16.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/38


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Frar 2012

dwar il-linji gwida għall-preżentazzjoni tat-tagħrif għall-identifikazzjoni ta’ ħafna materjal riproduttiv tal-foresta u t-tagħrif li għandu jiġi provdut fuq it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur

(2012/90/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (1) jistipula t-tagħrif li għandu jintuża sabiex jiġi identifikat kull lott tal-materjal riproduttiv tal-foresta (minn hawn ’il quddiem “MRF”). Barra minn hekk, l-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva jistipula t-tagħrif li għandu jiġi indikat fit-tabella jew dokument tal-fornitur. Madankollu ma ġew stabbiliti l-ebda regoli li jikkonċernaw il-preżentazzjoni ta’ dan it-tagħrif.

(2)

Għaldaqstant, il-mod ta’ kif it-tagħrif huwa ppreżentat fit-tabella jew dokument tal-fornitur ivarja b’mod sinifikanti madwar l-Unjoni. Bosta Stati Membri u partijiet interessati rrappurtaw li, minħabba l-użu ta’ lingwi differenti u forom ta’ preżentazzjoni, it-tikketta jew id-dokumenti tal-fornitur spiss ma jinftehmux bl-istess mod mill-partijiet interessati involuti fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(3)

Madankollu, id-Direttiva 1999/105/KE ma tinkludix bażi legali li tippermetti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi dispożizzjonijiet legali li jorbtu li għandhom l-għan li jarmonizzaw it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur sabiex inaqqsu dawn id-diffikultajiet. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu adottati linji gwida li jirrakkomandaw preżentazzjoni tat-tagħrif li għandu jiġi provdut fit-tabella jew dokument tal-fornitur li jiffaċilita l-fehim ta’ dan it-tagħrif fl-Istati Membri kollha.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1598/2002 tas-6 ta’ Settembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar l-għoti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka minn korpi uffiċjali (2), fejn l-MRF jgħaddi minn Stat Membru għal ieħor, il-korp uffiċjali tal-Istat Membru li fih huwa bbażat il-fornitur għandu jipprovdi tagħrif lill-korp uffiċjali tal-Istat Membru li fih huwa bbażat ir-riċevitur. Dan it-tagħrif għandu jiġi provdut permezz ta’ “Dokument ta’ Informazzjoni” f’format standardizzat fir-rigward tal-mod ta’ kif huwa preżentat it-tagħrif u jinkludi, kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, l-użu ta’ kodiċi armonizzat biex jiġu identifikati l-oġġetti differenti.

(5)

Meta wieħed iqis li ma ġew rappurtati l-ebda diffikultajiet fir-rigward tal-użu ta’ dan id-“Dokument ta’ Informazzjoni” u li xi partijiet mit-tagħrif mitlub mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE li għandhom jiġu indikati fit-tabella jew dokument tal-fornitur huma mitluba wkoll mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1598/2002 għad-“Dokument ta’ Informazzjoni”, huwa meqjus xieraq li jiġi rakkomandat l-użu ta’ kodiċi numeriku biex jidentifika l-oġġetti differenti fit-tabella jew dokument tal-fornitur simili għal dawk stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1598/2002.

(6)

Madankollu s-sekwenza u l-kontenut tal-kodiċi stipulati f’dawn il-linji gwida għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-lottijiet MRF u l-kontenut tat-tikketta jew dokument tal-fornitur kif stipulat fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE.

(7)

Dawn il-linji gwida għandhom jikkunsidraw id-differenzi msemmija fil-Premessa 2, biex jiffaċilitaw il-kummerċ u l-iskambju ta’ tagħrif.

(8)

Barra minn hekk, il-miżuri nazzjonali li ttieħdu mill-Istati Membri skont din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u għandhom ikunu proporzjonati mal-objettiv imfittex,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Bl-iżvilupp tal-miżuri nazzjonali li jikkonċernaw il-mod ta’ kif it-tagħrif għandu jiġi provdut mit-tikketta jew dokument tal-fornitur kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE għandu jiġi preżentat, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-linji gwida stipulati fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(2)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 39.


ANNESS

A.   Prinċipji ġenerali għall-istabbiliment ta’ miżuri nazzjonali

1.   Trasparenza

Il-miżuri nazzjonali li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tat-tagħrif li għandu jiġi provdut fit-tikketta jew dokument tal-fornitur għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresta (minn hawn ’il quddiem “MRF”) għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u b’mod trasparenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri konsegwenza tal-modi differenti kif dan it-tagħrif huwa preżentat.

2.   Proporzjonalità

Il-miżuri nazzjonali adottati skont din ir-rakkomandazzjoni għandhom ikunu proporzjonati mal-objettiv li qed jiġi segwit, jiġifieri l-iffaċilitar tal-fehim tat-tagħrif provdut f’format u lingwi differenti. Dawn il-miżuri għandhom jevitaw piż bla bżonn għas-sidien u l-mixtliet tal-foresta.

L-għażla tal-miżuri għandha tikkunsidra d-diffikultajiet u l-karatteristiċi reġjonali u lokali, bħall-għamla u d-daqs tal-intrapriża tal-fornitur u l-utenti, l-aċċess għall-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll il-prassi lokali, nazzjonali, tal-Unjoni u tal-fornitur għall-immaniġġjar. Dawn għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta’ kummerċ, li jiddependi fuq speċifiċitajiet reġjonali u nazzjonali u l-ħtiġijiet partikolari tal-MRF. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu adottati bħala regoli, rakkomandazzjonijiet jew linji gwida nazzjonali indirizzati lill-fornituri tal-MRF.

B.   L-identifikazzjoni tal-kodiċi tikkorrispondi mal-oġġetti rilevanti tat-tikketta jew dokument tal-fornitur

L-oġġetti li għandhom jiġu provduti fit-tikketta jew dokument tal-fornitur għandhom jiġu preżentati kif elenkati fil-kolonna tax-xellug tat-tabella ta’ hawn taħt, skont is-sekwenza użata fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE. Fejn xieraq, jistgħu jiżdiedu xi oġġetti addizzjonali, taħt punt C, għal skopijiet ta’ traċċabilità u tagħrif.

Għandhom jintużaw u jiġu preżentati numri armonizzati ta’ identifikazzjoni permezz tan-numri u kodiċi elenkati fil-kolonna tal-lemin tat-tabella ta’ hawn taħt, li jservu bħala traduzzjonijiet numeriċi tat-test korrispondenti fil-kolonna tax-xellug. Dawn in-numri kollha huma maħsuba biex jiffaċilitaw l-irkupru u r-rikonoxximent tat-tagħrif, dawn għandhom jiġu miżjuda ma’ dan it-tagħrif mingħajr ma jqiegħdu l-kliem sħiħ, jew imqassar tal-kolonna tax-xellug, li normalment jintużaw fuq it-tikketti jew dokumenti tal-fornitur.

Il-kodiċi rilevanti u armonizzati ta’ identifikazzjoni għandhom jinkitbu b’tipa grassa qabel kull oġġett li se jkun provdut fuq it-tikketta jew dokument tal-fornitur.

 

Numru fuq it-tikketta jew dokument tal-fornitur

A.   Rekwiżiti kif elenkati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/105/KE

Kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni u n-numru

3

Isem botaniku

6

Kategorija

8a

“sors identifikat”

8b

“magħżul”

8c

“kwalifikat”

8d

“ittestjat”.

Għan

10a

“forestrija multifunzjonali”

10b

“oħrajn”

Tip ta’ materjal bażiku

9a

“sors taż-żerriegħa”

9b

“siġar”

9c

“masġar taż-żerriegħa”

9d

“ġenituri ta’ familja”

9e

“klonu”

9f

“taħlita ta’ kloni”

Ir-referenza tar-reġistru jew il-kodiċi tal-identità għar-reġjun ta’ provenjenza

11

Reġjun ta’ provenjenza — għal-materjali riproduttivi tal-kategoriji “sorsi-identifikati” u “magħżula” jew ta’ materjali riproduttivi oħra jekk ikun xieraq

13

Jekk ikun xieraq, sew jekk l-oriġini tal-materjal tkun awtoktonika jew indiġena, mhux awtoktonika jew mhux indiġena, jew mhux magħrufa

12a

“awtoktonika/indiġena”

12b

“mhux awtoktonika/mhux indiġena”

12c

“mhux magħrufa”

Fil-każ ta’ unitajiet taż-żrieragħ, is-sena tal-maturità

17

L-età ta’ friegħi tax-xtieli jew siltiet għat-tħawwil, sew jekk maqtugħa minn taħt, trapjanti jew f’kontenituri

16

It-tip ta’ friegħi tax-xtieli jew siltiet għat-tħawwil, sew jekk maqtugħa minn taħt, trapjanti jew f’kontenituri

7a

“żerriegħa”

7b

“partijiet tal-pjanti”

7c

“friegħi għat-tħawwil (għeruq mikxufa)”

7d

“friegħi għat-tħawwil (kontenituri)”

Jekk humiex modifikati ġenetikament

18a

“iva”

18b

“le”

B.   Rekwiżiti kif elenkati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE

In-numru(i) taċ-ċertifikat ewlieni maħruġ skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/105/KE jew referenza għad-dokument l-ieħor disponibbli f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ dik id-Direttiva

3

Isem tal-fornitur

4

Il-kwantità fornuta

15

Fil-każ ta’ materjali riproduttivi tal-kategorija “ittestjata” li l-materjal bażiku jkun approvat skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 1999/105/KE, il-kliem “approvati proviżorjament”

8x

Jekk il-materjal ma jkunx ġie propagat b’mod veġetattiv

19a

“iva”

19b

“le”

Fil-każ taż-żerriegħa, għal kwantitajiet ’il fuq minn dawk imsemmija fl-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 1999/105/KE

Purità: il-perċentwal tal-piż taż-żerriegħa pura, żerriegħa oħra u materja rieqda tal-prodott kumerċjalizzat bħala żerriegħa fil-lott

22

Il-perċentwal tal-ġerminazzjoni taż-żerriegħa pura, jew, meta l-perċentwal tal-ġerminazzjoni jkun impossibbli jew mhux prattiku biex jiġi kkalkulat, il-vijabbiltà tal-perċentwal valutat b’referenza għal metodu speċifiku

23

Il-piż ta’ 1 000 żerriegħa pura

24

In-numru ta’ żerriegħa ġerminabbli kull kilogramm tal-prodott kummerċjalizzat bħala żerriegħa, jew, meta n-numru ta’ żerriegħa ġerminabbli ma jkunx possibbli jew mhux prattiku biex jiġi kkalkulat, in-numru vijabbli taż-żerriegħa kull kilogramma

25

Fil-każ tal-Populus spp. (parti mill-pjanti)

Klassi tal-qtugħ tal-friegħi (EC 1/EC 2)

26

Klassi tas-settijiet (N1/N2 — S1/S2)

27

C.   Oġġetti addizzjonali possibbli għal skopijiet ta’ traċċabilità u tagħrif

In-numru tad-dokument tal-fornitur

1

Numru intern (tal-fornitu) tal-lott

1a

Data ta’ meta ntbagħat l-MRF

2

Indirizz sħiħ tal-formitur

4

Isem u indirizz tar-riċevitur

5

Pajjiż tar-reġjun ta’ provenjenza jew tal-post

13

Oriġini tal-materjal bażiku jekk mhijiex awtoktonika jew mhux indiġena

14