15.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 125/2012

tal-14 ta’ Frar 2012

li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) b’mod partikulari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li sustanzi li jilħqu l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A jew 1B), mutaġeni (il-kategorija 1 A jew 1B) u tossika għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A jew 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (2); is-sustanzi li jippersistu, li huma bijoakkumulattivi u tossiċi, sustanzi li huma persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna, u sustanzi li dwarhom hemm il-provi xjentifiċi li għandhom effett serju fuq is-saħħa tal-bniedem, jew fuq l-ambjent, tant li jqajmu livell ekwivalenti ta’ tħassib, jistgħu jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni.

(2)

Il-ftalat tad-diisobutil (DIBP) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(3)

It-triossidu tad-diarseniku jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dan ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

Il-pentaossidu tad-diarseniku jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(5)

Il-kromat taċ-ċomb jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(6)

Is-sulfokromat taċ-ċomb isfar (C.I. Pigment Isfar 34) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(7)

Is-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar (C.I. Pigment Aħmar 104) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) u (c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(8)

Il-fosfat tat-tris(2-kloroetil) (TCEP) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(9)

Il-2,4-dinitrotoluwen (2,4 DNT) jilħaq il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dan ir-Regolament. Ġie identifikat u inkluż fil-lista ta’ kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(10)

Is-sustanzi msemmijin hawn fuq ġew prijoritarizzati għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fir-rakkomandazzjoni tagħha tas-17 ta’ Diċembru 2010 (3) skont l-Artikolu 58 ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Għal kull sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-każ li l-applikant jixtieq ikompli juża s-sustanza jew ipoġġiha fis-suq, huwa xieraq li tkun stabbilita data ta’ skadenza għall-wasla tal-applikazzjonijiet għand l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, skont l-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta’ dak ir-Regolament.

(12)

Huwa xieraq li tkun iffissata data għal kull sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li warajha jkun projbit l-użu u t-tqegħid fis-suq tagħhom, skont l-Artikolu 58(1)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tas-17 ta’ Diċembru 2010 identifikat dati differenti għall-aħħar applikazzjoni għas-sustanzi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dawn id-dati għandhom jiġu ffissati abbażi tat-tul ta’ żmien mistenni biex tiġi ppreparata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, meta jitqies it-tagħrif disponibbli dwar is-sustanzi differenti u speċifikament dak it-tagħrif li twassal waqt il-konsulta pubblika li saret skont l-Artikolu 58(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għandha tkun ikkunsidrata wkoll il-kapaċità tal-Aġenzija li tittratta l-applikazzjonijiet fiż-żmien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(14)

Skont l-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-aħħar data għall-applikazzjoni għandha tkun mill-inqas 18-il xahar qabel id-data tat-terminazzjoni.

(15)

Il-ftalat tad-diisobutil huwa sustanza alternattiva għall-ftalat tad-dibutil li huwa diġà inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex tiġi evitata l-possibbiltà tas-sostituzzjoni bejn dawn iż-żewġ sustanzi, l-aħħar data ta’ applikazzjoni għall-ftalat tad-diisobutil għandha tkun iffissata kemm jista’ jkun viċin tal-aħħar data tal-applikazzjoni ffissata għall-ftalat tad-dibutil.

(16)

L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet għal użi jew għall-kategoriji ta’ użi f’każijiet fejn ikun hemm leġiżlazzjoni speċifika tal-UE li timponi r-rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. F’konformità mal-informazzjoni disponibbli bħalissa mhux xieraq li jkunu ffissati eżenzjonijiet ibbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet.

(17)

Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jkunu ffissati l-eżenzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċessi.

(18)

Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu ffissati perjodi ta’ reviżjoni għal ċerti użi.

(19)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/annex_xiv_rec/second_annex_xiv_rec_en.asp


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Nru tad-dħul

Sustanza

Proprjeta(jiet) Intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57

Arranġamenti tranżitorji

(Kategoriji ta’) Użi eżentati

Perjodi ta’ reviżjoni

L-aħħar data tal-applikazzjoni (*)

Data tat-terminazzjoni (**)

“7.

Il-ftalat tad-diisobutil (DIBP)

Nru KE: 201-553-2

Nru tal-CAS: 84-69-5

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

il-21 ta’ Awwissu 2013

il-21 ta’ Frar 2015

8.

Triossidu tad-diarseniku;

Nru tal-KE: 215-481-4

Nru tal-CAS: 1327-53-3

Karċinoġenu

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

9.

Pentaossidu diarseniku

Nru tal-KE: 215-116-9

Nru tal-CAS: 1303-28-2

Karċinoġenu

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

10.

Kromat taċ-ċomb

Nru tal-KE: 231-846-0

Nru tal-CAS: 7758-97-6

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

11.

Is-sulfokromat taċ-ċomb isfar

(C.I. Pigment Isfar 34)

Nru tal-KE: 215-693-7

Nru tal-CAS: 1344-37-2

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

—”

12.

Is-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar

(C. I. Pigment Aħmar 104)

Nru tal-KE: 235-759-9

Nru tal-CAS: 12656-85-8

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1 A)

il-21 ta’ Novembru 2013

il-21 ta’ Mejju 2015

 

 

13.

Il-fosfat tat-tris(2-kloroetil)

(TCEP)

Nru tal-KE: 204-118-5

Nru tal-CAS: 115-96-8

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

il-21 ta’ Frar 2014

il-21 ta’ Awwissu 2015

 

 

14.

2,4-dinitrotoluwen (2,4-DNT)

Nru tal-KE: 204-450-0

Nru tal-CAS: 121-14-2

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

il-21 ta’ Frar 2014

il-21 ta’ Awwissu 2015

 

 


(*)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(**)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.