27.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 268/2012

tal-25 ta’ Jannar 2012

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jipprevedi li, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru minimu ta’ firmatarji ta’ inizjattiva taċ-ċittadini għandu jkun jikkorrispondi għan-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru, multiplikat b’750. Dawk in-numri minimi huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament.

(2)

Il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ġiet modifikata permezz tal-Protokoll li jemenda l-Protokol dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 huwa sostitwit bl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 263, 29.9.2010, p. 1.


ANNESS

NUMRU MINIMU TA’ FIRMATARJI GĦAL KULL STAT MEMBRU

Il-Belġju

16 500

Il-Bulgarija

13 500

Ir-Repubblika Ċeka

16 500

Id-Danimarka

9 750

Il-Ġermanja

74 250

L-Estonja

4 500

L-Irlanda

9 000

Il-Greċja

16 500

Spanja

40 500

Franza

55 500

L-Italja

54 750

Ċipru

4 500

Il-Latvja

6 750

Il-Litwanja

9 000

Il-Lussemburgu

4 500

L-Ungerija

16 500

Malta

4 500

Il-Pajjiżi l-Baxxi

19 500

L-Awstrija

14 250

Il-Polonja

38 250

Il-Portugall

16 500

Ir-Rumanija

24 750

Is-Slovenja

6 000

Is-Slovakkja

9 750

Il-Finlandja

9 750

L-Isvezja

15 000

Ir-Renju Unit

54 750