ISTRUZZJONIJIET PRATTIĊI LILL-PARTIJIET QUDDIEM IL-QORTI ĠENERALI
IL-QORTI ĠENERALI
Wara li rat l-Artikolu 150 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;
Wara li kkunsidrat li, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jeħtieġ li r-rappreżentanti tal-partijiet, kemm jekk avukati u kemm jekk aġenti fis-sens tal-Artikolu 19 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“Istatut”), jingħataw istruzzjonijiet prattiċi dwar il-mod kif għandhom jippreżentaw l-atti proċedurali tagħhom u dwar kif għandhom jippreparaw bl-aħjar mod għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti Ġenerali;
Wara li kkunsidrat li dawn l-istruzzjonijiet jirriproduċu, jispjegaw u jissupplimentaw ċerti dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u għandhom jippermettu lir-rappreżentanti tal-partijiet jieħdu inkunsiderazzjoni l-aspetti li taffaċċja l-qorti, b’mod partikolari l-aspett tat-traduzzjoni, dak tat-trattament intern tal-atti proċedurali u dak tal-interpretazzjoni;
Wara li kkunsidrat li, skont l-Istruzzjonijiet li l-Qorti Ġenerali tat lir-Reġistratur tagħha fil-5 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 232, p. 1), kif emendati fis-17 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 170, p. 53) u fl-24 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 68, p. 23) (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet lir-Reġistratur”), ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-atti proċedurali mqiegħda fl-inkartament ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut, tar-Regoli tal-Proċedura u ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi lill-partijiet (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet Prattiċi”), kif ukoll mal-imsemmija Istruzzjonijiet lir-Reġistratur u, b’mod partikolari, għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tal-atti li ma jkunux konformi u, fin-nuqqas ta’ regolarizzazzjoni, jekk ikun il-każ, għandu jirrifjutahom jekk ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut jew tar-Regoli tal-Proċedura;
Wara li kkunsidrat li, meta josservaw dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi, ir-rappreżentanti tal-partijiet, fil-kapaċità tagħhom bħala professjonisti li jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, ikollhom il-garanzija li l-atti proċedurali li huma jippreżentaw ser ikunu jistgħu jiġu effettivament ikkunsidrati mill-Qorti Ġenerali u ma jagħtux lok, fid-dawl tal-punti ttrattati f’dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura;
Wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-aġenti tal-Istati Membri, tal-istituzzjonijiet intervenjenti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-Kunsill tal-Avukaturi tal-Unjoni Ewropea (CCBE);
TIDDEĊIEDI LI TADOTTA DAWN L-ISTRUZZJONIJIET PRATTIĊI:
I. FUQ IL-PROĊEDURA BIL-MIKTUB
A. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
2.1. Fuq l-użu tal-mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni
1) Permezz tal-applikazzjoni e-Curia
|
1.
|
Il-preżentata ta’ atti proċedurali esklużivament b’mezzi elettroniċi hija permessa permezz tal-użu tal-applikazzjoni e-Curia (https://curia.europa.eu/e-Curia), b’osservanza tal-Kundizzjonijiet dwar l-użu tal-applikazzjoni e-Curia.
|
|
2.
|
L-annessi ma’ att proċedurali, imsemmija fit-test ta’ dan l-att, li minħabba n-natura tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati permezz tal-applikazzjoni e-Curia, jistgħu jiġu trażmessi separatament skont l-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura, bil-kundizzjoni li dawn l-annessi jkunu indikati fuq l-iskeda li telenka l-annessi mal-att ippreżentat permezz tal-applikazzjoni e-Curia. L-iskeda tal-annessi għandha tidentifika l-annessi li jkunu ser jiġu ppreżentati separatament. Dawn l-annessi għandhom jaslu fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara l-preżentata tal-att proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia.
|
|
3.
|
Bla ħsara għal rekwiżiti speċifiċi, id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi japplikaw għall-atti proċedurali ppreżentati permezz tal-applikazzjoni e-Curia.
|
2) Permezz ta’ faks jew ta’ messaġġ elettroniku
|
4.
|
It-trażmissjoni lir-Reġistru, prevista fl-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura, tal-kopja tal-oriġinal iffirmat ta’ att proċedurali tista’ ssir:
|
—
|
jew permezz ta’ faks [numru tal-faks: (+ 352) 43.03.21.00],
|
|
—
|
jew permezz ta’ messaġġ elettroniku (indirizz elettroniku: GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu).
|
|
|
5.
|
Fil-każ ta’ trażmissjoni permezz ta’ messaġġ elettroniku, tiġi aċċettata biss kopja skannjata tal-oriġinal iffirmat. Idealment id-dokumenti skannjati jkollhom riżoluzzjoni ta’ 300 DPI u jkunu ppreżentati f’PDF (immaġni u test) permezz ta’ programmi bħal Acrobat jew Readiris 7 Pro. It-trażmissjoni ta’ sempliċi fajl elettroniku jew fajl b’firma elettronika jew b’firma skannjata permezz tal-kompjuter ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura. Korrispondenza dwar kawża li tasal fil-Qorti Ġenerali permezz ta’ sempliċi messaġġ elettroniku ma titteħidx inkunsiderazzjoni.
|
|
6.
|
Id-data tal-preżentata ta’ att proċedurali permezz ta’ faks jew ta’ messaġġ elettroniku tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza ta’ terminu biss jekk l-oriġinal bil-firma bil-miktub tar-rappreżentant jiġi ppreżentat fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara, kif jipprovdi l-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
7.
|
L-oriġinal iffirmat għandu jintbagħat mingħajr dewmien, immedjatament wara t-trażmissjoni tal-kopja, mingħajr ebda korrezzjonijiet jew emendi, lanqas dawk minimi. Fil-każ ta’ diskrepanza bejn l-oriġinal iffirmat u l-kopja ppreżentata preċedentement, tkun biss id-data tal-preżentata tal-oriġinal iffirmat li tittieħed inkunsiderazzjoni. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-oriġinal iffirmat ta’ kull att proċedurali għandu jiġi ppreżentat flimkien ma’ numru suffiċjenti ta’ kopji awtentikati.
|
|
8.
|
Id-dikjarazzjoni ta’ parti li permezz tagħha taċċetta, skont l-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li n-notifiki jsirulha permezz tal-faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ieħor ta’ komunikazzjoni, għandha tindika n-numru tal-faks u/jew l-indirizz elettroniku għall-finijiet tan-notifiki mir-Reġistru. Il-kompjuter tad-destinatarju għandu jkun attrezzat bi programm adegwat (bħal pereżempju Acrobat jew Readiris 7 Pro) sabiex ikun jista’ jaqra n-notifiki tar-Reġistru li jsiru f’PDF.
|
A.2. Fuq il-preżentata tal-atti proċedurali
|
9.
|
Fl-ewwel paġna tal-att proċedurali għandha tidher l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
it-tip tal-att (rikors, risposta, risposta għall-appell, replika, kontroreplika, talba għal intervent, nota ta’ intervent, eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, osservazzjonijiet dwar …, tweġibiet għall-mistoqsijiet, eċċ.);
|
|
(b)
|
in-numru tal-kawża (T-…/…), jekk dan ikun diġà ġie kkomunikat mir-Reġistru;
|
|
(c)
|
l-ismijiet tar-rikorrent u tal-konvenut, kif ukoll l-isem ta’ kull parti oħra fil-proċedura fir-rigward tal-kawżi dwar proprjetà intellettwali u fir-rigward tal-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
|
|
(d)
|
l-isem tal-parti li għaliha jkun qed jiġi ppreżentat l-att.
|
|
|
10.
|
Kull paragrafu tal-att għandu jkun innumerat.
|
|
11.
|
Fl-atti li ma jkunux ippreżentati permezz tal-applikazzjoni e-Curia, hija meħtieġa l-firma bil-miktub tar-rappreżentant tal-parti kkonċernata, li għandha tidher fl-aħħar tal-att. Fil-każ li jkun hemm iktar minn rappreżentant wieħed, huwa biżżejjed li l-att ikun iffirmat minn wieħed minnhom.
|
|
12.
|
L-atti proċedurali għandhom jiġu ppreżentati b’mod li jippermetti l-ġestjoni elettronika tad-dokumenti mill-Qorti Ġenerali.
Għaldaqstant, għandhom jiġu osservati r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
it-test, f’format A4, għandu jkun jista’ jinqara faċilment u għandu jidher biss fuq naħa waħda tal-paġna (“recto” u mhux “recto verso”);
|
|
(b)
|
id-dokumenti prodotti fiżikament għandhom ikunu miġbura b’mod li jkunu jistgħu jiġu separati faċilment (ma tistax tintuża legatura jew metodi oħra sabiex jinġabru b’mod permanenti bħall-kolla, stejpils, eċċ.);
|
|
(c)
|
it-test għandu jinkiteb f’tipa ta’ daqs suffiċjentement kbir sabiex ikun jista’ jinqara faċilment (1) bi spazju bejn il-linji u marġni suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li verżjoni skannjata tkun tista’ tinqara (2);
|
|
(d)
|
il-paġni tal-att għandhom ikunu nnumerati, fir-rokna ta’ fuq, fuq in-naħa tal-lemin, b’mod kontinwu u b’numri konsekuttivi; fil-każ li jiġu prodotti annessi ma’ att, in-numerazzjoni tal-paġni għandha ssir skont l-indikazzjonijiet mogħtija fil-punt 59 ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi.
|
|
|
13.
|
Fuq l-ewwel paġna ta’ kull waħda mill-kopji tal-oriġinal iffirmat tal-att proċedurali li ma jkunx ġie ppreżentat permezz tal-applikazzjoni e-Curia u li l-partijiet huma obbligati jipproduċu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rappreżentant tal-parti kkonċernata għandu jiċċertifika li l-kopja hija konformi mal-oriġinal tal-att u jinizjalaha.
|
A.3. Fuq il-preżentazzjoni tal-fajls ippreżentati permezz tal-applikazzjoni e-Curia
|
14.
|
L-atti proċedurali ppreżentati permezz tal-applikazzjoni e-Curia għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta’ fajls. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tagħhom mir-Reġistru, huwa rrakkomandat li jiġu segwiti l-pariri prattiċi fformulati fil-Gwida dwar l-użu tal-applikazzjoni e-Curia disponibbli fuq is-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeaj, jiġifieri:
|
—
|
il-fajls għandu jkollhom ismijiet li jidentifikaw l-att (Nota, Annessi Parti 1, Annessi Parti 2, Ittra ta’ akkumpanjament, eċċ);
|
|
—
|
ma huwiex neċessarju li l-att proċedurali jkollu firma bil-miktub;
|
|
—
|
it-test tal-att proċedurali jista’ jiġi ssejvjat direttament f’PDF mill-programm użat għall-ipproċessar tat-test, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi skannjat;
|
|
—
|
l-att proċedurali għandu jinkludi l-iskeda li telenka l-annessi;
|
|
—
|
l-annessi għandhom jitqiegħdu ġo fajl jew ġo fajls separati mill-fajl li jkun fih l-att proċedurali. Fajl jista’ jkun fih diversi annessi. Ma huwiex obbligatorju li jinħoloq fajl għal kull anness.
|
|
A.4. Fuq it-tul tal-atti
|
15.
|
Skont is-suġġett ikkonċernat u ċ-ċirkustanzi tal-kawża, in-numru massimu ta’ paġni tal-atti (3) huwa stabbilit kif ġej:
|
—
|
50 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposta;
|
|
—
|
20 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposti, fil-kawżi dwar proprjetà intellettwali;
|
|
—
|
15-il paġna għar-rikors tal-appell kif ukoll għar-risposta għall-appell;
|
|
—
|
25 paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika;
|
|
—
|
15-il paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika, fil-kawżi dwar appell u fil-kawżi dwar proprjetà intellettwali;
|
|
—
|
20 paġna għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;
|
|
—
|
20 paġna għal nota ta’ intervent u 15-il paġna għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.
|
|
|
16.
|
Ser ikun awtorizzat li dawn in-numri massimi jinqabżu biss f’każijiet li jittrattaw punti ta’ fatt jew ta’ dritt partikolarment kumplessi.
|
B. FUQ L-ISTRUTTURA U L-KONTENUT TAL-ATTI
B.1. Rikorsi diretti
|
17.
|
Ir-Regoli tal-Proċedura fihom dispożizzjonijiet li jirregolaw b’mod speċifiku l-kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (Artikoli 130 sa 136). Ir-regoli dwar ir-rikorsi u r-risposti ppreżentati fil-kuntest ta’ dawn il-kawżi (2) huma għalhekk esposti separatament minn dawk dwar ir-rikorsi u r-risposti ppreżentati fil-kuntest tal-kawżi l-oħra kollha (1).
|
1) Rikors u risposta (fil-kawżi li ma humiex kawżi dwar proprjetà intellettwali)
a. Rikors promotur
|
18.
|
L-informazzjoni obbligatorja li għandha tkun inkluża fir-rikors promotur hija prevista fl-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
19.
|
Fil-bidu tar-rikors għandu jkun hemm din l-informazzjoni:
|
(a)
|
l-isem u l-indirizz tar-rikorrent;
|
|
(b)
|
l-isem u l-kwalità tar-rappreżentant tar-rikorrent;
|
|
(c)
|
l-indikazzjoni tal-parti li kontriha qed jiġi ppreżentat ir-rikors;
|
|
(d)
|
id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura (l-għażla tal-indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu u/jew l-aċċettazzjoni tan-notifiki permezz ta’ mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni).
|
|
|
20.
|
Il-parti introduttiva tar-rikors għandha tiġi segwita minn espożizzjoni qasira tal-fatti li wasslu għall-kawża.
|
|
21.
|
L-istruttura tal-argumentazzjoni legali għandha tirrifletti l-motivi invokati. Huwa ġeneralment utli li qabel din wieħed jelenka b’mod sistematiku l-motivi invokati. Barra minn hekk, huwa ferm irrakkomandat li jingħata titolu għal kull wieħed mill-motivi invokati, u dan sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment.
|
|
22.
|
It-talbiet tar-rikors għandhom jiġu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-rikors.
|
|
23.
|
Ma’ rikors għal annullament għandha tiġi annessa kopja tal-att ikkontestat, li għandu jiġi identifikat bħala tali.
|
|
24.
|
Mar-rikors għandhom jiġu prodotti, b’mod separat mill-annessi msemmija fit-test tal-att, id-dokumenti previsti fl-Artikolu 44(3) u fl-Artikolu 44(5)(a) u (b) tar-Regoli tal-Proċedura. Għall-finijiet tal-produzzjoni tad-dokument previst fl-Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jista’ jsir riferiment, skont l-Artikolu 8(2) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur, għal dokument diġà ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.
|
|
25.
|
Ma’ kull rikors għandu jkun hemm sunt tal-motivi u tal-argumenti prinċipali invokati, intiż sabiex jiffaċilita r-redazzjoni tal-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 24(6) tar-Regoli tal-Proċedura. Peress li l-komunikazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwi uffiċjali kollha, dan is-sunt ma għandux ikun itwal minn żewġ paġni u għandu jiġi redatt skont il-mudell li jidher fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jiġi prodott b’mod separat mill-annessi msemmija fit-test tar-rikors. Meta ma jiġix ippreżentat permezz tal-applikazzjoni e-Curia, is-sunt għandu jintbagħat, bil-posta elettronika, fl-għamla ta’ sempliċi fajl elettroniku, fl-indirizz GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu, b’indikazzjoni tal-kawża li għaliha jirreferi.
|
|
26.
|
L-indikazzjoni tal-provi proposti għandha ssir bi preċiżjoni u b’mod espliċitu u għandha tidentifika b’mod ċar il-fatti li ser jiġu pprovati:
|
—
|
prova proposta dokumentarja għandha jew tagħmel riferiment għal numru fl-iskeda li telenka l-annessi jew, jekk id-dokument ma jkunx fil-pussess tar-rikorrent, tindika kif dan id-dokument jista’ jinkiseb;
|
|
—
|
prova proposta permezz ta’ xhieda jew ta’ talba għal informazzjoni għandha tindika bi preċiżjoni l-persuna kkonċernata.
|
|
|
27.
|
Jekk ir-rikors jiġi ppreżentat wara li ssir talba għal għajuna legali, liema talba għandha l-effett li tissospendi t-terminu għall-preżentata ta’ rikors skont l-Artikolu 96(4) tar-Regoli tal-Proċedura, din l-informazzjoni għandha tiġi indikata fil-bidu tar-rikors promotur.
|
|
28.
|
Jekk ir-rikors jiġi ppreżentat wara n-notifika tad-digriet li jiddeċiedi dwar talba għal għajnuna legali, fir-rikors għandha tiġi indikata wkoll id-data li fiha d-digriet ġie nnotifikat lir-rikorrent.
|
b. Risposta
|
29.
|
L-informazzjoni obbligatorja li għandha tkun inkluża fir-risposta hija prevista fl-Artikolu 46(1) tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
30.
|
Fil-bidu tar-risposta, minbarra n-numru tal-kawża u l-indikazzjoni tar-rikorrent, għandu jkun hemm din l-informazzjoni:
|
(a)
|
l-isem u l-indirizz tal-konvenut;
|
|
(b)
|
l-isem u l-kwalità tar-rappreżentant tal-konvenut;
|
|
(c)
|
id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura (l-għażla tal-indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu u/jew l-aċċettazzjoni tan-notifiki permezz ta’ mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni).
|
|
|
31.
|
It-talbiet tal-konvenut għandhom ikunu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-risposta.
|
|
32.
|
Il-punti 21, 24 u 26 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi huma applikabbli għar-risposta.
|
|
33.
|
Kull kontestazzjoni tal-fatti allegati mill-kontroparti għandha tkun espliċita u għandha tindika bi preċiżjoni l-fatti kkonċernati.
|
2) Rikors u risposta (fil-kawżi dwar proprjetà intellettwali)
a. Rikors promotur
|
34.
|
L-informazzjoni obbligatorja li għandha tiġi inkluża fir-rikors promotur hija prevista fl-Artikoli 44 u 132(1) tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
35.
|
Fil-bidu tar-rikors għandu jkun hemm din l-informazzjoni:
|
(a)
|
l-isem u l-indirizz tar-rikorrent;
|
|
(b)
|
l-isem u l-kwalità tar-rappreżentant tar-rikorrent;
|
|
(c)
|
l-ismijiet tal-partijiet kollha fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u l-indirizzi li dawn kienu indikaw għall-finijiet tan-notifika matul dawk il-proċedimenti;
|
|
(d)
|
l-indikazzjoni tad-data li fiha d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, li tkun is-suġġett tar-rikors, kienet ġiet innotifikata lir-rikorrent;
|
|
(e)
|
id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura (l-għażla tal-indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu u/jew l-aċċettazzjoni tan-notifiki permezz ta’ mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni).
|
|
|
36.
|
Id-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell għandha tiġi annessa mar-rikors.
|
|
37.
|
Il-punti 20 sa 22, 24, u 26 sa 28 ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi huma applikabbli għar-rikorsi fil-kawżi dwar proprjetà intelletwali.
|
b. Risposta
|
38.
|
L-informazzjoni obbligatorja li għandha tkun inkluża fir-risposta hija prevista fl-Artikolu 46(1) tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
39.
|
Fil-bidu tar-risposta, minbarra n-numru tal-kawża u l-indikazzjoni tar-rikorrent, għandu jkun hemm din l-informazzjoni:
|
(a)
|
l-isem u l-indirizz tal-konvenut jew tal-intervenjent;
|
|
(b)
|
l-isem u l-kwalità tar-rappreżentant tal-konvenut jew tar-rappreżentant tal-intervenjent;
|
|
(c)
|
id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura (l-għażla tal-indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu u/jew l-aċċettazzjoni tan-notifiki permezz ta’ mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni).
|
|
|
40.
|
It-talbiet tal-konvenut jew tal-intervenjent għandhom jiġu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-risposta.
|
|
41.
|
Il-punti 21, 24, 26 u 33 ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi huma applikabbli għar-risposta. Meta r-risposta tkun ippreċeduta mill-preżentata, mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, ta’ teħid ta’ pożizzjoni dwar il-lingwa tal-kawża, skont l-Artikolu 131(2) tar-Regoli tal-Proċedura, dan id-dokument għandu jkollu miegħu d-dokument previst fl-Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura.
|
B.2. Appelli
a. Rikors tal-appell
|
42.
|
Ir-rikors tal-appell għandu jkollu l-kontenut previst fl-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
43.
|
Fil-bidu ta’ kull rikors tal-appell għandu jkun hemm din l-informazzjoni:
|
(a)
|
l-isem u l-indirizz tal-parti li tagħmel l-appell, imsejħa l-appellant;
|
|
(b)
|
l-isem u l-kwalità tar-rappreżentant tal-appellant;
|
|
(c)
|
l-indikazzjoni tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li hija s-suġġett tal-appell (in-natura, il-kulleġġ ġudikanti, id-data u n-numru tal-kawża);
|
|
(d)
|
l-isem tal-partijiet l-oħra fil-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
|
|
(e)
|
l-indikazzjoni tad-data li fiha l-appellant irċieva d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
|
|
(f)
|
id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura (l-għażla tal-indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu u/jew l-aċċettazzjoni tan-notifiki permezz ta’ mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni).
|
|
|
44.
|
It-talbiet tal-appellant għandhom jiġu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-rikors tal-appell [Artikolu 139(1) tar-Regoli tal-Proċedura].
|
|
45.
|
Ġeneralment, ma huwiex neċessarju li ssir deskrizzjoni tal-fatti li wasslu għal kawża u tas-suġġett tal-kawża; huwa biżżejjed li jsir riferiment għad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
|
|
46.
|
Huwa rrakkomandat li l-aggravji jiġu elenkati fil-qosor u b’mod sistematiku fil-bidu tar-rikors tal-appell. L-argumenti legali għandhom ikunu strutturati skont l-aggravji invokati insostenn tal-appell, b’mod partikolari skont l-iżbalji ta’ liġi invokati.
|
|
47.
|
Kopja tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tkun is-suġġett tal-appell għandha tiġi annessa mar-rikors tal-appell.
|
|
48.
|
Ma’ kull rikors tal-appell għandu jkun hemm sunt tal-aggravji u tal-argumenti prinċipali invokati, intiż sabiex jiffaċilita r-redazzjoni tal-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 24(6) tar-Regoli tal-Proċedura. Peress li l-komunikazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-lingwi uffiċjali kollha, dan is-sunt ma għandux ikun itwal minn żewġ paġni u għandu jiġi redatt skont il-mudell li jidher fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jiġi prodott b’mod separat mill-annessi msemmija fit-test tar-rikors. Meta ma jiġix ippreżentat permezz tal-applikazzjoni e-Curia, is-sunt għandu jintbagħat, bil-posta elettronika, fl-għamla ta’ sempliċi fajl elettroniku, fl-indirizz GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu, b’indikazzjoni tal-kawża li għaliha jirreferi.
|
|
49.
|
Mar-rikors tal-appell, għandu jiġi prodott id-dokument previst fl-Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura (dokument li jiċċertifika li l-avukat huwa awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea), ħlief meta l-appellant ikun istituzzjoni tal-Unjoni jew Stat Membru u jkun irrappreżentat minn aġent. Għall-finijiet tal-produzzjoni tad-dokument previst fl-Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jista’ jsir riferiment, skont l-Artikolu 8(2) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur, għal dokument diġà ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.
|
b. Risposta għall-appell
|
50.
|
Ir-risposta għall-appell għandha jkollha l-kontenut previst fl-Artikolu 141(2) tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
51.
|
Fil-bidu ta’ kull risposta għall-appell, minbarra n-numru tal-kawża u l-indikazzjoni tal-appellant, għandu jkun hemm din l-informazzjoni:
|
(a)
|
l-isem u l-indirizz tal-parti li tippreżentaha;
|
|
(b)
|
l-isem u l-kwalità tar-rappreżentant li jkun qiegħed jaġixxi għal din il-parti;
|
|
(c)
|
id-data li fiha l-parti rċeviet l-appell;
|
|
(d)
|
id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura (l-għażla tal-indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu u/jew l-aċċettazzjoni tan-notifiki permezz ta’ mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni).
|
|
|
52.
|
It-talbiet tal-parti li tippreżenta r-risposta għall-appell għandhom ikunu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-risposta [Artikolu 142(1) tar-Regoli tal-Proċedura].
|
|
53.
|
Jekk it-talbiet tar-risposta għall-appell ikunu intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq il-bażi ta’ aggravju li ma tqajjimx fl-appell, dan għandu jiġi indikat fit-titolu tal-att (“risposta għall-appell flimkien ma’appell inċidentali”).
|
|
54.
|
L-argumentazzjoni legali għandha, sa fejn huwa possibbli, tiġi strutturata skont l-aggravji invokati mill-appellant, u/jew, meta jkun il-każ, skont l-aggravji invokati taħt l-appell inċidentali.
|
|
55.
|
Peress li l-kuntest fattwali jew legali huwa diġà s-suġġett tas-sententza appellata, dan ma għandux jiġi indikat fir-risposta għall-appell ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali sa fejn il-preżentazzjoni ta’ dan il-kuntest fir-rikors tal-appell tkun qiegħda tiġi kkontestata jew tkun tirrikjedi xi preċiżazzjonijiet. Kull kontestazzjoni għandha tiġi espressa u l-punt ta’ fatt jew ta’ liġi kkonċernat għandu jiġi indikat bi preċiżjoni.
|
|
56.
|
Mar-risposta għall-appell għandu jiġi prodott id-dokument previst fl-Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura (dokument li jiċċertifika li l-avukat huwa awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea), ħlief meta l-parti li tipproduċih tkun istituzzjoni tal-Unjoni jew Stat Membru u tkun irrappreżentata minn aġent.
|
C. FUQ IL-PRODUZZJONI TA’ ANNESSI MAL-ATTI PROĊEDURALI
|
57.
|
Ma’ att proċedurali jistgħu jiġu annessi biss id-dokumenti msemmija fit-test tal-att u li huma neċessarji biex jagħtu prova ta’, jew jispjegaw, il-kontenut tiegħu.
|
|
58.
|
Il-produzzjoni ta’ annessi hija aċċettata biss jekk magħhom ikun hemm skeda li telenka l-annessi. Għal kull dokument li jiġi anness, din l-iskeda għandha tinkludi:
|
(a)
|
in-numru tal-anness (għandu jsir riferiment għall-att proċedurali li miegħu jkunu annessi d-dokumenti bl-użu ta’ ittra u numru: pereżempju: Anness A.1, A.2, … għall-annessi tar-rikors; B.1, B.2, … għall-annessi tar-risposta; C.1, C.2, … għall-annessi tar-replika; D.1, D.2, … għall-annessi tal-kontroreplika);
|
|
(b)
|
deskrizzjoni qasira tal-anness b’indikazzjoni tan-natura tiegħu (pereżempju: “ittra” flimkien ma’ indikazzjoni tad-data, tal-awtur, tad-destinatarju u tan-numru ta’ paġni tal-anness);
|
|
(c)
|
l-indikazzjoni tal-paġna tal-att proċedurali u tan-numru tal-paragrafu fejn jissemma d-dokument u li jiġġustifika l-produzzjoni tiegħu.
|
|
|
59.
|
Id-dokumenti annessi ma’ att proċedurali għandhom jiġu impaġnati, fin-naħa ta’ fuq fil-lemin, b’numri konsekuttivi. L-impaġnar tad-dokumenti jista’ jsir jew b’numri konsekuttivi li jsegwu mill-att li miegħu jkunu annessi, jew b’numri konsekuttivi iżda b’mod separat mill-att inkwistjoni.
|
|
60.
|
Fil-każ li l-annessi jkollhom annessi tagħhom stess, in-numerazzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom għandhom isiru b’tali mod li tiġi evitata kull possibbiltà ta’ konfużjoni, jekk ikun il-każ billi jintużaw diviżuri.
|
|
61.
|
Kull riferiment għal dokument li jkun ġie prodott għandu jinkludi n-numru tal-anness ikkonċernat, kif jidher fl-iskeda li telenka l-annessi, kif ukoll l-indikazzjoni tal-att li miegħu jiġi prodott l-anness, skont il-forma indikata fil-punt 58 iktar ’il fuq.
|
D. FUQ IR-REGOLARIZZAZZJONI TAL-ATTI PROĊEDURALI
D.1. Regolarizzazzjoni tar-rikorsi
a. Kundizzjonijiet li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jiġġustifika li r-rikors ma jiġix innotifikat
|
62.
|
Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet segwenti, ir-Reġistru ma għandux jinnotifikah u għandu jiġi ffissat terminu raġonevoli għall-finijiet tar-regolarizzazzjoni:
|
|
Rikorsi diretti
(minbarra dawk dwar proprjetà intellettwali)
|
Kawżi dwar proprjetà intellettwali
|
Appelli
|
|
a)
|
produzzjoni tad-dokument li jiċċertifika li l-avukat huwa awtorizzat jipprattika [Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
produzzjoni tad-dokument li jiċċertifika li l-avukat huwa awtorizzat jipprattika [Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
produzzjoni tad-dokument li jiċċertifika li l-avukat huwa awtorizzat jipprattika [Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
b)
|
prova tal-eżistenza ġuridika tal-persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat [Artikolu 44(5)(a) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
prova tal-eżistenza ġuridika tal-persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat [Artikolu 44(5)(a) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
c)
|
mandat [Artikolu 44(5)(b) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
mandat [Artikolu 44(5)(b) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
d)
|
prova li l-mandat ingħata b’mod regolari minn rappreżentant awtorizzat għal dan l-iskop [Artikolu 44(5)(b) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
prova li l-mandat ingħata b’mod regolari minn rappreżentant awtorizzat għal dan l-iskop [Artikolu 44(5)(b) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
e)
|
produzzjoni tal-att ikkontestat (rikors għal annullament) jew tad-dokument li jindika d-data meta saret l-istedina sabiex tittieħed azzjoni (rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni) [it-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut; Artikolu 44(4) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
produzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 132(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
produzzjoni tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tkun is-suġġett tal-appell [Artikolu 138(2) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
f)
|
|
l-isem jew l-ismijiet tal-parti jew tal-partijiet fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u l-indirizzi li dawn kienu indikaw għall-finijiet tan-notifiki mwettqa matul dawk il-proċedimenti [l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 132(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
g)
|
|
id-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 132(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
id-data tan-notifika tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tkun is-suġġett tal-appell [Artikolu 138(2) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
b. Regoli formali li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jiġġustifika l-posponiment tan-notifika
|
63.
|
Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mar-regoli formali segwenti, in-notifika tar-rikors għandha tiġi posposta u għandu jiġi ffissat terminu raġonevoli għall-finijiet tar-regolarizzazzjoni:
|
|
Rikors ippreżentant fiżikament
(preżentata, jekk ikun il-każ, wara li tkun saret trażmissjoni b’faks jew b’messaġġ elettroniku)
|
Rikors ippreżentat permezz tal-applikazzjoni e-Curia
|
|
a)
|
indikazzjoni tal-indirizz tar-rikorrent [l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut; Artikolu 44(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura; punti 19(a), 35(a) jew 43(a) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
indikazzjoni tal-indirizz tar-rikorrent [l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut; Artikolu 44(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura; punti 19(a), 35(a) jew 43(a) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
|
b)
|
pożizzjoni tal-firma bil-miktub tar-rappreżentant (punt 11 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi)
|
|
|
c)
|
numerazzjoni tal-paragrafi (punt 10 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi)
|
numerazzjoni tal-paragrafi (punt 10 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi)
|
|
d)
|
produzzjoni tal-annessi msemmija fl-iskeda li telenka l-annessi [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-proċedura]
|
produzzjoni tal-annessi msemmija fl-iskeda li telenka l-annessi [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-proċedura]
|
|
e)
|
numru suffiċjenti ta’ kopji tal-annessi msemmija fl-iskeda li telenka l-annessi [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-proċedura]
|
|
|
f)
|
produzzjoni tal-iskeda li telenka l-annessi [Artikolu 43(4) tar-Regoli tal-Proċedura; punt 58 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
produzzjoni tal-iskeda li telenka l-annessi [Artikolu 43(4) tar-Regoli tal-Proċedura; punt 58 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
|
g)
|
numru suffiċjenti ta’ kopji tal-iskeda li telenka l-annessi [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
h)
|
skeda li telenka l-annessi b’deskrizzjoni qasira tagħhom [punt 58(b) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi] u indikazzjoni tal-paġna u tal-paragrafu/i [punt 58(c) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
skeda li telenka l-annessi b’deskrizzjoni qasira tagħhom [punt 58(b) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi] u indikazzjoni tal-paġna u tal-paragrafu/i [punt 58(c) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
|
i)
|
numru suffiċjenti ta’ kopji tal-iskeda li telenka l-annessi b’indikazzjoni tal-paġna u tal-paragrafu/i [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
j)
|
numru suffiċjenti ta’ kopji tal-att ikkontestat jew tad-dokument li jindika d-data meta saret l-istedina sabiex tittieħed azzjoni [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
k)
|
produzzjoni ta’ kopja tal-kuntratt li jinkludi l-klawżola ta’ arbitraġġ [Artikolu 44(5a) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
produzzjoni ta’ kopja tal-kuntratt li jinkludi l-klawżola ta’ arbitraġġ [Artikolu 44(5a) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
l)
|
numru suffiċjenti ta’ kopji tal-kuntratt li jinkludi l-klawżola ta’ arbitraġġ [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
m)
|
impaġnar tar-rikors u tal-annessi [punti 12(d) u 59 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
impaġnar tar-rikors u tal-annessi [punti 12(d) u 59 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
|
n)
|
numru suffiċjenti ta’ kopji awtentikati tar-rikors (sebgħa għall-kawżi dwar proprjetà intellettwali inter partes u sitta għall-kawżi l-oħra kollha) [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura]
|
|
|
o)
|
produzzjoni ta’ kopji awtentikati tar-rikors [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura; punt 13 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi]
|
|
|
c. Regoli formali li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ma jipprekludix in-notifika
|
64.
|
Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mar-regoli formali li ġejjin, ir-rikors għandu jiġi nnotifikat u għandu jiġi ffissat terminu raġonevoli għall-finijiet tar-regolarizzazzjoni:
|
(a)
|
l-indirizz għan-notifika (l-għażla tal-indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu u/jew l-aċċettazzjoni tan-notifiki permezz ta’ mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni) [Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura; Artikolu 10(3) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur; punti 8 u 19(d) tal-Istruzzjonijiet Prattiċi];
|
|
(b)
|
id-dokument li jiċċertifika li avukat huwa awtorizzat jipprattika għal kull avukat supplementari [Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura];
|
|
(c)
|
fil-kawżi li ma humiex kawżi dwar proprjetà intellettwali, is-sunt tal-motivi u tal-argumenti prinċipali (punti 25 u 48 tal-Istruzzjonijiet Prattiċi);
|
|
(d)
|
it-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża ta’ dokument redatt f’lingwa differenti mil-lingwa tal-kawża [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(3) tar-Regoli tal-Proċedura).
|
|
D.2. Regolarizzazzjoni ta’ rikorsi voluminużi
|
65.
|
Rikors li n-numru ta’ paġni tiegħu jaqbeż b’40 % n-numru massimu ta’ paġni indikat fil-punt 15 ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi għandu jagħti lok għal regolarizzazzjoni, sakemm ma jingħatawx istruzzjonijiet differenti mill-President.
|
|
66.
|
Rikors li n-numru ta’ paġni tiegħu jaqbeż b’inqas minn 40 % l-istess numru massimu ta’ paġni indikat fil-punt 15 ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi jista’ jagħti lok għal regolarizzazzjoni jekk il-President jagħti istruzzjonijiet f’dan is-sens.
|
|
67.
|
Meta r-rikorrent jintalab jipproċedi għar-regolarizzazzjoni, in-notifika lill-konvenut tar-rikors, li l-volum tiegħu jeħtieġ regolarizzazzjoni, għandha tiġi posposta.
|
D.3. Regolarizzazzjoni ta’ atti proċedurali oħra
|
68.
|
Il-każijiet ta’ regolarizzazzjoni msemmija iktar ’il fuq huma applikabbli sa fejn huwa rilevanti għall-atti l-proċedurali l-oħra li ma humiex ir-rikors.
|
E. FUQ IT-TALBA SABIEX KAWŻA TIĠI DEĊIŻA SKONT IL-PROĊEDURA MĦAFFA
|
69.
|
In-numru ta’ paġni ta’ rikors li fir-rigward tiegħu jintalab li tingħata deċiżjoni skont il-proċedura mħaffa ma għandux, bħala prinċipju, jaqbeż il-25 paġna. Dan ir-rikors għandu jiġi ppreżentat skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 18 sa 25 iktar ’il fuq.
|
|
70.
|
It-talba sabiex il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi skont il-proċedura mħaffa għandha titressaq b’att separat skont l-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura, u għandha tinkludi motivazzjoni fil-qosor fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kawża u taċ-ċirkustanzi l-oħra rilevanti. Id-dispożizzjonijiet tal-partijiet A.2, A.3 u C iktar ’il fuq huma applikabbli.
|
|
71.
|
Huwa rrakkomandat li l-parti li titlob il-benefiċċju tal-proċedura mħaffa tindika, fit-talba tagħha, il-motivi, l-argumenti jew il-partijiet tal-att ikkonċernat (rikors jew risposta) li jkunu qegħdin jiġu preżenti biss fil-każ li ma tingħatax deċiżjoni skont din il-proċedura. Dawn l-indikazzjonijiet, previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 76a(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għandhom jiġu fformulati fit-talba bi preċiżjoni u b’indikazzjoni tan-numri tal-paragrafi kkonċernati.
|
|
72.
|
Huwa wkoll irrakkomandat li t-talba sabiex tingħata deċiżjoni skont il-proċedura mħaffa, li tkun tinkludi l-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti, tiġi annessa magħha verżjoni mqassra tal-att ikkonċernat.
|
|
73.
|
Meta tiġi annessa verżjoni mqassra, din għandha tkun konformi mal-istruzzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-verżjoni mqassra għandha tieħu l-forma tal-verżjoni inizjali tal-att ikkonċernat bil-partijiet tiegħu li jkunu tneħħew identifikati permezz ta’ parenteżi kwadri li fihom jinkiteb “omissis”;
|
|
(b)
|
il-paragrafi li jinżammu fil-verżjoni mqassra għandhom iżommu l-istess numerazzjoni bħal dik tal-verżjoni inizjali tal-att ikkonċernat;
|
|
(c)
|
l-iskeda li telenka l-annessi li tkun flimkien mal-verżjoni mqassra, jekk il-verżjoni mqassra ma tirriferix għall-annessi kollha tal-verżjoni inizjali tal-att ikkonċernat, għandha tindika “omissis” sabiex jiġi identifikat kull wieħed mill-annessi li jkunu tħallew barra;
|
|
(d)
|
l-annessi li jinżammu fil-verżjoni mqassra għandhom iżommu l-istess numerazzjoni bħal dik fl-iskeda tal-annessi tal-verżjoni inizjali tal-att ikkonċernat;
|
|
(e)
|
l-annessi msemmija fl-iskeda inkluża mal-verżjoni mqassra għandhom jiġu mehmuża ma’ din il-verżjoni.
|
|
|
74.
|
Sabiex tkun tista’ tiġi ttrattata fl-iqsar żmien possibbli, il-verżjoni mqassra għandha tkun konformi mal-istruzzjonijiet preċedenti.
|
|
75.
|
Meta l-Qorti Ġenerali titlob li tiġi prodotta verżjoni mqassra tal-att abbażi tal-Artikolu 76a(4) tar-Regoli tal-Proċedura, il-verżjoni mqassra għandha tiġi stabbilita, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, skont l-istruzzjonijiet preċedenti.
|
|
76.
|
Jekk ir-rikorrent ma jkunx indika fit-talba tiegħu l-motivi, l-argumenti jew il-partijiet mir-rikors tiegħu li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss fil-każ li d-deċiżjoni ma tingħatax skont il-proċedura mħaffa, il-konvenut għandu jirrispondi, f’terminu ta’ xahar, għar-rikors.
|
|
77.
|
Jekk ir-rikorrent ikun indika fit-talba tiegħu l-motivi, l-argumenti jew il-partijiet mir-rikors tiegħu li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss fil-każ li d-deċiżjoni ma tingħatax skont il-proċedura mħaffa, il-konvenut għandu jirrispondi, f’terminu ta’ xahar, għall-motivi u l-argumenti żviluppati fir-rikors moqri fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija fit-talba għall-proċedura mħaffa.
|
|
78.
|
Jekk ir-rikorrent ikun hemeż verżjoni mqassra tar-rikors mat-talba tiegħu, il-konvenut għandu jirrispondi, f’terminu ta’ xahar, għall-motivi u l-argumenti f’din il-verżjoni mqassra tar-rikors.
|
|
79.
|
Jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li tiċħad it-talba għal proċedura mħaffa qabel ma l-konvenut ikun ippreżenta r-risposta tiegħu, it-terminu ta’ xahar previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76a(2) tar-Regoli tal-Proċedura għall-preżentata ta’ dan l-att għandu jiġi pprorogat b’xahar ieħor.
|
|
80.
|
Jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li tiċħad it-talba għal proċedura mħaffa wara li l-konvenut ikun ippreżenta r-risposta tiegħu fit-terminu ta’ xahar previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76a(2) tar-Regoli tal-Proċedura, terminu ġdid ta’ xahar għandu jingħata lill-konvenut sabiex ikun jista’ jikkompleta r-risposta tiegħu.
|
F. FUQ IT-TALBIET GĦAS-SOSPENSJONI TAL-EŻEKUZZJONI U MIŻURI PROVVIŻORJI OĦRA PERMEZZ TAL-PROĊEDURA GĦAL MIŻURI PROVVIŻORJI
|
81.
|
It-talba għandha titressaq permezz ta’ att separat. Hija għandha tkun tinftiehem waħedha, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jsir riferiment għar-rikors fil-kawża prinċipali.
|
|
82.
|
It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew għal miżuri provviżorji oħra għandha tindika, fil-qosor u b’mod konċiż ħafna, is-suġġett tal-kawża, il-motivi ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom huwa bbażat ir-rikors prinċipali u li juru prima facie l-fondatezza tiegħu (fumus boni juris) kif ukoll iċ-ċirkustanzi li jitolbu l-urġenza. Hija għandha tindika bi preċiżjoni l-miżura jew il-miżuri mitluba. Id-dispożizzjonijiet tal-partijiet A.2, A.3, B u C iktar ’il fuq huma applikabbli.
|
|
83.
|
Peress li t-talba għal miżuri provviżorji twassal għal evalwazzjoni tal-fumus boni juris fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji, hija ma għandhiex tirriproduċi integralment it-test tar-rikors fil-kawża prinċipali.
|
|
84.
|
Sabiex talba għal miżuri provviżorji tkun tista’ tiġi ttrattata b’urġenza, in-numru massimu ta’ paġni tagħha ma għandux, bħala prinċipju, ikun iktar, skont is-suġġett ikkonċernat u ċ-ċirkustanzi tal-kawża, minn 25 paġna.
|
G. FUQ IT-TALBIET GĦAL TRATTAMENT KUNFIDENZJALI
|
85.
|
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tieni u tat-tielet subparagrafi tal-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni biss dawk id-dokumenti u atti li r-rappreżentanti tal-partijiet ikunu setgħu jikkonsultaw u li fuqhom ikunu setgħu jesprimu ruħhom [l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura].
|
|
86.
|
Madankollu, parti tista’ titlob li ċerti elementi jew siltiet tal-atti proċedurali inklużi fl-inkartament li jkunu ta’ natura sigrieta jew kunfidenzjali:
|
—
|
jiġu esklużi mill-komunikazzjoni lill-intervenjent [Artikolu 116(2) tar-Regoli tal-Proċedura];
|
|
—
|
ma jkunux aċċessibbli għal parti f’kawża magħquda [Artikolu 50(2) tar-Regoli tal-Proċedura].
|
|
|
87.
|
Talba għal trattament kunfidenzjali għandha titressaq permezz ta’ att separat. Tali talba ma tistax titressaq f’verżjoni kunfidenzjali.
|
|
88.
|
Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tispeċifika l-parti li fir-rigward tagħha l-kunfidenzjalità tkun qiegħda tintalab. Din għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament neċessarju u f’ebda każ ma tista’ tkopri att proċedurali kollu kemm hu, filwaqt li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss, tista’ tkopri anness sħiħ. Fil-fatt, il-komunikazzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ att proċedurali, li fih ċerti siltiet, kliem jew ċifri jkunu ġew imħassra, għandha normalment tkun possibbli mingħajr ma jiġu kompromessi l-interessi inkwistjoni.
|
|
89.
|
Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tindika b’mod preċiż l-elementi jew is-siltiet ikkonċernati u għandha tinkludi motivazzjoni qasira ħafna fir-rigward tan-natura sigrieta jew kunfidenzjali ta’ kull wieħed minn dawn l-elementi jew siltiet. In-nuqqas ta’ dawn l-indikazzjonijiet jista’ jiġġustifika ċ-ċaħda tat-talba mill-Qorti Ġenerali.
|
|
90.
|
Mal-preżentata tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ att jew ta’ diversi atti proċedurali, il-parti għandha tipproduċi verżjoni mhux kunfidenzjali tal-att jew tal-atti proċedura inkwistjoni f’liema verżjoni jitħallew barra l-elementi jew is-siltiet koperti mit-talba.
|
a. Fil-każ ta’ talba għal intervent
|
91.
|
Meta titressaq talba għal intervent f’kawża, il-partijiet huma mitluba jindikaw, fit-terminu impost mir-Reġistratur, jekk dawn jixtiqux li jingħata trattament kunfidenzjali għal ċerta informazzjoni li tkun tinsab fl-atti diġà inklużi fl-inkartament.
|
|
92.
|
Fir-rigward tal-atti kollha li huma jippreżentaw sussegwentement, il-partijiet għandhom jindikaw, skont kif indikat fil-punti 87 sa 90 iktar ’il fuq, l-informazzjoni li huma jixtiequ li tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u għandhom jipprovdu, flimkien mal-verżjoni sħiħa tal-atti ppreżentati, verżjoni li fiha din l-informazzjoni tkun tħalliet barra. Fin-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni, l-atti ppreżentati jiġu kkomunikati lill-intervenjent.
|
b. Fil-każ ta’ kawżi magħquda
|
93.
|
Fejn ikun previst li diversi kawżi jingħaqdu, il-partijiet huma mitluba jindikaw, fit-terminu impost mir-Reġistratur, jekk dawn jixtiqux li jingħata trattament kunfidenzjali għal ċerta informazzjoni li tkun tinsab fl-atti diġà inklużi fl-inkartament.
|
|
94.
|
Fir-rigward tal-atti kollha li huma jippreżentaw sussegwentement, il-partijiet għandhom jindikaw, skont kif indikat fil-punti 88 sa 90 iktar ’il fuq, l-informazzjoni li huma jixtiequ li tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u għandhom jipprovdu, flimkien mal-verżjoni sħiħa tal-atti ppreżentati, verżjoni li fiha din l-informazzjoni tkun tħalliet barra. Fin-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni, l-atti ppreżentati jiġu kkomunikati lill-partijiet l-oħra.
|
H. FUQ IT-TALBIET DWAR IT-TIENI SKAMBJU TA’ ATTI
H.1. Fuq it-talbiet sabiex tiġi awtorizzata l-preżentata ta’ replika jew kontroreplika fil-kawżi dwar proprjetà intellettwali
|
95.
|
Fuq talba mressqa fit-terminu previst fl-Artikolu 135(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-President jista’, skont din id-dispożizzjoni, jawtorizza l-preżentata ta’ replika jew ta’ kontroreplika jekk dan ikun neċessarju sabiex jippermetti lill-parti kkonċernata tiddefendi l-pożizzjoni tagħha.
|
|
96.
|
Din it-talba ma għandhiex, ħlief f’ċirkustanzi partikolari, tkun itwal minn 2 paġni u għandha tindika biss, fil-qosor, ir-raġunijiet speċifiċi li minħabba fihom, fil-fehma tal-parti kkonċernata, hija neċessarja replika jew kontroreplika. It-talba għandha tkun tinftiehem fiha nfisha mingħajr ma jkun meħtieġ li jsir riferiment għar-rikors jew għar-risposta/i.
|
H.2. Fuq it-talbiet sabiex tiġi awtorizzata l-preżentata ta’ replika fl-appelli
|
97.
|
Fuq talba mressqa fit-terminu previst fl-Artikolu 143(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-President jista’, skont din id-dispożizzjoni, jawtorizza l-preżentata ta’ replika jekk dan ikun neċessarju sabiex jippermetti lill-appellant jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu jew sabiex tiġi ppreparata d-deċiżjoni dwar l-appell.
|
|
98.
|
Din it-talba ma għandhiex, ħlief f’ċirkustanzi partikolari, tkun itwal minn 2 paġni u għandha tindika biss, fil-qosor, ir-raġunijiet speċifiċi li minħabba fihom, fil-fehma tal-appellant, hija neċessarja replika. It-talba għandha tkun tinftiehem fiha nfisha mingħajr ma jkun meħtieġ li jsir riferiment għar-rikors tal-appell jew għar-risposta għall-appell.
|
I. FUQ IT-TALBIET GĦAL SEDUTA GĦAS-SOTTOMISSJONIJIET ORALI
I.1. Fuq it-talbiet għal seduta għas-sottomissjonijiet orali fil-kawżi dwar proprjetà intellettwali
|
99.
|
Il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors mingħajr ma tgħaddi għall-fażi orali tal-proċedura, sakemm waħda mill-partijiet ma tressaqx talba sabiex tippreżenta s-sottomissjonijiet orali tagħha fit-terminu previst fl-Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
100.
|
It-talba għandha tindika l-motivi li minħabba fihom il-parti tkun tixtieq li tinstema’. Din il-motivazzjoni għandha tirriżulta minn evalwazzjoni konkreta li seduta għas-sottomissjonijiet orali tkun utli għall-parti inkwistjoni u għandha tindika l-elementi tal-inkartament jew tal-argumenti li fil-fehma tagħha jkun meħtieġ li tiżviluppa jew li tiċħad b’mod iktar komprensiv matul is-seduta. Motivazzjoni ta’ natura ġenerali li tirreferi għall-importanza tal-kawża jew tal-kwistjonijiet li jridu jiġu kkjarifikati ma hijiex biżżejjed.
|
I.2. Fuq it-talbiet għal seduta għas-sottomissjonijiet orali fl-appelli
|
101.
|
Il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni dwar l-appell mingħajr ma tgħaddi għall-fażi orali tal-proċedura, sakemm waħda mill-partijiet ma tressaqx talba sabiex tippreżenta s-sottomissjonijiet orali tagħha fit-terminu previst fl-Artikolu 146 tar-Regoli tal-Proċedura.
|
|
102.
|
It-talba għandha tindika l-motivi li minħabba fihom il-parti tkun tixtieq li tinstema’. Din il-motivazzjoni għandha tirriżulta minn evalwazzjoni konkreta li seduta għas-sottomissjonijiet orali tkun utli għall-parti inkwistjoni u għandha tindika l-elementi tal-inkartament jew tal-argument li fil-fehma tagħha jkun meħtieġ li tiżviluppa jew li tiċħad b’mod iktar komprensiv matul is-seduta. Motivazzjoni ta’ natura ġenerali li tirreferi għall-importanza tal-kawża jew tal-kwistjonijiet li jridu jiġu kkjarifikati ma hijiex biżżejjed.
|
J. FUQ IT-TALBIET GĦAL GĦAJNUNA LEGALI
|
103.
|
L-użu ta’ formola huwa obbligatorju sabiex titressaq talba għal għajnuna legali. Il-formola hija aċċessibbli fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://curia.europa.eu.
|
|
104.
|
Il-formola tista’ tinkiseb ukoll billi tintalab mingħand ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali billi jintbagħat messaġġ elettroniku fl-indirizz li ġej GeneralCourt.Registry@curia.europa.eu, b’indikazzjoni tal-isem u l-indirizz, jew billi tinkiteb ittra lill-indirizz li ġej:
|
Greffe du Tribunal de l’Union européenne
|
|
Rue du Fort Niedergrünewald
|
|
L-2925 Luxembourg
|
|
|
105.
|
Talba għal għajnuna legali mressqa b’mezz ieħor u mhux bil-formola ma tittiħidx inkunsiderazzjoni; din twassal għal risposta mir-Reġistratur fejn jitfakkar in-natura obbligatorja tal-użu tal-formola, li r-Reġistratur jehmeż f’anness mar-risposta tiegħu.
|
|
106.
|
L-oriġinal tat-talba għal għajnuna legali għandha tiġi ffirmata minn min jagħmel it-talba jew mill-avukat tiegħu. Madankollu, fil-każ li t-talba tiġi ppreżentata permezz tal-applikazzjoni e-Curia mill-avukat ta’ min jagħmel it-talba, il-firma tal-avukat ma tkunx meħtieġa.
|
|
107.
|
Jekk it-talba għal għajnuna legali titressaq mill-avukat ta’ min jagħmel it-talba qabel ma jiġi ppreżentat ir-rikors, flimkien ma’ din it-talba jrid ikun hemm id-dokument previst fl-Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-proċedura (dokument li jiċċertifika li l-avukat huwa awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea). Għall-finijiet tal-produzzjoni tad-dokument previst fl-Artikolu 44(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jista’ jsir riferiment, skont l-Artikolu 8(2) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur, għal dokument diġà ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.
|
|
108.
|
Il-formola hija intiża li tippermetti lill-Qorti Ġenerali jkollha, skont l-Artikolu 95(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-informazzjoni neċessarja sabiex tiddeċiedi effettivament dwar it-talba għal għajnuna legali. Din l-informazzjoni tikkonċerna:
|
—
|
informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ min jagħmel it-talba
u,
|
|
—
|
fil-każ fejn ir-rikors ikun għadu ma ġiex ippreżentat, informazzjoni dwar is-suġġett ta’ dan ir-rikors, dwar il-fatti tal-kawża u dwar l-argumenti dwaru.
|
|
|
109.
|
Min jagħmel it-talba għandu jipproduċi, mal-formola, id-dokumenti li jiġġustifikaw l-affermazzjonijiet tiegħu.
|
|
110.
|
Il-formola debitament mimlija u d-dokumenti ta’ sostenn għandhom ikunu jinftiehmu minnhom nfushom, mingħajr il-bżonn li jsir riferiment għal korrispondenza oħra eventwalment ippreżentata lill-Qorti Ġenerali minn min jagħmel it-talba.
|
|
111.
|
Bla ħsara għall-possibbiltà li l-Qorti Ġenerali titlob informazzjoni jew il-produzzjoni ta’ dokumenti addizzjonali skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, it-talba għal għajnuna legali ma tistax tiġi kkompletata billi jiġu ppreżentati addendi oħra wara; tali addendi, jekk jiġu ppreżentati mingħajr ma l-Qorti Ġenerali tkun talbithom, jintbagħtu lura. F’każijiet eċċezzjonali, id-dokumenti ta’ sostenn intiżi li jipprovaw in-nuqqas ta’ mezzi ta’ min jagħmel it-talba jistgħu madankollu jiġu aċċettati wara, billi tingħata spjegazzjoni xierqa għalfejn ġew ippreżentati tard.
|
|
112.
|
Bis-saħħa tal-Artikolu 96(4) tar-Regoli tal-Proċedura, il-preżentata ta’ talba għal għajnuna legali tissospendi t-terminu previst għall-preżentata tar-rikors li għalih tirreferi t-talba sad-data tan-notifika tad-digriet li jiddeċiedi dwar din it-talba jew, meta avukat ma jkunx ġie maħtur sabiex jirrappreżenta l-persuna kkonċernata f’dan id-digriet, sad-data tan-notifika tad-digriet li jaħtar l-avukat sabiex jirrappreżenta lil min jagħmel it-talba.
|
|
113.
|
Is-sospensjoni tidħol fis-seħħ mid-data li fiha tiġi ppreżentata l-formola jew, meta t-talba għal għajnuna legali titressaq mingħajr l-użu tal-formola, mid-data tad-depożitu ta’ din it-talba bil-kundizzjoni li l-formola tintbagħat fit-terminu mogħti mir-Reġistru għal dan il-għan fl-ittra msemmija fil-punt 105 iktar ’il fuq. Jekk il-formola ma tintbagħatx fit-terminu mogħti, is-sospensjoni tidħol fis-seħħ mid-data li fiha tiġi ppreżentata l-formola.
|
|
114.
|
Fil-każ li l-formola tiġi ppreżentata b’faks jew b’messaġġ elettroniku, l-oriġinal bil-firma bil-miktub tal-avukat jew ta’ min jagħmel it-talba għandu jasal fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara din il-preżentata sabiex id-data tad-depożitu tal-faks jew tal-messaġġ elettroniku tittieħed inkunsiderazzjoni għas-sospensjoni tat-terminu għall-preżentata tar-rikors. Fin-nuqqas tal-preżentata tal-oriġinal f’dan it-terminu ta’ għaxart ijiem, is-sospensjoni tat-terminu għall-preżentata tar-rikors tidħol fis-seħħ fid-data tal-preżentata tal-oriġinal. Fil-każ ta’ diskrepanza bejn l-oriġinal iffirmat u l-kopja ppreżentata qabel, huwa biss l-oriġinal iffirmat li jittieħed inkunsiderazzjoni u d-data meqjusa għas-sospensjoni tat-terminu għall-preżentata tar-rikors tkun dik tal-preżentata ta’ dan l-oriġinal.
|
II. FUQ IL-PROĊEDURA ORALI
|
115.
|
Il-proċedura orali sservi sabiex:
|
—
|
titfakkar, jekk ikun il-każ, il-pożizzjoni meħuda, fil-qosor ħafna, billi jiġu enfasizzati l-motivi essenzjali żviluppati bil-miktub;
|
|
—
|
jiġu kkjarifikati, jekk ikun neċessarju, ċerti argumenti żviluppati matul il-proċedura bil-miktub u sabiex jiġu ppreżentanti, eventwalment, argumenti ġodda li jirriżultaw minn avvenimenti li jkunu seħħu minn meta tkun ingħalqet il-proċedura bil-miktub u li, minħabba f’dan il-fatt, ma setgħux jiġu esposti fis-sottomissjonijiet bil-miktub;
|
|
—
|
jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet eventwali tal-Qorti Ġenerali.
|
|
|
116.
|
Kull parti għandha tevalwa, fid-dawl tal-għan tal-proċedura orali kif iddefinit fil-punt preċedenti, jekk trattazzjoni tkunx fil-fatt utli jew jekk sempliċi riferiment għall-osservazzjonijiet jew għall-atti bil-miktub ikunx biżżejjed. Il-proċedura orali tkun għalhekk tista’ tikkonċentra fuq it-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali. Jekk ir-rappreżentant iqis neċessarju li jitkellem, dan dejjem jista’ jindirizza biss ċerti punti filwaqt li jagħmel riferiment għall-atti fir-rigward ta’ punti oħra.
|
|
117.
|
Jekk parti tastjeni milli tagħmel trattazzjoni, is-silenzju tagħha qatt ma jista’ jiġi interpretat bħala kunsens għat-trattazzjoni żviluppata mill-parti l-oħra jekk l-argument inkwistjoni jkun diġà ġie miċħud fil-proċedura bil-miktub. Dan is-silenzju ma jżommx lil din il-parti milli tirreplika għat-trattazzjoni tal-parti l-oħra.
|
|
118.
|
F’ċerti każijiet, il-Qorti Ġenerali tista’ tqis li huwa preferibbli li jingħata bidu għall-proċedura orali permezz ta’ mistoqsijiet magħmula mill-membri tagħha lir-rappreżentanti tal-partijiet. F’dan il-każ, dawn tal-aħħar huma mitluba li jieħdu dan inkunsiderazzjoni jekk sussegwentement ikunu jridu jagħmlu trattazzjoni qasira.
|
|
119.
|
Għal finijiet ta’ ċarezza u sabiex it-trattazzjonijiet jinftiehmu b’mod aħjar mill-membri tal-Qorti Ġenerali, ġeneralment huwa preferibbli li wieħed jitkellem liberament abbażi ta’ noti pjuttost milli billi jaqra test. Ir-rappreżentanti tal-partijiet huma mistiedna wkoll jissemplifikaw, sa fejn ikun possibbli, il-preżentazzjoni tagħhom tal-kawża. Serje ta’ sentenzi qosra hija dejjem preferibbli minn diskors twil u kkumplikat. Barra minn dan, ir-rappreżentanti jgħinu lill-Qorti Ġenerali jekk jistrutturaw it-trattazzjonijiet tagħhom u jekk jippreċiżaw qabel kull żvilupp il-pjan li bi ħsiebhom jadottaw.
|
|
120.
|
Meta t-trattazzjoni tkun ippreparata bil-miktub, fir-rigward tal-elaborazzjoni tat-test jingħata l-parir li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li dan għandu jiġi ppreżentat b’mod orali u għalhekk għandu jkun l-iktar qrib possibbli għal preżentazzjoni orali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni, ir-rappreżentanti tal-partijiet huma mistiedna jibagħtu minn qabel, lid-diviżjoni tal-interpretazzjoni, jew bil-faks [(+352) 43.03.36.97] jew b’messaġġ elettroniku (interpret@curia.europa.eu), it-test tat-trattazzjoni tagħhom, jekk dan ikun diġà stabbilit, jew xi noti bil-miktub oħra li jista’ jkollhom bi tħejjija għat-trattazzjoni.
|
|
121.
|
Il-kunfidenzjalità tan-noti tat-trattazzjonijiet mibgħuta hija assigurata. Sabiex jiġi evitat kull ekwivoku, għandu jiġi indikat l-isem tal-parti. In-noti tat-trattazzjonijiet ma jiġux inklużi fl-inkartament tal-kawża.
|
|
122.
|
Qed jiġi mfakkar lir-rappreżentanti li, skont il-każ, uħud mill-membri biss tal-Qorti Ġenerali jsegwu t-trattazzjoni fil-lingwa li tkun qiegħda ssir filwaqt li l-membri l-oħra jisimgħu l-interpretazzjoni simultanja. Qed jiġi rrakkomandat ħafna lir-rappreżentanti, fl-interess ta’ żvolġiment aħjar tal-proċedura orali u sabiex jinżamm il-livell tal-kwalità tal-interpretazzjoni simultanja, li jitkellmu bil-mod u fil-mikrofonu.
|
|
123.
|
Meta r-rappreżentanti jkollhom l-intenzjoni li jiċċitaw litteralment siltiet minn ċerti testi jew dokumenti, b’mod partikolari siltiet li ma jkunux imsemmija fl-inkartament tal-kawża, ikun utli li jindikawhom lill-interpreti qabel is-seduta. Bl-istess mod, jista’ jkun utli li jindikawlhom kliem li eventwalment ikunu diffiċli li jiġu tradotti.
|
|
124.
|
Peress li l-awli tal-Qorti Ġenerali huma mgħammra b’sistema awtomatika ta’ mikrofoni, ir-rappreżentanti huma mitluba jagħfsu l-buttuna tal-mikrofonu sabiex jixegħluh u jistennew li jixgħel id-dawl qabel ma jibdew jitkellmu. Għandu jiġi evitat li tingħafas il-buttuna filwaqt li Mħallef jew persuna oħra jkunu qegħdin jitkellmu, sabiex ma jintfilhomx il-mikrofonu.
|
|
125.
|
It-tul tat-trattazzjonijiet jista’ jvarja skont il-kumplessità tal-kawża u skont jekk ikunx hemm jew le punti ta’ fatt ġodda. Ir-rappreżentanti tal-partijiet prinċipali huma mitluba jillimitaw it-tul tat-trattazzjonijiet għal madwar 15-il minuta għal kull parti u dawk tal-intervenjent għal 10 minuti (fil-kawżi magħquda, kull parti prinċipali għandha 15-il minuta għal kull kawża u kull intervenjent għandu 10 minuti għal kull kawża), sakemm ir-Reġistru ma jkunx tahom indikazzjonijiet differenti f’dan ir-rigward. Dan il-limitu jikkonċerna biss it-trattazzjoni nfisha u ma jinkludix iż-żmien użat sabiex tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula fis-seduta.
|
|
126.
|
Jekk iċ-ċirkustanzi jitolbu hekk, talba għal deroga minn dan it-tul ta’ ħin normali, debitament motivata u li tippreċiża t-tul tal-ħin meqjus li huwa neċessarju, tista’ tiġi indirizzata lir-Reġistru, as mhux iktar tard minn ħmistax-il ġurnata (jew fi stadju iktar tard f’każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, debitament motivati) qabel id-data tas-seduta. Ir-rappreżentanti jiġu informati bit-tul tat-trattazzjonijiet li jiddisponu minnhom wara li tkun saret talba bħal din.
|
|
127.
|
Meta diversi rappreżentanti jaġixxu għal parti waħda, bħala regola mhux iktar minn tnejn biss fosthom ikunu jistgħtu jittrattaw u t-total tal-interventi orali tagħhom ma għandux jaqbeż it-tul tal-ħin ippreċiżat iktar ’il fuq. It-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Imħallfin u r-repliki għar-rappreżentanti l-oħra jistgħu madankollu jingħataw minn rappreżentanti oħra differenti minn dawk li jkunu ttrattaw.
|
|
128.
|
Meta numru ta’ partijiet jiddefendu l-istess teżi quddiem il-Qorti Ġenerali (sitwazzjoni li tirriżulta b’mod partikolari fil-każ ta’ interventi jew ta’ kawżi magħquda), ir-rappreżentanti tagħhom huma mistiedna jaħdmu flimkien qabel is-seduta, sabiex tiġi evitata kull repetizzjoni fit-trattazzjoni.
|
|
129.
|
Ir-rapport għas-seduta, redatt mill-Imħallef Relatur, huwa limitat għal indikazzjoni tal-motivi u sunt qasir tal-argumenti tal-partijiet.
|
|
130.
|
Il-Qorti Ġenerali tagħmel mill-aħjar sabiex tagħti r-rapport għas-seduta lir-rappreżentanti tal-partijiet tliet ġimgħat qabel is-seduta. Ir-rapport għas-seduta jservi biss sabiex titħejja l-proċedura orali qabel is-seduta.
|
|
131.
|
Jekk ir-rappreżentanti jippreżentaw sottomissjonijiet orali fis-seduta dwar ir-rapport għas-seduta, dawn jitniżżlu mir-Reġistratur jew minn min qed jaġixxi bħala Reġistratur.
|
|
132.
|
Ir-rapport għas-seduta jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku quddiem l-awla fil-jum tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.
|
|
133.
|
Ir-rappreżentanti huma mitluba, meta jiċċitaw minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali jew tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li jindikawha permezz tal-isem kurrenti tagħha, in-numru tal-kawża u li jippreċiżaw, jekk ikun il-każ, il-punt jew punti rilevanti.
|
|
134.
|
Il-Qorti Ġenerali ma taċċettax dokumenti ppreżentati fis-seduta ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali u biss wara li tkun semgħet lill-partijiet f’dan ir-rigward.
|
|
135.
|
Talba għall-użu ta’ ċerti mezzi tekniċi għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni għandha titressaq fi żmien suffiċjenti. Il-metodi għall-użu ta’ mezzi bħal dawn jiġu ddeterminati mir-Reġistratur, u dan sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni limitazzjonijiet eventwali ta’ natura teknika u prattika.
|
III. DĦUL FIS-SEĦĦ TA’ DAWN L-ISTRUZZJONIJIET PRATTIĊI
|
136.
|
Dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi jħassru u jissostitwixxu l-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet tal-5 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 232, p. 7), kif emendati fis-16 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 184, p. 8), fis-17 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 170, p. 49) u fit-8 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 180, p. 52).
|
|
137.
|
Dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma jidħlu fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom.
|