30.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/7 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1337/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2011
rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar stħarriġ statistiku ta’ żoni tad-dwieli (2) u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ siġar tal-frott (3) ġew emendati diversi drabi. Billi issa jinħtieġu aktar emendi u semplifikazzjonijiet, dawk l-atti, għall-finijiet ta’ ċarezza u skont l-approċċ il-ġdid għas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u r-regolamentazzjoni aħjar, għandhom jiġu sostitwiti b’att wieħed. |
(2) |
Sabiex twettaq il-funzjoni mogħtija lilha bit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, jeħtieġ li l-Kummissjoni dejjem ikollha informazzjoni preċiża dwar il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantaġġuni ta’ ċerti speċji ta’ għelejjel permanenti fl-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-politika agrikola komuni titmexxa kif xieraq, il-Kummissjoni teħtieġ li d-dejta dwar l-għelejjel permanenti tiġi pprovduta regolarment fuq perjodu ta’ ħames snin. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (4) jipprovdi qafas ta’ referenza għall-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti. B’mod partikolari, dak ir-Regolament jirrikjedi konformità mal-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità tal-istatistika u nfiq effettiv. |
(4) |
Jeħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jikkontribwixxu għat-tfassil u l-pubblikazzjoni tal-istatistika Ewropea. |
(5) |
Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-istatistika Ewropea għandhom jitqiesu rakkomandazzjonijiet internazzjonali u l-aħjar prattiki. |
(6) |
L-istatistika strutturali dwar l-għelejjel permanenti għandha tkun disponibbli sabiex tiżgura li l-potenzjal ta’ produzzjoni u l-qagħda tas-suq jistgħu jiġu sorveljati. Flimkien mal-informazzjoni mogħtija fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Uniku, l-informazzjoni dwar l-analiżi reġjonali tal-istatistika hi essenzjali. Għaldaqstant, jinħtieġ li l-Istati Membri jiġbru din l-informazzjoni u jibagħtuha lill-Kummissjoni f’ċerti dati fissi. |
(7) |
L-istatistika strutturali dwar l-għelejjel permanenti hi essenzjali għall-immaniġġjar tas-swieq fil-livell tal-Unjoni. Huwa wkoll essenzjali li l-istatistika strutturali dwar l-għelejjel permanenti tkun koperta flimkien mal-istatistika annwali dwar l-oqsma u l-produzzjoni regolati b’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tikkonċerna l-istatistika. |
(8) |
Sabiex jiġi evitat li jitqiegħed piż bla bżonn fuq il-farms u l-amministrazzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti limiti li jeskludu l-entitajiet mhux rilevanti mill-entitajiet bażiċi li fil-konfront tagħhom għandha tinġabar l-istatistika dwar għelejjel permanenti. |
(9) |
Biex tiġi garantita l-armonizzazzjoni tad-dejta, jeħtieġ li jiġu ddikjarati b’mod ċar l-aktar definizzjonijiet importanti, il-perjodi ta’ referenza u r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni li għandhom jiġu applikati fil-produzzjoni ta’ statistika strutturali dwar għelejjel permanenti. |
(10) |
Biex tiġi garantita d-disponibbiltà ta’ din l-istatistika għall-utenti fil-perijodu ta’ żmien meħtieġ, għandha tiġi stabbilita skeda taż-żmien għat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni. |
(11) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (5), l-istatistika kollha tal-Istati Membri mibgħuta lill-Kummissjoni li hi mqassma skont l-unità territorjali għandha tuża l-klassifikazzjoni NUTS. Għaldaqstant, biex tiġi stabbilita statistika reġjonali komparabbli dwar għelejjel permanenti, l-unitajiet territorjali għandhom jiġu definiti skont il-klassifikazzjoni NUTS. Madankollu, minħabba li għal immaniġġjar sod tas-settur tal-inbid u tad-dwieli, jinħtieġ numru ta’ analiżi territorjali oħra, jistgħu jiġu speċifikati unitajiet territorjali differenti għal dak is-settur. |
(12) |
Ir-rapporti metodoloġiċi u ta’ kwalità huma essenzjali sabiex tiġi eżaminata l-kwalità tad-dejta u biex jiġu analizzati r-riżultati, u tali rapporti għandhom għalhekk jiġu pprovduti fuq bażi regolari. |
(13) |
Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti, ma jistax jinkiseb sew mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. |
(14) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-reġim applikabbli taħt id-Direttiva 2001/109/KE, dan ir-Regolament għandu jippermetti l-għotja ta’ deroga lill-Istati Membri fejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għas-sistemi nazzjonali tagħhom tal-istatistika tirrikjedi bidliet ewlenin u probabbilment twassal għal problemi prattiċi sinifikanti. |
(15) |
Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni rigward l-emenda tal-analiżi tal-ispeċi skont il-gruppi, il-klassijiet ta’ densità u l-klassijiet tal-età stipulati fl-Anness I u l-varjabbli/karatteristiċi, il-klassijiet ta’ daqs, il-grad ta’ speċjalizzazzjoni ul-varjetajiet ta’ dwieli stipulati fl-Anness II, ħlief rigward in-natura fakultattiva tal-informazzjoni meħtieġa. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tħejjija tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(16) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhomjiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6). |
(17) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE għandhom jitħassru. |
(18) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwita’ ta’ attivitajiet previsti fil-qafas għall-istatistika Ewropea, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzoni tiegħu u japplika mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(19) |
Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti li ġejjin:
(a) |
Siġar tat-tuffieħ għad-deżerta |
(b) |
Siġar tat-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali |
(c) |
Siġar tal-lanġas għad-deżerta |
(d) |
Siġar tal-lanġas għall-ipproċessar industrijali |
(e) |
Siġar tal-berquq |
(f) |
siġar tal-ħawħ għad-deżerta |
(g) |
Siġar tal-ħawħ għall-ipproċessar industrijali |
(h) |
Siġar tal-larinġ |
(i) |
Siġar tal-frott taċ-ċitru żgħir |
(j) |
Siġar tal-lumi |
(k) |
Siġar taż-żebbuġ |
(l) |
Dwieli maħsuba għall-produzzjoni tal-għeneb li jittiekel |
(m) |
Dwieli għal skopijiet oħra. |
2. Il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti msemmija fil-punti (b), (d), (g) u (l) tal-paragrafu 1 għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“għelejjel permanenti” tfisser għelejjel mhux imkabbra b’rotazzjoni, għajr għal bur permanenti, li jokkupaw il-ħamrija għal żmien twil u jagħtu ħsad fuq diversi snin; |
(2) |
“raba’ mħawwel” tfisser raba’ agrikolu, kif definit fil-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (7), imħawwel b’waħda mill-għelejjel permanenti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament; |
(3) |
“żona mħawla” tfisser li ż-żona tar-raba’ mħawwel bi pjantaġġun omoġenju tal-għelejjel permanenti rilevanti, mqarrba sal-eqreb 0,1 ettaru; |
(4) |
“sena tal-ħsad” tfisser is-sena kalendarja li matulha jibda l-ħsad; |
(5) |
“densità” tfisser in-numru ta’ pjanti għal kull ettaru; |
(6) |
“perjodu ta’ tħawwil tas-soltu” tfisser il-perjodu tas-sena meta l-għelejjel permanenti s-soltu jiġu mħawla li jibda f’nofs il-ħarifa u jintemm sa nofs ir-rebbiegħa tas-sena ta’ wara; |
(7) |
“sena ta’ tħawwil” tfisser l-ewwel sena fejn il-pjanta jkollha żvilupp veġetattiv wara l-jum li fih tiġi installata fil-post ta’ produzzjoni definittiv tagħha; |
(8) |
“età” tfisser in-numru ta’ snin mis-sena ta’ tħawwil, li għandha titqies bħala s-sena 1; |
(9) |
“siġra tat-tuffieħ għad-deżerta, siġra tal-lanġas għad-deżerta u siġra tal-ħawħ għad-deżerta” tfisser pjantaġġunti tas-siġar tat-tuffieħ, pjantaġġuni tas-siġar tal-lanġas u pjantaġġuni tas-siġar tal-ħawħ, għajr dawk maħsuba speċifikament għall-ipproċessar industrijali. Meta ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-pjantaġġuni maħsuba għall-ipproċessar industrijali, iż-żoni korrispondenti għandhom jiġu inklużi taħt din il-kategorija; |
(10) |
“dwieli għal skopijiet oħra” tfisser iż-żoni kollha tad-dwieli li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru tal-vinji kif stabbilit skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (8); |
(11) |
“għeneb għal użu doppju” tfisser l-għeneb minn varjetajiet ta’ dwieli fil-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli mfassla mill-Istati Membri skont l-Artikolu 120a (2) sa (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (9) li huma prodotti, għall-istess unità amministrattiva, kemm bħala varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid kif ukoll, skont il-każ, bħala varjetajiet ta’ għeneb li jittiekel, varjetajiet għall-produzzjoni ta’ għeneb imnixxef jew varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti tal-inbid; |
(12) |
“għelejjel ikkombinati” tfisser kombinazzjoni ta’ għelejjel li jokkupaw ħabel raba’ fl-istess żmien. |
Artikolu 3
Kopertura
1. L-istatistika li trid tiġi pprovduta għall-għelejjel permanenti msemmija taħt il-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) għandha tirrappreżenta mill-inqas 95 % taż-żona mħawla kollha li jipproduċu esklussivament jew prinċipalment għas-suq ta’ kull għalla permanenti msemmija f’kull Stat Membru.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeskludu azjendi iżgħar mil-limitu ta’ 0,2 ettari għal kull għalla permanenti li jipproduċu esklussivament jew prinċipalment għas-suq f’kull Stat Membru. Jekk iż-żona koperta minn tali azjenda hija inqas minn 5 % tat-total ta’ żona mħawla tal-għalla individwali, l-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-limitu sakemm dan ma jwassalx għall-esklużjoni ta’ aktar minn 5 % addizzjonali tat-total taż-żona mħawla tal-għalla individwali
3. Iż-żona ta’ għelejjel ikkombinati għandha tkun distribwita bejn l-għelejjel differenti fi proporzjon mal-medda ta’ art li jieħdu.
4. L-istatistika għall-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ipprovduta bl-użu tad-dejta disponibbli fir-reġistru tal-vinji implimentat skont l-Artikolu 185a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-azjendi kollha inklużi f’dan ir-reġistru, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009.
Artikolu 4
Produzzjoni tad-dejta
1. Ħlief meta l-fakulta’ msemmija fl-Artikolu 1(2) tiġi eżerċitata, l-Istati Membri li għandhom minimu ta’ żona mħawla ta’ 1 000 ettaru ta’ kull għalla individwali msemmi fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) għandhom jipproduċu matul l-2012, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, id-dejta msemmija fl-Anness I.
2. L-Istati Membri li għandhom minimu ta’ żona mħawla ta’ 500 ettaru ta’ kull għalla individwali msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) għandhom jipproduċu, matul l-2015 u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, id-dejta msemmija fl-Anness II.
3. Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 11 dwar l-emenda ta’:
— |
l-analiżi tal-ispeċi skont il-gruppi, il-klassijiet ta’ densità u l-klassijiet tal-età stipulati fl-Anness I, u |
— |
il-varjabbli/karatteristiċi, il-klassijiet ta’ daqs, il-grad ta’ speċjalizzazzjoni u l-varjetajiet ta’ dwieli stipulati fl-Anness II, |
ħlief rigward in-natura fakultattiva tal-informazzjoni meħtieġa.
Matul l-eżerċitar ta’ din is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.
Artikolu 5
Sena ta’ referenza
1. L-ewwel sena ta’ referenza għad-dejta msemmija fl-Anness I fir-rigward tal-istatistika dwar għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a)-(l) tal-Artikolu 1(1) għandha tkun l-2012.
2. L-ewwel sena ta’ referenza għad-dejta msemmija fl-Anness II fir-rigward tal-istatistika dwar l-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) għandha tkun l-2015.
3. L-istatistika għelejjel permanenti pprovduta għandha tirreferi għaż-żona mħawla wara l-perjodu ta’ tħawwil tas-soltu.
Artikolu 6
Rekwiżiti ta’ preċiżjoni
1. L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ kampjunarju biex jiksbu l-istatistika dwar għelejjel permanenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-koeffiċjent ta’ varjazzjoni tad-dejta ma għandux jaqbeż, fil-livell nazzjonali, 3 % għaż-żona mħawla għal kull waħda mill-għelejjel imsemmija fl-Artikolu 1(1).
2. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw sorsi ta’ informazzjoni statistika għajr għall-istħarriġ, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miksuba minnhom tkun mill-inqas tal-istess kwalità tal-informazzjoni miksuba mill-istħarriġ statistiku.
3. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw sors amministrattiv biex jipprovdu l-istatistika dwar għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minn qabel u għandhom jipprovdu d-dettalji dwar il-metodu li għandu jintuża u l-kwalità tad-dejta miksuba minn dak is-sors amministrattiv.
Artikolu 7
Statistika Reġjonali
1. Id-dejta fir-rigward ta’ statistika dwar għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, u speċifikati aktar fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi analizzata mill-unitajiet territorjali tan-NUTS 1 kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, ħlief fejn tiġi speċifikata analiżi anqas dettaljata fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
2. Id-dejta fir-rigward ta’ statistika dwar l-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament u speċifikata aktar fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi analizzata mill-unitajiet territorjali tan-NUTS 2 kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, ħlief fejn tiġi speċifikata analiżi anqas dettaljata fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Trażmissjoni lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta stabbilita fl-Annessi I u II sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara l-perjodu ta’ referenza.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-format tekniku xieraq għat-trażmissjoni tad-dejta stipulata fl-Annessi I u II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmi fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 9
Rapporti metodoloġiċi u ta’ kwalità
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità li jridu japplikaw għad-dejta li se tkun trażmessa, huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
2. Sat-30 ta’ Settembru 2013, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa u l-metodi użati għall-istatistika dwar l-għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament.
3. Sat-30 ta’ Settembru 2016, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa u l-metodi użati għall-istatistika dwar l-għalla permanenti msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament.
4. Ir-rapporti għandhom jiddeskrivu:
(a) |
l-organizzazzjoni tal-istħarriġ kopert b’dan ir-Regolament u l-metodoloġija applikata; |
(b) |
il-livell ta’ preċiżjoni u l-kopertura miksuba għall-istħarriġ kampjunarju msemmi f’dan ir-Regolament; kif ukoll |
(c) |
il-kwalità ta’ sorsi, għajr għall-istħarriġ, li jintużaw. bl-użu tal-kriterji ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 1. |
5. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’kull bidla metodoloġika jew tibdil ieħor li jista’ jkollu effett konsiderevoli fuq l-istatistika dwar għelejjel permanenti, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma tidħol fis-seħħ dik il-bidla.
6. Għandu jitqies il-prinċipju li l-ispejjeż u l-piżijiet addizzjonali jibqgħu f’limiti raġonevoli.
Artikolu 10
Deroga
1. Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għas-sistema statistika nazzjonali ta’ Stat Membri teħtieġ emendi maġġuri u probabbilment tikkawża problemi prattiċi sinifikanti rigward l-għejjelel permanenti msemmija fil-punti a) sa l) tal-Artikolu 1(1), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu deroga mill-applikazzjoni tagħha lil dak l-Istat Membru sal-31 ta’ Diċembru 2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, Stat Membru għandu jippreżenta talba debitament motivata lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2012.
3. Dawk l-Istati Membri li jibbenefikaw minn deroga għandhom jibqgħu japplikaw id-Direttiva 2001/109/KE.
Artikolu 11
Eżerċizzju tad-delegazzjoni
1. Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delegazzjoni tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tittawwal taċitament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni għal revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Kull att delegat adottat konformement mal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux għarrfu l-oppożizzjoni tagħhom fi żmien xahrejn min-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se jopponu. Dak il-perjodu jiġġedded b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 12
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deciżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE tal-31 ta’ Lulju li tistabbilixxi Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (10). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 13
Rieżami
Sal-31 ta’ Diċembru 2018 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament. Fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk huwiex neċessarju li tiġi prodotta d-dejta kollha msemmija fl-Artikolu 4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li xi parti minn dik id-dejta m’għadhiex meħtieġa, hija għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 11, bit-tħassir ta’ ċerta dejta mill-Annessi I u II.
Artikolu 14
Tħassir
Ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE qed jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.
Referenzi għar-Regolament u d-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Regoli transitorji
B’deroga mill-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2001/109/KE għandha tibqa’ applikabbli taħt il-kundizzjonijiet pprovduti fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. SZPUNAR
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011.
(2) ĠU L 54, 5.3.1979, p. 124.
(3) ĠU L 13, 16.1.2002, p. 21.
(4) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(5) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.
(6) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(7) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
(8) ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15.
(9) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(10) ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1 (Edizzjoni speċjali bl-Ingliż: Serje I Kapitolu 1972(III), p. 838).
ANNESS I
Dejta statistika dwar il-pjantaġġuni tal-frott u taż-żebbuġ
1. Analiżi tal-ispeċi skont il-“Gruppi”
Speċi |
Analiżi |
||
Siġar tat-tuffieħ għad-deżerta |
Grupp Boskoop rouge |
||
Grupp Braeburn |
|||
Grupp Cox Orange |
|||
Grupp Cripps Pink |
|||
Grupp Elstar |
|||
Grupp Fuji |
|||
Grupp Gala |
|||
Grupp Golden Delicious |
|||
Grupp Granny Smith |
|||
Grupp Idared |
|||
Grupp Jonagold/Jonagored |
|||
Grupp Morgenduft |
|||
Grupp Red Delicious |
|||
Grupp Reinette blanche du Kanada |
|||
Grupp Shampion |
|||
Grupp Lobo |
|||
Grupp Pinova |
|||
Oħrajn |
|||
Siġar tat-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali (fakultattiv) |
|||
Siġar tal-lanġas għad-deżerta |
Grupp Conference |
||
Grupp William |
|||
Grupp Abate |
|||
Grupp Rocha |
|||
Grupp Coscia-Ercolini |
|||
Grupp Guyot |
|||
Grupp Blanquilla |
|||
Grupp Decana |
|||
Grupp Kaiser |
|||
Oħrajn |
|||
Siġar tal-lanġas għall-ipproċessar industrijali (fakultattiv) |
|||
Siġar tal-ħawħ għad-deżerta |
Ħawħ għajr għal nuċiprisk u ħawħ għall-ipproċessar |
Laħma safra |
Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju |
Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju |
|||
Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu |
|||
Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu |
|||
Laħma bajda |
Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju |
||
Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju |
|||
Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu |
|||
Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu |
|||
Ħawħa ċatta (doughnut peach) |
|||
Nuċiprisk |
Laħma safra |
Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju |
|
Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju |
|||
Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu |
|||
Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu |
|||
Laħma bajda |
Bikri ħafna: ħsad sal-15 ta’ Ġunju |
||
Bikri: ħsad bejn is-16 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju |
|||
Medju: ħsad bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu |
|||
Tard: jinħasad wara l-15 ta’ Awwissu |
|||
Siġar tal-ħawħ għall-ipproċessar industrijali (inkluż grupp ta’ Pavie) (fakultattiv) |
|||
Siġar tal-berquq |
Bikri ħafna: ħsad sal-31 ta’ Mejju |
||
Bikri: ħsad bejn l-1 u t-30 ta’ Ġunju |
|||
Medju: ħsad bejn l-1 u l-31 ta’ Lulju |
|||
Tard: jinħasad wara l-1 ta’ Awwissu |
|||
Siġar tal-larinġ |
Navel |
Bikri: ħsad bejn Ottubru u Jannar. |
|
Medju: ħsad bejn Diċembru u Marzu |
|||
Tard: ħsad bejn Jannar u Mejju |
|||
Blancas |
Bikri: ħsad bejn Diċembru u Marzu |
||
Tard: ħsad bejn Marzu u Mejju |
|||
Larinġ tad-demm |
|||
Oħrajn |
|||
Siġar tal-frott taċ-ċitru żgħir |
Satsumas |
Satsumas bikrin aktar min-normal: ħsad bejn Settembru u Novembru |
|
Satsumas oħra: ħsad bejn Ottubru u Diċembru |
|||
Klementini |
Klementini bikrin: ħsad bejn Settembru u Diċembru |
||
Klementini medji: ħsad bejn Novembru u Jannar |
|||
Klementini tard: ħsad bejn Jannar u Marzu |
|||
Ċitru żgħir ieħor inklużi l-ibridi |
|||
Siġar tal-lumi |
Varjetajiet tax-xitwa: ħsad bejn Ottubru u April |
||
Varjetajiet tas-sajf: ħsad bejn Frar u Settembru |
|||
Siġar taż-żebbuġ |
Għaż-żebbuġ li jittiekel, żebbuġ għaż-żejt jew għal fini doppju |
||
Dwieli tal-għeneb li jittiekel (fakultattiv) |
|||
|
Bojod |
Bla żerriegħa |
|
Normali |
|||
Ħomor |
Bla żerriegħa |
||
Normali |
2. Klassijiet ta’ densità
|
Klassijiet ta’ densità |
Siġar tat-Tuffieħ u tal-Lanġas |
Siġar tal-Ħawħ, tan-Nuċiprisk u tal-Berquq |
Siġar tal-Larinġ, taċ-Ċitru żgħir u tal-Lumi |
Siġar taż-żebbuġ |
Dwieli tal-għeneb li jittiekel |
Densità (f’numru ta’ siġar/ettaru) |
1 |
< 400 |
< 600 |
< 250 |
< 140 |
< 1 000 |
2 |
400-1 599 |
600-1 199 |
250-499 |
140-399 |
1 000 -1 499 |
|
3 |
1 600 -3 199 |
≥ 1 200 |
500-749 |
≥ 400 |
≥ 1 500 |
|
4 |
≥ 3 200 |
|
≥ 750 |
|
|
3. Klassijiet ta’ età
|
Klassijiet ta’ età |
Siġar tat-Tuffieħ u tal-Lanġas |
Siġar tal-Ħawħ, tan-Nuċiprisk u tal-Berquq |
Siġar tal-Larinġ, taċ-Ċitru żgħir u tal-Lumi |
Siġar taż-żebbuġ |
Dwieli tal-għeneb li jittiekel |
Età (snin mis-sena tat-tħawwil) |
1 |
0-4 |
0-4 |
0-4 |
0-4 |
0-3 |
2 |
5-14 |
5-14 |
5-14 |
5-11 |
3-9 |
|
3 |
15-24 |
15 sena u aktar |
15-24 |
12-49 |
9-19 |
|
4 |
25 sena u aktar |
|
25 sena u aktar |
50 sena u aktar |
20 sena u aktar |
4. Taqsira
4.1. Żona skont il-klassijiet tal-età u d-densità għal kull speċi f’livell nazzjonali
Stat Membru: |
|||||
Speċi: |
|||||
|
Total |
Klassi ta’ età 1 |
Klassi ta’ età 2 |
Klassi ta’ età 3 |
Klassi ta’ età 4 |
Total |
|
|
|
|
|
Klassi ta’ densità 1 |
|
|
|
|
|
Klassi ta’ densità 2 |
|
|
|
|
|
Klassi ta’ densità 3 |
|
|
|
|
|
Klassi ta’ densità 4 |
|
|
|
|
|
4.2. Żona skont il-klassijiet tal-età u r-reġjuni għal kull speċi u grupp (l-ebda analiżi skont il-klassi tad-densità)
Stat Membru: |
|||||
Speċi: |
|||||
Grupp: |
|||||
|
Total |
Klassi ta’ età 1 |
Klassi ta’ età 2 |
Klassi ta’ età 3 |
Klassi ta’ età 4 |
Total |
|
|
|
|
|
Reġjun (NUTS 1) |
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
4.3. Żona skont il-klassijiet tad-densità u r-reġjuni għal kull speċi u grupp (l-ebda analiżi skont il-klassi tal-età)
Stat Membru: |
|||||
Speċi: |
|||||
Grupp: |
|||||
|
Total |
Klassi ta’ densità 1 |
Klassi ta’ densità 2 |
Klassi ta’ densità 3 |
Klassi ta’ densità 4 |
Total |
|
|
|
|
|
Reġjun (NUTS 1) |
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
ANNESS II
Dejta statistika dwar il-vinji
Tifsira tal-abbrevjazzjonijiet:
— Nru— numru
— Azj jew azj— azjenda
— Ha jew ha— ettaru
— Aħm— aħmar/rosé
— Abj jew abj— abjad
— mkb— mhux klassifikat band’oħra
— DOP— denominazzjoni ta’ oriġini protetta
— IĠP— indikazzjoni ġeografika protetta
Tabella 1: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont it-tip ta’ produzzjoni (1)
Varjabbli/Karatteristiċi |
Nru tal-azjendi |
Żona (ha) |
||
Żoni tad-dwieli, total (qed tipproduċi/għadha ma bdietx tipproduċi) |
Total |
|
|
|
Żoni tad-dwieli li qed jipproduċu mħawla bi: |
varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
għeneb imnixxef |
|
|
||
Total |
|
|
||
Żoni tad-dwieli li għadhom ma bdewx jipproduċu, imħawla bi: |
għeneb tal-inbid (inkluż “għeneb għal użu doppju”) |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
għeneb imnixxef |
|
|
||
Total |
|
|
||
Dwieli (qed jipproduċu/għadhom ma bdewx jipproduċu) maħsuba biex jipproduċu: |
materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli |
|
|
|
dwieli oħra mhux klassifikati band’oħra (mkb) |
|
|
Tabella 2: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassi ta’ daqs f’livell nazzjonali
Tabella 2.1: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, vinja totali
Klassijiet ta’ daqs ta’ (ha) |
Nru tal-azj. |
Żona (ha) |
< 0,10 (*) |
|
|
0,10 – < 0.50 |
|
|
0,50 – < 1 |
|
|
1 – < 3 |
|
|
3 – < 5 |
|
|
5 – < 10 |
|
|
≥ 10 |
|
|
Tabella 2.2: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid - Total
Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.
Tabella 2.2.1: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid adattati għall-produzzjoni tal-inbid b’DOP
Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.
Tabella 2.2.2: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid adattati għall-produzzjoni tal-inbejjed b’IĠP
Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.
Tabella 2.2.3: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb tal-inbid ta’ “użu doppju”
Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.
Tabella 2.2.4: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb maħsuba biex jipproduċu nbejjed mingħajr DOP u/jew IĠP
Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.
Tabella 2.3: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli għall-għeneb li jrid jitnixxef
Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.
Tabella 2.4: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta’ daqs taż-żona totali tad-dwieli, dwieli mhux klassifikati band’oħra (mkb)
Dejta bl-istess analiżi bħal fit-Tabella 2.1.
Tabella 3: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-grad ta’ speċjalizzazzjoni u l-klassijiet ta’ daqs f’livell nazzjonali
Klassijiet ta’ daqs (f’kolonna): ara l-linji tat-Tabella 2 (< 0,1 ha/0.,10 - < 0,50 ha/eċċ.).
Grad ta’ speċjalizzazzjoni |
< 0,10 ha |
… |
||||
Nru tal-azj. |
Żona (ha) |
Nru tal-azj. |
Żona (ha) |
|||
Azjendi bid-dwieli |
|
|
|
|
||
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-inbid |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-għeneb imnixxfa |
|
|
|
|
||
Azjendi li jkollhom żoni oħra bid-dwieli |
|
|
|
|
||
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba għal diversi tipi ta’ produzzjoni |
|
|
|
|
Tabella 4: Varjetajiet ta’ dwieli ewlenin (2)
L-analiżi tad-dejta għandha tiġi pprovduta biss meta t-total taż-żona tal-varjetà jkun tal-anqas 500 ettaru.
Il-varjetajiet li jridu jiġu identifikati fit-tabelli huma dawk inklużi fil-lista tal-varjetajiet ewlenin u taż-żoni korrispondenti kkomunikati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (1) (Anness XIII, Tabella 16).
Klassijiet ta’ età li jridu jintużaw:
|
< 3 snin |
|
3 - 9 snin |
|
10 - 29 sena |
|
≥ 30 sena |
Varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid skont il-klassi tal-età
Varjetà tad-dielja |
< 3 snin |
… |
||||
Nru tal-azj. |
Żona (ha) |
Nru tal-azj. |
Żona (ha) |
|||
Azjendi bid-dwieli |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
… |
|
|
|
|
||
1.N. li jinkludu varjetajiet imħallta ħomor oħra |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
… |
|
|
|
|
||
2.N. li jinkludu varjetajiet imħallta bojod oħra |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
… |
|
|
|
|
||
3.N. li jinkludu varjetajiet imħallta oħra ta’ kuluri mħallta oħra |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
(1) Stati Membri kkonċernati mill-analiżi reġjonali: BG, CZ, DE, IT, EL, ES, FR, HU, AT, PT, RO, SI u SK.
(*) Għall-Istati Membri kkonċernati biss.
(2) Stati Membri kkonċernati mill-analiżi reġjonali: BG, CZ, DE, IT, EL, ES, FR, HU, AT, PT, RO, SI u SK.