24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 350/2012

tat-23 ta' April 2012

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex persuna u żewġ entitajiet jinżammu fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

Il-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuna u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma b’dan imħassra mil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1


ANNESS

PERSUNA U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

A Sedghi

Walship SA

Morison Menon Chartered Accountant