14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/6 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Novembru 2011
dwar il-ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
2011/C 364/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,
Peress li huwa neċessarju li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew wara d-deċiżjoni tas-Sur Lorenzo BINI SMAGHI li jirriżenja b'effett minn tmiem il-31 ta' Diċembru 2011,
B'DAN JIRRAKKOMANDA LILL-KUNSILL EWROPEW:
Biex jaħtar lis-Sur Benoît COEURÉ bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI