26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Lulju 2012

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ partijiet u komponenti ta’ vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa

(2012/429/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/106/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ tal-partijiet u l-komponenti tal-vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fis-16 ta’ Diċembru 2011, soġġett għall-konklużjoni.

(2)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ partijiet u komponenti ta’ vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f’isem l-Unjoni, biex jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 13(2) fil-Ftehim sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 57, 29.2.2012, p. 14.

(2)  Il-Ftehim ġie ppublikat fil-ĠU L 57, 29.2.2012, p. 15, flimkien mad-deċiżjoni tal-iffirmar.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segratarjat Ġenerali tal-Kunsill.