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari. |
b. |
Komponenti ddisinjati apposta għal “tagħmir tal-produzzjoni” speċifikat f’1B002 jew 1B102.a. |
Nota: |
1B102 jinkludi:
|
1B115
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f’1B002 jew 1B102, għall-produzzjoni ta’ propellant u kostitwenti ta’ propellant, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
a. |
“Tagħmir tal-produzzjoni” għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti likwidi jew kostitwenti ta’ propellanti speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari; |
b. |
“Tagħmir tal-produzzjoni” għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar, it-taħlit, l-ikkurar, l-ikkastjar, l-ippressar, l-immaxinjar, l-estrużjoni jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti jew kostitwenti ta’ propellanti solidi speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
|
Nota 1: |
Għal tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta’ merkanzija militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari. |
Nota 2: |
1B115 ma jikkontrollax tagħmir għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar u l-ittestjar għall-aċċettazzjoni tal-karbur tal-boron. |
1B116
Żennuni ddisinjati apposta għall-produzzjoni ta’ materjali miksubin pirolitikament ifformati fuq forma, mandrin jew sottostrati oħra minn gassijiet prekursuri li jiddikomponu fil-firxa tat-temperatura 1 573 K (1 300 °C) sa 3 173 K (2 900 °C) fi pressjonijiet ta’ 130 Pa sa 20 kPa.
1B117
Tagħmir għat-taħlit diskontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta’ żero sa 13,326 kPa u b’kapaċità ta’ kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu dawn li ġejjin kollha, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
a. |
Kapaċità volumetrika totali ta’ 110 litri jew aktar; u |
b. |
Mill-inqas wieħed mix-xaftijiet għat-taħlit/impastar immuntat lil hinn miċ-ċentru. |
1B118
Tagħmir għat-taħlit kontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta’ żero sa 13,326 kPa u b’kapaċità ta’ kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:
a. |
Żewġ xaftijiet jew aktar għat-taħlit/impastar; jew |
b. |
Xaft li jdur uniku li joxxilla u li għandu pinnijiet/snien tal-impastar fuq ix-xaft kif ukoll fil-ġewwieni tal-ħitan tal-kamra tat-taħlit. |
1B119
Imtieħen tal-enerġija bil-fluwidu li jistgħu jintużaw sabiex għat-tifrik jew it-tħin tas-sustanzi speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.
1B201
Magni għat-tkebbib ta’ filament, minbarra dawk speċifikati f’1B001 jew 1B101, u tagħmir relatat, kif ġej:
a. |
Magni għat-tkebbib ta’ filament li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
Kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f’1B201.a.; |
c. |
Mandrini ta’ preċiżjoni għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f’1B201.a. |
1B225
Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu b’kapaċità ta’ produzzjoni ikbar minn 250 g ta’ fluworu fis-siegħa.
1B226
Separaturi elettromanjetiċi tal-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta’ raġġ joniku ta’ 50 mA jew ogħla.
Nota: |
1B226 jinkludi separaturi:
|
1B227
Konvertituri tas-sintesi tal-ammonja jew unitajiet tas-sintesi tal-ammonja, fejn il-gass tas-sintesi (nitroġenu u idroġenu) jinġibed minn kolonna ta’ skambju ta’ pressjoni għolja ammonja/idroġenu u l-ammonja sintetizzata hija rritornata ġewwa l-kolonna msemmija.
1B228
Kolonni ta’ distillazzjoni krijoġeniċi tal-idroġenu li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:
a. |
Iddisinjati sabiex jaħdmu b’temperaturi interni ta’ 35 K (– 238 °C) jew inqas; |
b. |
Iddisinjati sabiex jaħdmu bi pressjoni interna ta’ 0,5 sa 5 MPa; |
c. |
Magħmula jew minn:
|
d. |
B’dijametri interni ta’ 1 m jew ikbar u tulijiet effettivi ta’ 5 m jew ikbar. |
1B229
Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu u ‘kuntatturi interni’, kif ġej:
NB: |
Għal kolonni li huma ddisinjati apposta jew ippreparati għall-produzzjoni ta’ ilma tqil ara 0B004. |
a. |
Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
‘Kuntatturi interni’ għal kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu speċifikati f’1B229.a. Nota Teknika: ‘Kuntatturi interni’ tal-kolonni huma pjanċi segmentati li għandhom dijametru mmuntat effettiv ta’ 1,8 m jew ikbar, huma ddisinjati sabiex jiffaċilitaw il-kuntattar kontrokurrenti u magħmulin minn azzar inossidabbli b’kontenut ta’ karbonju ta’ 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu pjanċi li jgħarblu, pjanċi bil-valvi, pjanċi bil-kapep għall-bżieżaq, jew pjanċi turbogradilja. |
1B230
Pompi kapaċi jiċċirkulaw soluzzjonijiet ta’ katalizzatur ta’ amidju tal-potassju konċentrati jew dilwiti f’ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
a. |
Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament); |
b. |
Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; u |
c. |
Waħda mill-karatteristċi li ġejjin:
|
1B231
Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
a. |
Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni, jew l-immaniġġar tat-tritju; |
b. |
Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:
|
1B232
Turbini ta’ espansjoni jew settijiet ta’ turbina ta’ espansjoni-kompressur li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Iddisinjati sabiex jaħdmu b’temperatura tal-ħruġ ta’ 35 K (– 238 °C) jew inqas; u |
b. |
Iddisinjati għal fluss ta’ gass idroġenu ta’ 1 000 kg/h jew ikbar. |
1B233
Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
a. |
Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju; |
b. |
Tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, kif ġej:
|
1C
Materjali
Nota Teknika:
Metalli u liegi:
Dment li ma ssir ebda dispożizzjoni għall-kuntrarju, il-kliem “metalli” u “liegi” f’1C001 sa 1C012 ikopru forom grezzi u semi-fabbrikati, kif ġej:
|
Forom grezzi: Anodi, blalen, żbarri (inkluż żbarri intaljati u żbarri tal-wajer), billetti, blokok, watet, brikketti, tjun, katodi, kristalli, kubi, dadi, frak, granuli, ingotti, bċejjeċ, gerbub, mases tawwalin, trab, rondelli, balal, ċangaturi, biċċiet tondi, sponża, stikek; |
|
Forom semi-fabbrikati (sew jekk miksija, ibbanjati, imtaqqbin jew ippanċjati u sew jekk le):
|
L-għan tal-kontroll m’għandux jintilef bl-esportazzjoni ta’ forom mhux elenkati allegatament prodotti lesti iżda li jirrappreżentaw fir-realtà forom grezzi jew forom semi-fabbrikati.
1C001
Materjali ddisinjati apposta għal użu bħala assorbituri ta’ mewġ elettromanjetiku, jew polimeri intrinsikament konduttivi, kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL 1C101. |
a. |
Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 2 × 108 Hz iżda inqas minn 3 × 1012 Hz;
|
b. |
Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 1,5 × 1014 Hz iżda inqas minn 3,7 × 1014 Hz u mhux trasparenti għad-dawl viżibbli; |
c. |
Materjali polimeriċi intrinsikament konduttivi b’ ‘konduttività elettrika tal-volum’ ogħla minn 10 000 S/m (Siemens kull metru) jew ‘reżistività tal-wiċċ’ ta’ inqas minn 100 ohm/kwadrat, ibbażati fuq xi wieħed mill-polimeri li ġejjin:
Nota Teknika: ‘Konduttività elettrika tal-volum’ u ‘reżistività tal-wiċċ’ għandhom jiġu determinati bl-użu ta’ ASTM D-257 jew ekwivalenti nazzjonali. |
1C002
Liegi tal-metall, trab tal-liegi tal-metall jew materjali tal-liegi, kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL 1C202. |
Nota: |
1C002 ma jikkontrollax liegi tal-metall, trab tal-liegi tal-metall u materjali tal-liegi għas-sottostrati tal-kisi. |
Noti Tekniċi:
1. |
Il-liegi tal-metall f’1C002 huma dawk li jkollhom persentaġġ ogħla bil-piż tal-metall imsemmi minn kwalunkwe element ieħor. |
2. |
Il-‘ħajja sa ma jinqasam’ bl-isforz għandha titkejjel skont l-Istandard ASTM E-139 jew normi nazzjonali ekwivalenti. |
3. |
Ir-‘reżistenza għall-għaja oligoċiklika’ għandha titkejjel skont l-Istandard ASTM E-606 ‘Prattika Rakkomandata għall-Ittestjar tar-Reżistenza għall-Għaja Oligoċiklika b’Amplitudni Kostanti’ jew normi ekwivalenti nazzjonali. L-ittestjar għandu jkun assjali bi proporzjon ta’ stress medju ugwali għal 1 u fattur ta’ konċentrazzjoni ta’ stress (Kt) ugwali għal 1. L-istress medju hu definit bħala l-istress massimu li jitnaqqaslu l-istress minimu diviż bl-istress massimu. |
a. |
Aluminidi, kif ġej:
|
b. |
Liegi tal-metall, kif ġej, magħmulin minn trab jew materjal partikulat speċifikat f’1C002.c.:
|
c. |
Trab jew materjal partikulat ta’ liega tal-metall, li għandu dan kollu li ġej:
|
d. |
Materjali lligati li għandhom dan kollu li ġej:
|
1C003
Metalli manjetiċi, ta’ kull tip u ta’ kwalunkwe forma, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
a. |
Permeabilità relattiva inizjali ta’ 120 000 jew aktar u ħxuna ta’ 0,05 mm jew inqas; Nota Teknika: Il-kejl tal-permeabilità relattiva inizjali għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati. |
b. |
Liegi manjetostrittivi li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
c. |
Strippi ta’ liegi amorfi jew ‘nanokristallini’, li għandhom dan kollu li ġej:
Nota Teknika: Materjali ‘nanokristallini’ f’1C003.c. huma dawk il-materjali li għandhom daqs ta’ farka ta’ kristall ta’ 50 nm jew inqas, kif determinati bid-diffrazzjoni bir-raġġi-X. |
1C004
Liegi tal-uranju titanju jew liegi tat-tungstenu b’ “matriċi” bbażati fuq ħadid, nikil jew ram, li għandhom dan kollu li ġej:
a. |
Densità ogħla minn 17,5 g/cm3; |
b. |
Limitu elastiku ogħla minn 880 MPa; |
c. |
Limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ogħla minn 1 270 MPa; u |
d. |
Allungament ogħla minn 8 %. |
1C005
“Kondutturi”“kompożiti”“superkonduttivi” f’tulijiet ogħla minn 100 m jew b’massa ikbar minn 100 g, kif ġej:
a. |
Kondutturi “kompożiti”“superkonduttivi” li fihom ‘filament’ tan-nijobju-titanju wieħed jew aktar, li għandhom it-tnejn li ġejjin:
|
b. |
“Kondutturi”“kompożiti”“superkonduttivi” li jikkonsistu f’‘filament’“superkonduttiv” wieħed jew aktar li m’hux nijobju-titanju, li għandhom dan kollu li ġej:
|
c. |
“Kondutturi”“kompożiti”“superkonduttivi” li jikkonsistu f’‘filament’“superkonduttiv” wieħed jew aktar li jibqgħu “superkonduttivi” f’aktar minn 115 K (– 158,16 °C). Nota Teknika: Għall-iskop ta’ 1C005, il-‘filamenti’ jistgħu jkunu f’forma ta’ wajer, ċilindru, pellikola, tejp jew żigarella. |
1C006
Fluwidi u materjali lubrikanti, kif ġej:
a. |
Fluwidi idrawliċi li, bħala ingredjenti prinċipali tagħhom, ikollhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
b. |
Materjali lubrikanti li bħala l-ingredjenti prinċipali tagħhom fihom xi wieħed minn dan li ġej:
|
c. |
Fluwidi li jtaffu l-iskossi jew ta’ flottazzjoni li għandhom dan kollu li ġej:
|
d. |
Fluwidi fluworokarburi li jkessħu għall-elettronika li għandhom dan kollu li ġej:
|
Nota Teknika:
Għall-iskop ta’ 1C006:
1. |
Il-‘punt ta’ infjammabbiltà’ jiġi determinat bl-użu tal-Metodu Cleveland Open Cup deskritt f’ASTM D-92 jew ekwivalenti nazzjonali; |
2. |
Il-‘punt fejn jitferra’ jiġi determinat bl-użu tal-metodu deskritt f’ASTM D-97 jew ekwivalenti nazzjonali; |
3. |
L-‘indiċi tal-viskożità’ jiġi determinat bl-użu tal-metodu deskritt f’ASTM D-2270 jew ekwivalenti nazzjonali; |
4. |
L-‘istabbilità termika’ tiġi determinata bil-proċedura tal-ittestjar li ġejja jew ekwivalenti nazzjonali: Għoxrin ml ta’ fluwidu li qed jiġi ttestjat jitqiegħed f’kamra ta’ 46 ml tal-azzar inossidabbli tat-tip 317 li fiha ballun tal-azzar tal-għodda M-10 b’dijametru (nominali) ta’ 12,5 mm, ballun tal-istess daqs tal-azzar 52100 u ieħor tal-bronż navali (60 % Cu, 39 % Zn, 0,75 % Sn); Il-kamra titnaddaf bin-nitroġenu, tiġi ssiġillata fi pressjoni atmosferika u t-temperatura tittella’ sa 644 ± 6 K (371 ± 6 °C) u tinżamm hekk għal sitt sigħat; Il-kampjun ikun ikkunsidrat bħala termalment stabbli jekk, fi tmiem il-proċedura ta’ hawn fuq, ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
5. |
It-‘temperatura fejn jieħu n-nar’ tiġi determinata bl-użu tal-metodu deskritt f’ASTM E-659 jew ekwivalenti nazzjonali. |
1C007
Materjali ta’ bażi ċeramika, materjali taċ-ċeramika mhux “kompożiti”, materjali “kompożiti” tal-“matriċi” taċ-ċeramika u materjali prekursuri, kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL 1C107. |
a. |
Materjali tal-bażi ta’ boruri kumplessi jew singoli tat-titanju, li jkollhom impuritajiet metalliċi totali, esklużi żidiet intenzjonali, ta’ inqas minn 5 000 ppm, qies ta’ partiċella medja daqs jew inqas minn 5 μm u mhux iktar minn 10 % tal-partiċelli ikbar minn 10 μm; |
b. |
Materjali taċ-ċeramika mhux “kompożiti” fil-forma grezzi jew semi-fabbrikati, magħmula minn boruri tat-titanju b’densità ta’ 98 % jew aktar tad-densità teoretika;
|
c. |
Materjali “kompożiti” ċeramika-ċeramika b’ “matriċi” ta’ ħġieġ jew ossidu u rinfurzati b’fibri li għandhom dan kollu li ġej:
|
d. |
Materjali “kompożiti” ċeramika-ċeramika, b’fażi metallika kontinwa jew mingħajrha, li jinkorporaw partiċelli, fibri tal-kristall jew fibri, fejn il-“matriċi” hi ffurmata minn karburi jew nitridi ta’ silikon, żirkonju jew boron; |
e. |
Materjali prekursuri (jiġifieri materjali polimeriċi jew metallo-organiċi għal użu speċjali) sabiex tkun prodotta kwalunkwe fażi jew fażijiet tal-materjali speċifikati f’1C007.c., kif ġej:
|
f. |
Materjali “kompożiti” ċeramika-ċeramika b’ “matriċi” ta’ ħġieġ jew ossidu rinfurzata b’fibri kontinwi minn xi waħda mis-sistemi li ġejjin:
|
1C008
Sustanzi polimeriċi nonfluworuati kif ġej:
a. |
Imidi, kif ġej:
|
b. |
Kopolimeri kristalli likwidi termoplastiċi li għandhom temperatura ta’ distorsjoni bis-sħana ogħla minn 523 K (250 °C) imkejla skont ISO 75-2 (2004), metodu A, jew ekwivalenti nazzjonali, b’tagħbija ta’ 1,80 N/mm2 u magħmula minn:
|
c. |
Mhux użat; |
d. |
Ketoni poliarilini; |
e. |
Sulfidi tal-poliarilin, fejn il-grupp arilin huwa bifenilin, trifenilin jew kombinazzjonijiet tagħhom; |
f. |
Polibifenilenetersulfun b’‘temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)’ ogħla minn 513 K (240 °C). |
Nota Teknika:
It-‘temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)’ għal materjali ta’ 1C008 hija determinata bl-użu tal-metodu deskritt f’ISO 11357-2 (1999) jew ekwivalenti nazzjonali. Barra minn hekk, għal materjali 1C008.a.2., it-‘temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)’ hija determinata fuq kampjun ta’ test tal-PAI li jkun ġie inizjalment ikkurat b’temperatura minima ta’ 310 °C għal minimu ta’ 15-il minuta.
1C009
Komposti fluworuati mhux ipproċessati kif ġej:
a. |
Kopolimeri ta’ fluworur tal-vinilidin li għandhom 75 % jew aktar ta’ struttura kristallina beta mingħajr tiġbid; |
b. |
Polimidi fluworuati li fihom 10 % bil-piż jew aktar ta’ fluworu kkombinat; |
c. |
Elastomeri tal-fosfażin fluworuat li fihom ta’ 30 % bil-piż jew aktar ta’ fluworu ikkombinat. |
1C010
“Materjali fibrużi jew filamentari”, kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL 1C210 U 9C110. |
a. |
“Materjali fibrużi jew filamentari” organiċi, li għandhom it-tnejn li ġejjin:
|
b. |
“Materjali fibrużi jew filamentari”, tal-karbonju, li għandhom it-tnejn li ġejjin:
Nota Teknika: Karatteristiċi għal materjali deskritti f’1C010.b. għandhom jiġu determinati bl-użu ta’ metodi rakkomandati mis-SACMA, SRM 12 sa 17, ISO 10618 (2004) 10.2.1 Metodu A jew ittestjar ekwivalenti nazzjonali għall-wajers u bbażati fuq medja tal-lott. |
c. |
“Materjali fibrużi jew filamentari” inorganiċi, li għandhom it-tnejn li ġejjin:
|
d. |
“Materjali fibrużi jew filamentari”, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
|
e. |
“Materjali fibrużi jew filamentari” impregnati kompletament jew parzjalment bir-reżina jew biż-żift (preimpregnati), “materjali fibrużi jew filamentari” miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew “preformati tal-fibri tal-karbonju”, li għandhom dan kollu li ġej:
|
1C011
Metalli u komposti, kif ġej:
NB: |
ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI u 1C111. |
a. |
Metalli f’daqs ta’ partiċelli ta’ inqas minn 60 μm kemm jekk sferikali, atomizzati, sferojdali, f’laqx jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta’ żirkonju, manjesju u l-liegi tagħhom; Nota Teknika: Il-kontenut naturali tal-ħafnju fiż-żirkonju (tipikament 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.
|
b. |
Boron jew ligi tal-boron, b’daqs ta’ partiċella ta’ 60 μm jew inqas, kif ġej;
|
c. |
Nitrat tal-gwanidin (CAS 506-93-4); |
d. |
Nitrogwanidin (NQ) (CAS 556-88-7).
|
1C012
Materjali kif ġej:
Nota Teknika:
Dawn il-materjali tipikament jintużaw għal sorsi ta’ sħana nukleari.
a. |
Plutonju f’kull forma b’analiżi isotopika tal-plutonju ta’ plutonju-238 ta’ aktar minn 50 % bil-piż;
|
b. |
Nettunju-237 “preċedentement separat” taħt kwalunkwe forma.
|
1C101
Materjali u apparat għat-tnaqqis ta’ karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività radar, karatteristiċi ultravjola/infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi, minbarra dawk speċifikati f’1C001, li jistgħu jintużaw f’‘missili’, sottosistemi ta’ “missili” jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f’9A012.
Nota 1: |
1C101 jinkludi:
|
Nota 2: |
1C101 ma jinkludix kisjiet meta użati apposta għall-kontroll termiku tas-satelliti. |
Nota Teknika:
F’1C101 ‘missila’ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.
1C102
Materjali karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104.
1C107
Grafit u materjali taċ-ċeramika, minbarra dawk speċifikati f’1C007, kif ġej:
a. |
Grafiti fi frak fin b’densità tal-massa ta’ 1,72 g/cm3 jew ikbar, imkejla f’temperatura ta’ 288 K (15 °C), u li għandhom id-daqs tal-frak ta’ 100 μm jew inqas, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi tad-dħul fl-atmosfera, li jistgħu jiġu mmaxinjati ma’ xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:
|
b. |
Grafiti pirolitiċi jew fibrużi rinfurzati, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi tad-dħul fl-atmosfera li jintużaw f’ “missili”, vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104;
|
c. |
Materjali kompożiti taċ-ċeramika (kostant dielettriku inqas minn 6 f’kull frekwenza minn 100 MHz sa 100 GHz) għall-użu f’randomes li jistgħu jintużaw fil-“missili”, il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f’9A104; |
d. |
Ċeramika fi kwantità rinfurzata bil-karbur tas-silikon mhix moħmija u li tista’ tiġi mmaxinjata, li tista’ tintuża għall-ponot ta’ quddiem li jistgħu jintużaw fil-“missili”, il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f’9A104; |
e. |
Kompożiti taċ-ċeramika rinfurzati bil-karbur tas-silikon, li jistgħu jintużaw għall-ponot ta’ quddiem, il-vetturi tad-dħul fl-atmosfera u l-flaps taż-żennuni li jistgħu jintużaw fil-“missili”, il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f’9A104. |
1C111
Propellanti u sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti, minbarra dawk speċifikati f’1C011, kif ġej:
a. |
Sustanzi propulsivi:
|
b. |
Sustanzi polimeriċi:
|
c. |
Addittivi u aġenti oħrajn tal-propellant:
|
1C116
Azzar maraging li għandu limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta’ 1 500 MPa jew aktar, imkejla f’temperatura ta’ 293 K (20 °C), fil-forma ta’ folji, pjanċi jew tubi bi ħxuna tal-ħajt jew tal-pjanċa daqs jew inqas minn 5 mm.
NB: |
ARA WKOLL 1C216. |
Nota Teknika:
Azzar maraging huma liegi tal-ħadid ġeneralment karatterizzati minn kontenut għoli ta’ nikil, kontenut baxx ħafna ta’ karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzjoni jew preċipitati sabiex jipproduċu t-tisħiħ u t-twebbis biż-żmien tal-liega.
1C117
Materjali għall-produzzjoni ta’ komponenti ta’ ‘missili’ kif ġej:
a. |
Tungstenu u liegi f’forma partikulata b’kontenut ta’ tungstenu ta’ 97 % jew iktar bil-piż u daqs tal-partiċelli ta’ 50 × 10–6 m (50 μm) jew inqas; |
b. |
Molibdenu u liegi f’forma partikulata b’kontunut ta’ molibdenu ta’ 97 % jew iktar bil-piż u daqs tal-partiċelli ta’ 50 × 10–6 m (50 μm) jew inqas; |
c. |
Materjali tat-tungstenu f’forma solida li għandhom dan kollu li ġej:
|
Nota Teknika:
F’1C117 ‘missila’ tfisser sistemi ta’ rokit komplet u sistemi ta’ vettura tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jwasslu għal aktar minn 300 km.
1C118
Azzar inossidabbli dupleks stabilizzat bit-titanju (Ti-DSS) li għandu dan kollu li ġej:
a. |
Li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
b. |
Li għandu xi waħda mill-forom li ġejjin:
|
1C202
Liegi, minbarra dawk speċifikati f’1C002.b.3. jew.b.4., kif ġej:
a. |
Liegi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Liegi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
Nota Teknika:
Il-frażi liegi ‘kapaċi għal’ tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana.
1C210
‘Materjali fibrużi jew filamentari’ jew preimpregnati, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., b. jew e., kif ġej:
a. |
‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
c. |
“Ħjut”, “rovings”, “wajers” jew “tejps” kontinwament impregnati bir-reżina fformata bis-sħana b’wisa’ ta’ 15 mm jew inqas (preimpregnati), magħmula mill-‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati f’1C210.a. jew b. Nota Teknika: Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompożitu. |
Nota: |
F’1C210, ‘materjali fibrużi jew filamentari’ hija ristretta għal “monofilamenti”, “ħjut”, “rovings”, “wajers” jew “tejps” kontinwi. |
1C216
Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f’1C116, ‘kapaċi għal’ limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta’ 2 050 MPa jew aktar, f’temperatura ta’ 293 K (20 °C).
Nota: |
1C216 ma jikkontrollax forom li d-dimensjonijiet lineari kollha fihom huma ta’ 75 mm jew inqas. |
Nota Teknika:
Il-frażi azzar maraging ‘kapaċi għal’ tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana.
1C225
Boron arrikkit fl-iżotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: |
F’1C225 taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mgħobbija bil-boron. |
Nota Teknika:
L-abbundanza iżotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 fil-mija bil-piż (20 fil-mija tal-atomi).
1C226
Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u liegi li fihom aktar minn 90 % tungstenu bil-piż, minbarra dak speċifikat minn 1C117, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
F’forom b’simetrija ċilindrika vojta (inklużi segmenti taċ-ċilindru) b’dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; u |
b. |
Massa ta’ aktar minn 20 kg. |
Nota: |
1C226 ma jikkontrollax il-prodotti manifatturati ddisinjati apposta bħala piżijiet jew kollimaturi tar-raġġi gamma. |
1C227
Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Li fih inqas minn 1 000 parti kull miljun bil-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-manjesju; u |
b. |
Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta’ boron. |
1C228
Manjesju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Li fih inqas minn 200 parti kull miljun bil-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; u |
b. |
Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta’ boron. |
1C229
Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
a. |
Purezza ta’ 99,99 % jew akbar bil-piż; u |
b. |
Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta’ fidda. |
1C230
Berillju metall, liegi li fihom aktar minn 50 % berillju bil-piż, komposti tal-berillju, prodotti manifatturati minnhom, u skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Oġġetti Militari.
NB: |
ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-OĠĠETTI MILITARI |
Nota: |
1C230 ma jikkontrollax dan li ġej:
|
1C231
Ħafnju metall, liegi li fihom aktar minn 60 % ħafnju bil-piż, komposti tal-ħafnju li fihom aktar minn 60 % ħafnju bil-piż, prodotti manifatturati minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.
1C232
Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: |
1C232 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta’ elju-3. |
1C233
Litju arrikkit fl-iżotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika tiegħu, u prodotti jew apparat li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, liegi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: |
1C233 ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti. |
Nota Teknika:
L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija bil-piż (7,5 fil-mija tal-atomi).
1C234
Żirkonju b’kontenut ta’ ħafnju ta’ inqas minn parti waħda ta’ afnju għal 500 parti ta’ żirkonju bil-piż, kif ġej: metall, liegi li fihom aktar minn 50 % żirkonju bil-piż, komposti, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: |
1C234 ma jikkontrollax iż-żirkonju fil-forma ta’ fojl li għandu ħxuna ta’ 0,10 mm jew inqas. |
1C235
Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma’ dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda f’kull 1 000, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: |
1C235 ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta’ tritju. |
1C236
Radjunuklidi li jarmu r-radjazzjoni alfa bi żmien ta’ tnaqqis bin-nofs tar-radjazzjoni alfa ta’ 10 ġranet jew aktar iżda inqas minn 200 sena, fil-forom li ġejjin:
a. |
Elementari; |
b. |
Komposti li għandhom attività alfa totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar; |
c. |
Taħlitiet li għandhom attività alfa totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar; |
d. |
Prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin. |
Nota: |
1C236 ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 3,7 GBq (100 millicuries) ta’ attività alfa. |
1C237
Radjum-226 (226Ra), liegi tar-radjum-226, komposti tar-radjum-226, taħlitiet li fihom radjum-226, prodotti maħdumin minnhom, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota: |
1C237 ma jikkontrollax dan li ġej:
|
1C238
Trifluworur tal-kloru (ClF3).
1C239
Splussivi qawwijin, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % bil-piż tagħhom, b’densità tal-kristalli akbar minn 1,8 g/cm3 u li għandhom veloċità tal-isplużjoni akbar minn 8 000 m/s.
1C240
Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, minbarra dawk speċifikati f’0C005, kifġej:
a. |
Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
b. |
Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati f’1C240.a. |
Nota: |
1C240 ma jikkontrollax dan li ġej:
|
Nota Teknika:
1C240.b. jirreferi għall-metall poruż iffurmat bil-kumpattazzjoni u s-sinterizzazzjoni tal-materjali f’1C240.a. sabiex jiġi ffurmat materjal tal-metall b’pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.
1C350
Sustanzi kimiċi, li jistgħu jintużaw bħala prekursuri għal aġenti kimiċi tossiċi, kif ġej, u “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom wieħed jew aktar minnhom:
NB: |
ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C450. |
1. |
Tijodiglikol (111-48-8); |
2. |
Ossiklorur tal-fosfru (10025-87-3); |
3. |
Metilfosfonat tad-dimetil (756-79-6); |
4. |
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL Difluworur tal-metil-fosfonil (676-99-3); |
5. |
Diklorur tal-metil fosfonil (676-97-1); |
6. |
Fosfit tad-dimetil (DMP) (868-85-9); |
7. |
Triklorur tal-fosfru (7719-12-2); |
8. |
Fosfit tat-trimetil (TMP) (121 45 9); |
9. |
Klorur tat-tijonil (7719-09-7); |
10. |
3-Idrossi-l-metilpiperidin (3554-74-3); |
11. |
Klorur ta’ N,N-diisopropil-(beta)-aminoetil (96-79-7); |
12. |
N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetan-tijol (5842-07-9); |
13. |
3-Kinuklidinol (1619-34-7); |
14. |
Fluworur tal-potassju (7789-23-3); |
15. |
2-Kloroetanol (107-07-3); |
16. |
Dimetilamina (124-40-3); |
17. |
Etilfosfonat tad-dietil (78-38-6); |
18. |
N,N-dimetilfosforamidat tad-dietil (2404-03-7); |
19. |
Fosfit tad-dietil (762-04-9); |
20. |
Idroklorur tad-dimetilamina (506-59-2); |
21. |
Diklorur tal-etil-fosfinil (1498-40-4); |
22. |
Diklorur tal-etil-fosfonil (1066-50-8); |
23. |
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL Difluworur tal-etil-fosfonil (753-98-0); |
24. |
Fluworur tal-idroġenu (7664-39-3); |
25. |
Benżilat tal-metil (76-89-1); |
26. |
Diklorur tal-metil-fosfinil (676-83-5); |
27. |
N,N-Diisopropil-(beta)-amino-etanol (96-80-0); |
28. |
Alkoħol pinakoliliku (464-07-3); |
29. |
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL O-Etil-2-diisopropilaminoetil-metil-fosfonit (QL) (57856-11-8); |
30. |
Fosfit tat-trietil (122-52-1); |
31. |
Triklorur tal-arseniku (7784-34-1); |
32. |
Aċidu benżiliku (76-93-7); |
33. |
Metilfosfonit tad-dietil (15715-41-0); |
34. |
Etilfosfonat tad-dimetil (6163-75-3); |
35. |
Difluworur tal-etil-fosfinil (430-78-4); |
36. |
Difluworur tal-metil-fosfonil (753-59-3); |
37. |
3-Kinuklidun (3731-38-2); |
38. |
Pentaklorur tal-fosfru (10026-13-8); |
39. |
Pinakolun (75-97-8); |
40. |
Ċjanur tal-potassju (151-50-8); |
41. |
Bifluworur tal-potassju (7789-29-9); |
42. |
Idroġenu fluworur tal-ammonju jew bifluworur tal-ammonju (1341-49-7); |
43. |
Fluworur tas-sodju (7681-49-4); |
44. |
Bifluworur tas-sodju (1333-83-1); |
45. |
Ċjanur tas-sodju (143-33-9); |
46. |
Trietanolamina (102-71-6); |
47. |
Pentasulphid tal-fosfru (1314-80-3); |
48. |
Di-isopropilamina (108-18-9); |
49. |
Dietilaminoetanol (100-37-8); |
50. |
Sulfid tas-sodju (1313-82-2); |
51. |
Monoklorur tal-kubrit (10025-67-9); |
52. |
Diklorur tal-kubrit (10545-99-0); |
53. |
Idroklorur tat-trietanolamina (637-39-8); |
54. |
Idroklorur ta’ N,N-diisopropil-(Beta)-aminoetilklorur (4261-68-1); |
55. |
Aċidu metilfosfoniku (993-13-5); |
56. |
Metilfosfonat tad-dietil (683-08-9); |
57. |
Diklorur ta’ N,N-dimetilaminofosforil (677-43-0); |
58. |
Fosfit tat-triiżopropil (116-17-6); |
59. |
Etildietanolamina (139-87-7); |
60. |
O,O-Dietil fosforotijoat (2465-65-8); |
61. |
O,O-Dietil fosforoditijoat (298-06-6); |
62. |
Essafluworosilikat tas-sodju (16893-85-9); |
63. |
Diklorur metilfosfonotijojku (676-98-2); |
Nota 1: |
Għall-esportazzjoni lil “Stati mhux Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi”, 1C350 ma jikkontrollax “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1, .3,.5,.11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57 u .63 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % bil-piż tat-taħlita. |
Nota 2: |
Għall-esportazzjoni lil “Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi”, 1C350 ma jikkontrollax “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57 u .63 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita. |
Nota 3: |
1C350 ma jikkontrollax “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.2, .6, .7, .8, .9, .10, .14, .15, .16, .19, .20, .24, .25, .30, .37, .38, .39, .40, .41, .42, .43, .44, .45, .46, .47, .48, .49, .50, .51, .52, .53, .58, .59, .60, .61 u .62 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita. |
Nota 4: |
1C350 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali. |
1C351
Patoġeni tal-bniedem, żoonosi u “tossini”, kif ġej:
a. |
Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
b. |
Riketzji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
c. |
Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
|
d. |
“Tossini”, kif ġej, u “sotto-unità ta’ tossini” tagħhom:
|