2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1253/2011

tal-1 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 1064/2009 li jiftħu kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea għall-importazzjoni taċ-ċereali li ġejjin minn pajjiżi terzi u jipprovdu għall-ġestjoni tagħhom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali [tariffarja] għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 306 215-il tunnellata ta’ xgħir li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 00.

(2)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (3) fetaħ kwota tariffarja annwali ta’ 242 074 tunnellata ta’ qamħirrum li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1005 10 90 u 1005 90 00.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari [tariffarji] Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga [jidderoga] mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (4) fetaħ kwota tariffarja annwali ta’ 2 989 240 tunnellata ta’ qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 90 99 u li huwa ta’ kwalità differenti minn dik superjuri.

(4)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2009 tal-4 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tax-xgħir tal-maltu [tal-birra] minn pajjiżi terzi (5) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 50 000 tunnellata ta’ xgħir tal-birra li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 00 u li huwa maħsub għall-manifattura ta’ birra li titħalla timmatura fi btieti li fihom il-fagu.

(5)

Il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Arġentina skont l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar l-emenda tal-konċessjonijiet mogħtija fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/769/UE (7), jipprovdi, fost l-oħrajn, għaż-żieda ta’ 122 790 tunnellata ta’ qamħ komuni (ta’ kwalità medja u baxxa), ta’ 890 tunnellata ta’ xgħir, ta’ 890 tunnellata ta’ xgħir tal-birra u ta’ 35 914-il tunnellata ta’ qamħirrum mal-kwoti tariffarji rispettivi tal-UE.

(6)

Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana [it-tariffa doganali komuni] (8) jipprevedi emendi fil-kodiċijiet tan-NM għaċ-ċereali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

(7)

Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 1064/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(8)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni amministrattiva tal-kwoti li tkun effettiva, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Għandha tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 307 105 tunnellati ta’ xgħir li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 (bin-numru tas-serje 09.4126).”

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Għandha tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 277 988 tunnellata ta’ qamħirrum li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1005 10 90 u 1005 90 00 (bin-numru tas-serje 09.4131).”

2)

L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Il-kwota għandha tinqasam f’żewġ sottoperjodi ta’ sitt xhur il-wieħed ta’ 138 994 tunnellata, li jkopru d-dati li ġejjin:

(a)

is-sottoperjodu numru 1: mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju;

(b)

is-sottoperjodu numru 2: mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru.”

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“B’deroga mill-Artikolu 135 u mill-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nruo 1234/2007, għandu jiġi ffissat id-dazju fuq l-importazzjoni tal-qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 99 00, li huwa ta’ kwalità differenti minn dik superjuri ddefinita fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2010 (*), fil-kuntest tal-kwota miftuħa b’dan ir-Regolament.

(*)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.”"

2)

L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena għandha tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 3 112 030 tunnellata ta’ qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 99 00 u li huwa ta’ kwalità differenti minn dik superjuri.”

3)

L-Artikolu 3(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni globali għandha tinqasam f’erba’ subkwoti:

is-subkwota numru I (bin-numru tas-serje 09.4123): 572 000 tunnellata għall-Istati Uniti,

is-subkwota numru II (bin-numru tas-serje 09.4124): 38 853 tunnellata għall-Kanada;

is-subkwota numru III (bin-numru tas-serje 09.4125): 2 378 387 tunnellata għall-pajjiżi terzi l-oħra;

is-subkwota numru IV (bin-numru tas-serje 09.4133): 122 790 tunnellata għall-pajjiżi terzi kollha.”

4)

L-ewwel inciż tal-Artikolu 4(2) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“—

għas-subkwoti numru I, II u IV, il-kwantità totali miftuħa għas-sena għas-subkwota kkonċernata,”

Artikolu 4

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1064/2009 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jiftaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 50 890 tunnellata ta’ xgħir tal-birra li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 u li huwa maħsub għall-manifattura ta’ birra li titħalla timmatura fi btieti li fihom il-fagu. In-numru tas-serje ta’ din il-kwota għandu jkun 09.0076.”

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.

(4)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 291, 7.11.2009, p. 14.

(6)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 11.

(7)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 10.

(8)  ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.