27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUCAP SAHEL/NIGER/1/2012

tas-17 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger)

(2012/436/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK 16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (1) (EUCAP SAHEL/Niger), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP SAHEL Niger, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-ħatra tal-Kurunell Francisco ESPINOSA NAVAS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP SAHEL Niger,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kurunell Francisco ESPINOSA NAVAS huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP SAHEL Niger) għal perijodu ta' 12-il xahar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.