17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/66


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1325/2011

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli ta’ skattar għad-dazji addizzjonali għal-lanġas, għal-lumi, għat-tuffieħ u għaz-zukkini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308 d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Urugwaj, u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2008, l-2009 u l-2010, għandhom jiġu aġġustati l-livelli ta’ skattar għad-dazji addizzjonali għal-lanġas, għal-lumi, għat-tuffieħ u għaz-zukkini.

(3)

Għaldaqstant, jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Bla ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali huwa determinat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu fil-ħin tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

Livelli ta’ skattar (f’tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

481 762

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

44 251

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

92 229

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

55 270

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

11 620

78.0100

0709 90 70

Zukkini

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

54 760

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

292 760

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

85 392

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

99 128

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

340 920

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

90 108

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

80 588

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

701 247

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

64 981

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

230 148

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

35 573

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 794

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

30 783

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

5 613

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

10 293 ”