3.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 427/2011

tat-2 ta’ Mejju 2011

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti għall-konsum uman li joriġinaw mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis (2) minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u tranżitati tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3), jistipulaw li l-prodotti koperti b’dak ir-Regolament li ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu għandhom jiġu biss importati ġol-Unjoni u jgħaddu minnha.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 798/2008, fejn isseħħ tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) f'pajjiż terz, f'territorju, f'żona jew f'kompartiment li qabel kien ħieles minn din il-marda, dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment għandu jerġa’ jitqies bħala ħieles mill-HPAI, dejjem jekk jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' politika ta' qerda biex din il-marda tiġi kkontrollata, inkluż tindif u diżinfettar adegwat imwettaq fuq l-istabbilimenti kollha li kienu infettati qabel. Barra minn hekk, is-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur trid tkun twettqet skont il-Parti II tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament matul perjodu ta' tliet xhur wara t-tlestija tal-politika ta' qerda u tat-tindif u d-diżinfettar.

(3)

L-Iżrael huwa elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu jistgħu jiġu importati fl-Unjoni, dawk il-prodotti tat-tjur koperti minn dan ir-Regolament. Wara li fil-bidu tal-2010 faqqgħet l-HPAI, l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-Iżrael ġew limitati għal żoni speċifiċi tat-territorju tal-pajjiż, permezz ta' dak ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 332/2010 (4). Iż-żona li minnha ġew ipprojbiti l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti hija deskritta fil-kolonna 3 bil-kodiċi IL-2 fl-annotazzjoni għall-Iżrael fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u ġiet implimentata sal-1 ta' Mejju 2010. Madankollu, il-projbizzjoni tal-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' tjur mill-IL-2 b'rabta ma' dik it-tifqigħa għandha tgħodd ukoll għall-prodotti li ġew prodotti qabel dik id-data.

(4)

Barra minn hekk, fit-8 ta' Marzu 2011, l-Iżrael avża lill-Kummissjoni li fit-territorju tagħha faqqgħet l-HPAI tas-sottotip H5N1.

(5)

Peress li t-tifqigħa tal-HPAI, ġiet ikkonfermata, it-territorju tal-Iżrael ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. Għaldaqstant, l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael, issospendew il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' ċerti prodotti tat-tjur.

(6)

L-Iżrael issottometta tagħrif lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' kontroll li ttieħdu b'rabta mat-tifqigħa riċenti ta' din il-marda. Dan it-tagħrif u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Iżrael ġew ivvalutati mill-Kummissjoni.

(7)

L-Iżrael implimenta politika ta' qerda sabiex tiġi kkontrollata l-marda u jiġi limitat it-tixrid tagħha. L-azzjoni pronta u deċiżiva li l-Iżrael wettaq sabiex il-marda tiġi kkontrollata, kif ukoll ir-riżultat pożittiv tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jippermettu li r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tjur fl-Unjoni, jiġu limitati għaż-żoni milquta mill-marda, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael poġġew taħt restrizzjonijiet.

(8)

Barra minn hekk, l-Iżrael qed iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza għall-influwenza tat-tjur li jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(9)

Meta jitqies l-iżvilupp favorevoli tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, u l-attivitajiet ta' sorveljanza relatati mas-soluzzjoni għat-tifqigħa tal-influwenza tat-tjur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008, huwa xieraq li l-perjodu ta' żmien li matulu l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tkun sospiża, jiġi limitat għal perjodu ta' tliet xhur sal-14 ta' Ġunju 2011, wara li jsir tindif u diżinfettar tal-azjenda li kienet infettata.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Iżrael qed titbiddel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 10.


ANNESS

“IL – l-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

IL-1

Iż-żona fl-Iżrael minbarra IL-2 u IL-3

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

IL-2

Iż-żona fl-Iżrael ġewwa l-fruntieri li ġejjin:

lejn il-punent: it-triq numru 4.

lejn in-nofsinhar: it-triq numru 5812 li tingħaqad mat-triq numru 5815.

lejn il-lvant: il-ħajt ta' sigurtà sat-triq numru 6513.

lejn it-tramuntana: it-triq numru 6513 sal-konnessjoni mat-triq numru 65. Minn dan il-punt f'linja dritta sad-dħul ta' Givat Nili u minn hemm f'linja dritta sal-konnessjoni tat-toroq 652 u 4.

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N, P2

 

1.5.2010

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

P2

 

1.5.2010

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

 

1.5.2010

 

 

 

IL-3

Iż-żona fl-Iżrael ġewwa l-fruntieri li ġejjin:

lejn it-tramuntana: it-triq numru 386 sal-fruntieri muniċipali ta' Ġerusalemm, ix-xmara Refaim, il-fruntiera l-antika bejn l-Iżrael u l-Ġordan (“linja ħadra”)

lejn il-lvant: it-triq numru 356

lejn in-nofsinhar: it-toroq numru 8670, 3517 u 354:

lejn il-punent: linja dritta lejn it-tramuntana sat-triq numru 367, li ssegwi t-367 lejn il-punent u mbagħad lejn it-tramuntana sat-triq numru 375 u lejn il-punent tar-raħal ta' Matta f'linja lejn il-grieg it-tramuntana sat-triq numru 386.

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N, P2

8.3.2011

14.6.2011

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

P2

8.3.2011

14.6.2011

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

8.3.2011

14.6.2011”