10.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2011
tat-28 ta’ Novembru 2011
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (e) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ monomeri, sustanzi u addittivi oħra ta’ bidu li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Riċentament l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat evalwazzjoni xjentifika favorevoli għal sustanzi addizzjonali li għandhom issa jiżdiedu mal-lista attwali. |
(2) |
Għal ċerti sustanzi oħra, ir-restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet li huma stabbiliti diġà fil-livell tal-UE għandhom jiġu emendati abbażi ta’ evalwazzjoni xjentifika favorevoli ġdida mill-Awtorità. |
(3) |
Ir-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet għall-użu tas-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 239 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel bl-isem 2,4,6-triammino-1,3,5-triażina (“Melammina”) għandhom jiġu emendati wara l-opinjoni xjentifika ppubblikata fit-13 ta’ April 2010 mill-Awtorità. Dik l-opinjoni stipulat id-doża tollerabbli ta’ kuljum (TDI) ta’ 0,2 mg/kg tal-piż tal-ġisem (b.w.) għal din is-sustanza. Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-esponiment għat-tfal minħabba migrazzjoni minn materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel ikun f'medda tat-TDI. Meta wieħed iqis it-TDI u l-esponiment mis-sorsi l-oħra kollha, il-limitu tal-migrazzjoni għas-sustanza 239 għandu jitnaqqas. Il-limitu propost tal-migrazzjoni ta’ 2,5 mg/kg tal-ikel huwa konformi mal-livell massimu ta’ kontaminazzjoni ta’ melammina permess fl-ikel stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE (3). |
(4) |
L-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 438 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel u l-isem bis(2,6-diisopropilfenil) karbodiimmid huwa awtorizzat li jintuża bħala addittiv fil-plastiks skont it-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011. L-Awtorità vvalutat mill-ġdid is-sikurezza tas-sustanza awtorizzata. L-Opinjoni li ngħatat l-Awtorità (4) kkjarifikat li s-sustanza għandha tintuża bħala monomeru minflok bħala addittiv fil-plastiks. Għal din ir-raġuni huwa xieraq li l-użu jitranġa u li n-Numru ta’ Referenza jiġi aġġornat fl-Anness I skont dan. |
(6) |
Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 376 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel u l-isem N-metilpirrolidon huwa awtorizzat li jintuża bħala addittiv fil-plastiks fit-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 mingħajr limitu speċifiku għall-migrazzjoni. L-Opinjoni li ngħatat l-Awtorità (5) stabbiliet TDI ta’ 1 mg/kg tal-piż tal-ġisem li jirriżulta fil-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML) ta’ 60 mg/kg tal-ikel. Dan il-limitu jikkoinċidi mal-limitu ġeneriku speċifiku tal-migrazzjoni stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, madankollu jekk is-SML ta’ 60 mg/kg ġej mil-limitu tossikoloġiku bħal ma huma t-TDI, is-SML għandu jissemma speċifikament fl-Anness I. |
(7) |
Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 797 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel u l-isem poliester tal-aċidu adipiku b'1,3-butanedjol, 1,2-propanedjol u 2-etil-1-eżanol hija awtorizzata li tintuża bħala addittiv fil-plastiks fit-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li tiġi elenkata bin-Nru CAS 0007328-26-5. Skont l-Opinjoni li ngħatat mill-Awtorità (6) dan in-Numru CAS għandu jaqra 0073018-26-5. Għaldaqstant, in-Nru CAS għal din is-sustanza jeħtieġ li jitranġa fl-Anness I. |
(8) |
Sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozju, materjali u oġġetti tal-plastik li tqiegħdu b'mod legali fis-suq abbażi tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2013. dawn għandhom ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Jannar 2012 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2013. Dawn il-materjali u l-oġġetti tal-plastik jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(3) ĠU L 311, 26.11.2009, p. 3.
(4) L-Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza bis(2,6-diisopropilfenil)karbodiimmid għall-użu fil-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. The EFSA Journal 2010; 8(12):1928.
(5) L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-addittivi tal-ikel, ħwawar, għajnuna ta’ proċessar u materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (AFC) fuq talba mill-Kummissjoni relatata mas-seba' lista tas-sustanzi għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. The EFSA Journal (2005)201, 1-28.
(6) L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-addittivi tal-ikel, ħwawar, għajnuna ta’ proċessar u materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (AFC) fuq talba relatata mat-tmintax-il lista tas-sustanzi għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. The EFSA Journal (2008) 628-633, 1-19.
ANNESS
L-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Tabella 1 il-linji li ġejjin huma mdaħħla f'ordni numerika tan-numri tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel:
|
(2) |
Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (2), (5), (6) u (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonna (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
Fit-Tabella 1 għas-sustanzi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (8) u (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(6) |
Fit-Tabella 1 għas-sustanzi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(7) |
Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (10) u (11) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(8) |
Fit-Tabella 2 għar-restrizzjoni tal-grupp li ġej, il-kontenut tal-kolonni (2) u (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(9) |
Fit-Tabella 3 n-noti li ġejjin dwar il-verifika tal-konformità huma mdaħħla f'ordni numerika:
|