24.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 57/2012

tat-23 ta’ Jannar 2012

li jissuspendi l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012.

(2)

Żdiedet id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq taz-zokkor fl-Unjoni, għalhekk mhux meħtieġ li jsir tnaqqis ulterjuri tad-dazju tal-importazzjoni, u t-tressiq tal-offerti għandu jiġi sospiż.

(3)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq, u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni sal-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, it-tressiq tal-offerti huwa sospiż għall-istedina parzjali għall-offerta li tispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Frar 2012 u l-15 ta’ Frar 2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.