|
28.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/1 |
DEĊIŻJONI Nru 1104/2012/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Novembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE biex tinkludi l-materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija “kwalifikati” u biex taġġorna l-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott f’pajjiżi terzi (3) tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom il-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula”, prodott f’pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, għandu jiġi importat fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-regoli nazzjonali għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti fl-Istati Uniti, l-Iżvizzera, il-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, is-Serbja, u t-Turkija jipprevedu spezzjoni uffiċjali fuq il-post li għandha titwettaq matul il-ġbir u l-ipproċessar taż-żrieragħ u l-produzzjoni tan-nebbiet għat-tħawwil. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli, is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ materjal bażiku u l-produzzjoni sussegwenti tal-materjal riproduttiv minn dak il-materjal bażiku għandhom isegwu l-Iskema tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni ta’ Materjal Riproduttiv tal-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali (l-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti). Barra minn hekk, dawk ir-regoli jeħtieġu li ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat”, “magħżula” u “kwalifikati” jkunu uffiċjalment iċċertifikati u l-pakketti taż-żrieragħ ikunu uffiċjalment magħluqa skont l-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti. |
|
(4) |
Eżami ta’ dawn ir-regoli fir-rigward tal-kategorija “kwalifikati” wera li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (4). Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tal-kondizzjonijiet rigward il-kwalità taż-żerriegħa, il-purità tal-ispeċi u l-kwalità tan-nebbiet għat-tħawwil, ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi jeħtieġu l-istess garanziji fir-rigward tal-kondizzjonijiet applikabbli għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategorija l-ġdida ‘kwalifikati’ bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 1999/105/KE. Jirriżulta għalhekk li r-regoli relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal tal-foresta tal-kategorija “kwalifikati” fl-Istati Uniti, l-Isvizzera, il-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, is-Serbja, u t-Turkija għandha titqies bħala ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 1999/105/KE, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2008/971/KE fir-rigward taż-żerriegħa u n-nebbiet għat-tħawwil, huma sodisfatti. |
|
(5) |
Fir-rigward ta’ materjal tal-kategorija “kwalifikati”, dawk il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu d-dispożizzjoni ta’ tagħrif dwar jekk il-prodotti ġewx ġenetikament modifikati jew le. Tali tagħrif għandu jiffaċilita l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (5), jew, fejn applikabbli, fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (6) u r-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament (7). |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-ismijiet ta’ xi awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni, kif elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/971/KE, inbidlu. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2008/971/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/971/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom il-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategoriji ‘sors identifikat’, ‘magħżula’ u ‘kwalifikati’ prodotti f’pajjiż terz elenkati fl-Anness I għandhom jiġi importati lejn l-Unjoni.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Iż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji ‘sors identifikat’ u ‘magħżula’ u ‘kwalifikati’ tal-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 1999/105/KE, prodotti fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni u ċċertifikati uffiċjalment mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz elenkati f’dak l-Anness, għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil li jikkonformaw mad-Direttiva 1999/105/KE, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-AnnessII ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “Meta ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil jidħlu fl-Unjoni, il-fornitur li jimporta dan il-materjal għandu jgħarraf lill-korp uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru qabel l-importazzjoni. Il-korp uffiċjali għandu joħroġ Ċertifikat Ewlieni bbażat fuq iċ-Ċertifikat ta’ Provenjenza tal-OECD uffiċjal iqabel ma l-materjal jitqiegħed fis-suq.”; |
|
(4) |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) 1. ĠU C 351, 15.11.2012, p. 91.
(2) 2. Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhiex ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-13 ta’ Novembru 2012.
(3) ĠU L 345, 23.12.2008, p. 83.
(4) ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.
(5) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/971/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS I Pajjiżi u awtoritajiet
|
|
(2) |
Fl-Anness II, tiżdied it-taqsima li ġejja: “C. Kondizzjonijiet addizjonali marbuta mal-kategorija ‘kwalifikati’ taż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil prodotti fil-pajjiżi terzi Fir-rigward taż-żrieragħ jew nebbiet għat-tħawwil tal-kategorija ‘kwalifikati’, it-Tikketta tal-OECD u t-tikketta jew id-dokument tal-fornitur għandha tiddikjara jekk kienx hemm modifika ġenetika jew le fil-produzzjoni tal-materjal bażiku.”. |
(*1) CA – Il-Kanada, CH – l-Isvizzera HR – il-Kroazja, NO – in-Norveġja, RS – is-Serbja, TR – It-Turkija, US – L-Istati Uniti.”