15.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 368/2011

tat-12 ta’ April 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, hu neċessarju li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

8/T&Q

Stat membru

L-ISVEZJA

Stokk

PRA/04-N.

Speċi

Gambli tat-Tramuntana (Pandalus borealis)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N

Data

28 ta’ Marzu 2011