27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/665/PESK

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, bid-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) il-Kunsill impona miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2013.

(3)

Jeħtieġ li l-miżuri dwar l-embargo tal-armi previsti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK jiġu emendati.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni 2010/638/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2(1), huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ splussivi u tagħmir relatat intenzjonat biss għal użu ċivili f’investimenti ta’ tħaffir u infrastruttura u l-provvista ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra kif ukoll il-provvista ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja relatata ma’ oġġetti bħal dawn, dment li l-ħżin u l-użu tal-isplussivi u tat-tagħmir relatat ikun kkontrollat u vverifikat minn korp indipendenti u l-fornituri ta’ servizzi relatati jkunu identifikati;”;

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“F’każijiet li jaqgħu taħt il-punt (g) Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra ġimgħatejn bil-quddiem bl-intenzjoni tiegħu li jagħti approvazzjoni taħt dak il-punt.”.

(2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2013. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)   ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.