8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/80


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-22 ta’ Novembru 2012

li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2012/758/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur José Manuel GONZÁLEZ-PÁRAMO, membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, skada fil-31 ta' Mejju 2012 u għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)

Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Yves MERSCH li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Yves MERSCH huwa b'dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mill-15 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  ĠU C 215, 21.7.2012, p. 4.

(2)  Opinjoni mogħtija fil-25 ta’ Ottubru 2012 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 218, 24.7.2012, p. 3.