11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/5


DEĊIŻJONI TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Frar 2012

li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/186/UE)

IL-KUMMISJSONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-produzzjoni tal-istatistika Ewropea għandu jkun hemm bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-utenti u l-piż fuq dawk li jwieġbu.

(2)

Twettqet analiżi teknika f’livell Ewropew tad-dejta eżistenti miġbura skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar kif ukoll tal-politika ta’ disseminazzjoni biex tipproponi soluzzjonijiet tekniċi possibbli għas-simplifikazzjoni, kemm jista’ jkun, tal-attivitajiet diversi meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika, filwaqt li l-eżitu finali jinżamm konformi mal-ħtiġijiet preżenti u prevedibbli tal-utent.

(3)

Bħala riżultat ta’ din l-analiżi, id-“direzzjoni” varjabbli fl-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin għandha tiġi ssimplifikata, filwaqt li l-istatut legali (obbligatorju kontra volontarju) tal-ġabriet ta’ dejta korrispondenti F1 u F2 għandu jiġi ċċarat.

(4)

Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit qafas legali armonizzat għal ġabra volontarja tal-istatistika dwar il-kontejners Ro-Ro. Aktar minn hekk, it-tip ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija għandu jiġi estiż.

(5)

In-nomenklatura dwar iż-żoni marittimi tal-kosta għandha tiġi adattata għall-iżviluppi tekniċi.

(6)

Għalhekk, id-Direttiva 2009/42/KE għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, IV u VIII tad-Direttiva 2009/42/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel sena ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun l-2012, li tkopri d-dejta tal-2012.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29.


ANNESS

ANNESS I

FATTURI VARJABBLI U DEFINIZZJONIJIET

1.   Varjabbli statistiċi

(a)   Informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri

Piż gross tal-merkanzija f’tunnellati,

tip ta’ merkanzija, skont in-nomenklatura murija fl-Anness II,

deskrizzjoni tal-merkanzija, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness III,

il-port tar-rappurtaġġ,

direzzjoni tal-moviment, jekk hux ’il ġewwa jew ’il barra,

kontroparti għall-merkanzija dieħla ’l ġewwa: il-port tat-tagħbija (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija ġiet mgħobbija fuq il-vapur li fih waslet fil-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

kontroparti għall-merkanzija ħierġa ’l barra: il-port tal-ħatt (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija għandha tinħatt mill-vapur li fih telqet mill-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-ŻEE murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

numru ta’ passiġġieri li jibdew jew jispiċċaw vjaġġ, kif ukoll in-numru ta’ passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni tal-passiġġieri tal-kruċiera,

kontroparti għall-passiġġieri deħlin ’il ġewwa: il-port tal-imbarkazzjoni (jiġifieri l-port li fih il-passiġġier tela’ fuq il-vapur li fih wasal/waslet fil-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

kontroparti għall-passiġġieri ħerġin ’il barra: il-port tal-iżbark (jiġifieri l-port li fih il-passiġġier għandu jinżel mill-vapur li fih telaq/telqet mill-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-ŻEE murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV.

Għall-merkanzija li tinġarr f’kontejners jew unitajiet Ro-Ro, għandhom jiġu pprovduti dawn id-dettalji addizzjonali:

numru totali ta’ kontejners (bil-merkanzija u mingħajrha),

numru ta’ kontejners mingħajr merkanzija,

numru totali ta’ unitajiet mobbli (Ro-Ro) bil-merkanzija u mingħajrha,

numru totali ta’ unitajiet mobbli (Ro-Ro) mingħajr merkanzija.

(b)   Informazzjoni dwar il-bastiment

numru ta’ bastimenti,

piż li jifilħu jġorru l-bastimenti jew tunnellaġġ gross,

pajjiż jew territorju tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness V,

tip ta’ bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VI,

daqs tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VII.

2.   Definizzjonijiet

(a)

“Kontenitur tal-merkanzija” tfisser oġġett ta’ tagħmir tat-trasport:

1.

ta’ natura permanenti u, għalhekk, b’saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu repetittiv;

2.

maħsub speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija b’mod wieħed jew aktar ta’ trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedjarja;

3.

mgħammar b’apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b’mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mod wieħed ta’ trasport għal ieħor;

4.

hekk maħsub sabiex ikun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;

5.

ta’ tul ta’ 20 pied jew aktar;

(b)

“Unità Ro-Ro” tfisser tagħmir bir-roti għat-trasport ta’ merkanzija, bħalma huwa trakk, trejler jew semitrejler, li jista’ jinsaq jew jiġi rmunkat fuq bastiment. F’din id-definizzjoni huma inklużi t-trejlers tal-port jew tal-vapuri. Il-klassifikazzjonijiet għandhom isegwu r-Rakkomandazzjoni ECE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti “Kodiċi għat-tipi ta’ merkanzija, pakketti u materjali tal-imballaġġ”;

(c)

“Kontejners tal-merkanzija” tfisser kontejners bil-merkanzija jew mingħajrha li jintrefgħu fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar;

(d)

“Merkanzija Ro-Ro” tfisser merkanzija, kemm jekk fil-kontejners u kemm jekk le, fuq unitajiet Ro-Ro, u unitajiet Ro-Ro li huma rrumblati fuq jew mill-bastimenti li jġorruhom bil-baħar;

(e)

“Il-piż gross tal-merkanzija” tfisser it-tunnellaġġ ta’ merkanzija ttrasportata, inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-kontejners jew tal-unitiajiet Ro-Ro;

(f)

“Il-Piż li jifilħu jġorru l-bastimenti (Deadweight — DWT)” tfisser id-differenza f’tunnellati bejn l-ispostar ta’ vapur fuq il-linja tat-tagħbija tas-sajf fl-ilma b’gravitá speċifika ta’ 1,025 u l-piż totali tal-vapur, jiġifieri l-ispostar f’tunnellati ta’ vapur mingħajr merkanzija, fjuwil, żejt ta’ lubrifikazzjoni, ilma saborra, ilma frisk u ilma tax-xorb fit-tankijiet, provvisti li jintużaw kif ukoll passiġġieri, ekwipaġġ u l-ħwejjeġ tagħhom;

(g)

“Tunnellaġġ gross” tfisser id-daqs globali ta’ vapur determinat skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1969 dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri;

(h)

“Passiġġier tal-kruċiera” tfisser passiġġier bil-baħar li jagħmel vjaġġ bil-baħar fuq bastiment tal-kruċiera. Il-passiġġieri f’eskursjonijiet ta’ jum huma esklużi;

(i)

“Vapur tal-kruċieri” tfisser vapur tal-passiġġieri maħsub biex jipprovdi lill-passiġġieri b’esperjenza turistika sħiħa. Il-passiġġieri kollha jkollhom kabina. Il-faċilitajiet għad-divertiment abbord huma inklużi. Il-vapuri li jipprovdu servizzi ta’ laneċ normali huma esklużi, ukoll jekk xi passiġġieri jikkunsidraw is-servizz bħala kruċiera. Barra minn hekk, il-bastimenti li jġorru l-merkanzija li jistgħu jġorru numru limitat ħafna ta’ passiġġieri bil-kabini tagħhom stess huma esklużi wkoll. Il-bastimenti maħsuba unikament għall-eskursjonijiet ta’ jum huma wkoll esklużi;

(j)

“Eskursjoni tal-passiġġieri tal-kruċiera” tfisser żjara qasira minn passiġġier fuq kroċiera lejn attrazzjoni turistika assoċjata ma’ port filwaqt li jżomm kabina abbord;

(k)

“Kontejners tal-merkanzija Ro-Ro” tfisser kontejners bil-merkanzija mgħobbija fuq unitajiet Ro-Ro jew mingħajr merkanzija li jiġu rrumblati fuq il-bastimenti li jġorruhom bil-baħar u jinħarġu minnhom b’dan il-mod ukoll;

(l)

“Trejlers ta’ fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għall-ieħor” tfisser trejler maħsub biex iġorr l-merkanzija (inklużi l-kontejners) bejn żewġ portijiet fuq bastimenti Ro-Ro. Huwa maħsub l-aktar biex jaħdem fuq bastimenti Ro-Ro jew f’żoni fuq l-art li huma taħt il-kontroll tal-awtorità tal-port;

(m)

“Bastiment Ro-Ro” tfisser bastiment maħsub biex iġorr l-unitajiet Ro-Ro.

ANNESS II

Tip ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija

Kategorija (1)

Kodiċi

Ċifra waħda

Kodiċi

Żewġ ċifri

Deskrizzjoni

Tunnellaġġ

Numru ta’ unitaji et

Volum likwidu

1

1X

Merkanzija likwida bl-ingross (bla unità ta’ merkanzija)

X

 

11

Gass likwifikat

X

 

12

Żejt mhux raffinat

X

 

13

Prodotti taż-żejt

X

 

19

Merkanzija likwida oħra bl-ingross

X

 

Volum niexef

2

2X

Merkanzija niexfa bl-ingross (bla unità ta’ merkanzija)

X

 

21

Minerali

X

 

22

Faħam

X

 

23

Prodotti agrikoli (eż qamħ, soja, tapjoka)

X

 

29

Merkanzija niexfa oħra bl-ingross

X

 

Kontejners

3

3X

Kontejners kbar

X (2)

X

31

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 20 pied

X (2)

X

32

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 40 pied

X (2)

X

33

Unitajiet ta’ tagħbija > 20 pied u < 40 pied

X (2)

X

34

Unitajiet ta’ tagħbija > 40 pied

X (2)

X

Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel

(jaħdmu waħedhom)

5

5X

Unitajiet mobbli li jaħdmu waħedhom

X

X

51

Vetturi tal-merkanzija tat-triq u t-trejlers li jiġu magħhom

X (2)

X

52

Karozzi għall-passiġġieri, muturi u l-karrijiet/il-karavannijiet li jiġu magħhom

 

X (3)

53

Xarabanks għall-passiġġieri

 

X (3)

54

Vetturi tal-kummerċ (inklużi vetturi bil-mutur għall-importazzjoni u l-esportazzjoni)

X

X (3)

56

Bhejjem ħajjin fuq saqajhom

X

X (3)

59

Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom

X

X

Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel

(mhux li jaħdmu waħedhom)

6

6X

Unitajiet mobbli li ma jaħdmux waħedhom

X

X

61

Trejlers u semitrejlers tat-triq tal-merkanzija waħdehom semi-trailers

X (2)

X

62

Karavannijiet u vetturi oħra tat-triq, agrikoli u industrijali waħedhom

X

X (3)

64

Vaguni tal-ferrovija għat-trasport tal-merkanzija transport

X (2)

X

65

Trejlers ta’ fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għall-ieħor għat-trasport tal-merkanzija transport

X (2)

X

66

Barkuni ta’ fuq il-bastimenti għat-trasport tal-merkanzija transport

X (2)

X

69

Unitajiet mobbli oħrajn li ma jaħdmux waħedhom

X

X

Merkanzija ġenerali oħra

(inklużi l-kontejners żgħar)

9

9X

Merkanzija oħra, mhux speċifkata mkien ieħor

X

 

91

Prodotti tal-forestrija

X

 

92

Prodotti tal-ħadid u tal-azzar

X

 

99

Merkanzija ġenerali oħra

X

 


Żieda għat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija għall-kontejners ro-ro

Kategorija (1)

Kodiċi

Ċifra waħda

Kodiċi

Żewġ ċifri

Deskrizzjoni

Tunnellaġġ

Numru ta’ unitaji et

Kontejners Ro-Ro kbar

R

RX

Kontejners Ro-Ro kbar

 

X

R1

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 20 pied

 

X

R2

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 40 pied

 

X

R3

Unitajiet ta’ tagħbija > 20 pied u < 40 pied

 

X

R4

Unitajiet ta’ tagħbija > 40 pied

 

X

ANNESS IV

IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI

In-nomenklatura li għandha tintuża hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) (4) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr il-pajjiżi li huma maqsuma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero (minn 1 sa 7), bħal hawn isfel:

Kodiċi

Żoni kostali marittimi

FR01

Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana

FR02

Franza: il-Mediterran

FR03

Dipartimenti Franċiżi ta’ barra l-pajjiż: il-Gujana Franċiża

FR04

Dipartimenti Franċiżi ta’ barra l-pajjiż: Martinique u Gaudeloupe

FR05

Dipartimenti Franċiżi ta’ barra l-pajjiż: Réunion

DE01

il-Ġermanja: il-Baħar tat-Tramuntana

DE02

il-Ġermanja: il-Baltiku

DE03

il-Ġermanja: il-baħar intern

GB01

Ir-Renju Unit

GB02

l-Isle of Man

GB03

iċ-Channel Islands

ES01

Spanja: l-Atlantiku (it-Tramuntana)

ES02

Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-Nofsinhar) inklużi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji

SE01

l-Isvezja: il-Baltiku

SE02

l-Isvezja: il-Baħar tat-Tramuntana

TR01

it-Turkija: il-Baħar l-Iswed

TR02

it-Turkija: il-Mediterran

RU01

ir-Russja: il-Baħar l-Iswed

RU03

ir-Russja: l-Asja

RU04

ir-Russja: il-Baħar ta’ Barents u l-Baħar l-Abjad

RU05

ir-Russja: il-Baltiku, il-Golf tal-Finlandja biss

RU06

ir-Russja: il-Baltiku, eskluż il-Golf tal-Finlandja

RU07

ir-Russja: il-kanali interni Ewropej, inkluż il-Baħar Kaspju

MA01

il-Marokk: il-Mediterran

MA02

il-Marokk: l-Afrika tal-Punent

EG01

l-Eġittu: il-Mediterran

EG02

l-Eġittu: il-Baħar l-Aħmar

IL01

l-Iżrael: il-Mediterran

IL02

l-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar

SA01

l-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar

SA02

l-Arabja Sawdita: il-Golf

US01

L-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (it-Tramuntana)

US02

L-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (in-Nofsinhar)

US03

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Golf

US04

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (in-Nofsinhar)

US05

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (it-Tramuntana)

US06

L-Istati Uniti tal-Amerika: Great Lakes

US07

Puerto Rico

CA01

il-Kanada: l-Atlantiku

CA02

il-Kanada: Great Lakes u Upper Saint Lawrence

CA03

il-Kanada: il-Kosta tal-Punent

CO01

il-Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntana

CO02

il-Kolombja: il-Kosta tal-Punent

MX01

il-Messiku: l-Atlantiku

MX02

il-Messiku: il-Paċifiku

Bil-kodiċijiet addizzjonali

ZZ01

Installazzjonijiet barra mix-xtut li mhuma speċifikati mkien ieħor

ZZ02

Aggregati u postijiet li mhuma speċifikati mkien ieħor

ANNESS VIII

STRUTTURA GĦAL ĠABRIET TA’ DEJTA STATISTIKA

Il-ġabriet ta’ dejta speċifikati f’dan l-Anness jiddefinixxu l-frekwenza għall-istatistika tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunità. Kull ġabra ta’ dejta tiddefinixxi kontroklassifikazzjoni ta’ sett limitat ta’ qisien fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul il-qisien l-oħrajn kollha, li għalihom tkun meħtieġa statistika ta’ kwalità tajba.

STATISTIKA FIL-QOSOR U DDETTALJATA

Il-ġabriet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija u l-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, C2, D1, E1, F1 u F2.

Il-ġabriet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija iżda mhux għall-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, C2, E1, F1 u F2.

Il-ġabriet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri iżda mhux għall-merkanzija huma A3, D1, F1 u F2.

Il-ġabra ta’ dejta li għandha tiġi pprovduta għal portijiet mhux magħżula (għall-merkanzija jew għall-passiġġieri) hija A3.

STATUS LEGALI TAL-ĠABRIET TA’ DEJTA

Il-ġabriet ta’ dejta A1, A2, A3, B1, C1, D1, E1 u F2 huma obbligatorji.

Il-ġabriet ta’ dejta C2 u F1 huma volontarji.

Ġabra ta’ dejta A1: Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin, skont il-port, it-tip ta’ merkanzija u l-kontroparti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: kull tliet xhur


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, l-Anness II

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta A2: Trasport bil-baħar b’tagħbija bla unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija u l-kontroparti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: kull tliet xhur


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), l-Anness II (is-subkategoriji 1X, 11, 12, 13, 19, 2X, 21, 22, 23, 29, 9X, 91, 92 u 99)

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta A3: Dejta meħtieġa kemm għal portijiet magħżula kif ukoll għal dawk li għalihom mhijiex meħtieġa statistika dettaljata (ara l-Artikolu 4(3))

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A3

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Il-portijiet kollha fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.

Numru ta’ passiġġieri (ħlief passiġġieri tal-kruċiera).

Numru ta’ passiġġieri tal-kruċiera li jibdew u jtemmu kruċiera.

Numru ta’ passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni tal-passiġġieri tal-kruċiera: direzzjoni: ’il ġewwa (1) biss — (mhux obbligatorju).


Ġabra ta’ dejta B1: Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, l-oġġetti u l-kontroparti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

B1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, l-Anness II

Komodità

Żewġ karattri alfanumeriċi

Nomenklatura tal-merkanzija, l-Anness III

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta C1: Trasport bil-baħar b’tagħbija b’unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-kontroparti u l-istat tat-tagħbija

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: kull tliet xhur


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

C1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (kontejner, Ro-Ro biss), l-Anness II (is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 64, 65, 66 u 69)

Dejta:

Il-piż gross tal-prodotti f’tunnellati (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 64, 65, 66 u 69).

Numru totali ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 64, 65, 66 u 69).

Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 59, 6X, 61, 64, 65, 66 u 69).


Ġabra ta’ dejta C2: Trasport bil-baħar f’kontejner Ro-Ro fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-kontroparti u l-istat tat-tagħbija

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

C2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt (mhux obbligatorju)

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima (mhux obbligatorju)

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (kontejner Ro-Ro biss) l-Anness II (is-subkategoriji RX, R1, R2, R3, R4)

Dejta:

Numru totali ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji RX, R1, R2, R3, R4).

Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji RX, R1, R2, R3, R4) — (mhux obbligatorju).


Ġabra ta’ Dejta D1: Trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin, skont il-port, il-kontroparti u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

D1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port tal-imbarkazzjoni/żbark

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment (mhux obbligatorju)

Erba’ karattri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V

Dejta:

Numru ta’ passiġġieri għajr passiġġieri tal-kruċiera li jibdew u jtemmu kruċiera u passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni.


Ġabra ta’ dejta E1: Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-kontroparti u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

E1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, l-Anness II

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Erba’ karattri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta F1: Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni għall-passiġġieri tal-kruċiera)

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

F1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa (1) biss

Tip ta’ bastiment:

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs tal-bastiment DWT

Żewġ karattri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs tal-piż li jifilħu jġorru l-bastimenti l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti.

Piż li jifilħu jġorru l-bastimenti f’tunnellati


Ġabra ta’ dejta F2: Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni għall-passiġġieri tal-kruċiera)

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

F2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa (1) biss

Tip ta’ bastiment:

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs tal-bastiment GT

Żewġ karattri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs tat-tunnellaġġ gross, l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti.

Tunnellaġġ gross tal-bastimenti.


(1)  Dawn il-kategoriji huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet EKE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  Il-kwantità rreġistrata hija l-piż gross tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ iżda eskluż il-piż waħdu tal-kontejners u tal-unitajiet Ro-Ro.

(3)  In-numru totali tal-unitajiet biss.

(4)  Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19.