24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 350/2012
tat-23 ta' April 2012
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(2) |
Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex persuna u żewġ entitajiet jinżammu fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(3) |
Il-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuna u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma b’dan imħassra mil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
PERSUNA U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1
A Sedghi
Walship SA
Morison Menon Chartered Accountant