23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/57


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2011

dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet u l-allokazzjoni tal-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9196)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bil-Portugiż, bit-Taljanbiss huma awtentiċi)

(2011/873/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi kif stipulat fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

(2)

Minbarra dan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantititajiet ta’ sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarbonji [idroklorofluworokarburi] li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorju u dawk analitiċi, u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

(3)

Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għall-użi essenzjali fil-laboratorju u dawk analitiċi għandha tiżgura li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) huma rispettati, billi jiġi applikat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2). Peress li dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi għandhom jiġu wkoll koperti minn dik l-allokazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż għall-impriżi li beħsiebhom jimpurtaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2012 u lill-impriżi li beħsiebhom jitolbu kwota għall-2012 għal dawn is-sustanzi intenzjonati għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi (2011/C 75/05) (3), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet intenzjonati fl-2012.

(5)

Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fl-ambitu tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kwantitajiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħra), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 11 185 000 kilogramm b'potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP – ozone depleting potential).

2.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp III (aloni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 15 761 510 kilogramm b'ODP.

3.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IV (tetraklorur tal-karbonju), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 8 800 220 kilogramma b'ODP.

4.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp V (1,1,1-trikloroetan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 1 000 015 kilogramm b'ODP.

5.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VI (bromur tal-metil), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 889 320 kilogramm b'ODP.

6.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromofluworokarburi), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 1 065,8 kilogramma b'ODP.

7.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VIII (idroklorofluworokarburi), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 4 581 681,8 kilogramm b'ODP.

8.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp IX (bromoklorometan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 294 012 kilogramm b'ODP.

Artikolu 2

Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għal klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħra matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

2.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

3.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

4.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

5.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

6.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

7.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

8.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi għandhom ikunu stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Kwoti għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi.

Il-kwoti għall-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi fis-sena 2012 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2012 għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi allokati lil dawn l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

Artikolu 4

Perjodu ta’ validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012 u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

 

Aesica Queenborough Ltd.

North Street

Queenborough

Kent, ME11 5EL

Ir-Renju Unit

 

Airbus Operations S.A.S.

Route de Bayonne 316

31300 Toulouse

Franza

 

Albany Molecular Research (UK) Ltd

Mostyn Road

Holywell

Flintshire, CH8 9DN

Ir-Renju Unit

 

Albemarle Europe SPRL

Parc Scientifique Einstein

Rue du Bosquet 9

1348 Louvain-la-Neuve

Il-Belġju

 

Alfa Agricultural Supplies SA

73, Ethnikis Antistasseos Str,

152 31 Chalandri,

Ateni

Il-Greċja

 

Arkema France S.A.

420, rue d'Estienne D'Orves

92705 Colombes Cedex

Franza

 

Arkema Quimica S.A.

Avenida de Burgos 12

28036 Madrid

Spanja

 

Ateliers Bigata SAS

10, rue Jean Baptiste Perrin,

33320 Eysines Cedex

Franza

 

BASF Agri Production SAS

32 rue de Verdun

76410 Saint-Aubin lès Elbeuf

Franza

 

Bayer Crop Science AG

Gebäude A729

41538 Dormagen

Il-Ġermanja

 

Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH

Bützflether Sand

21683 Stade

Il-Ġermanja

 

DuPont de Nemours (Nederland) BV

Baanhoekweg 22

3313 LA Dordrecht

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Dyneon GmbH

Werk Gendorf

Industrieperkstrasse 1

84508 Burgkirchen

Il-Ġermanja

 

Eras Labo

222 D1090

38330 Saint Nazaire les Eymes

Franza

 

Eusebi Impianti Srl

Via Mario Natalucci 6

60131 Ancona

L-Italja

 

Eusebi Service Srl

Via Vincenzo Pirani 4

60131 Ancona

L-Italja

 

Fire Fighting Enterprises Ltd.

9 Hunting Gate,

Hitchin SG4 0TJ

Ir-Renju Unit

 

Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

Keetberglaan 1 A

Haven 1061

2070 Zwijndrecht

Il-Belġju

 

Halon & Refrigerants Services Ltd.

J.Reid Trading Estate

Factory Road, Sandycroft

Deeside, Flintshire CH5 2QJ

Ir-Renju Unit

 

Harp International Ltd

Gellihirion Industrial Estate

Rhondda, Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

Ir-Renju Unit

 

Honeywell Fluorine Products Europe B.V.

Laarderhoogtweg 18

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Honeywell Specialty Chemicals GmbH

Wunstorfer Strasse 40

Postfach 100262

30918 Seelze

Il-Ġermanja

 

Hovione Farmaciencia SA

Sete Casas

2674-506 Loures

Il-Portugall

 

ICL-IP Europe B.V.

Fosfaatweeg 48

1013 BM Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Laboratorios Miret SA

Geminis 4,

08228 Terrassa, Barcelona

Spanja

 

LGC Standards GmbH

Mercatorstr. 51

46485 Wesel

Il-Ġermanja

 

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL

C/Mestre Joan Corrales 107-109

08950 Esplugas de Llobregat, Barcelona

Spanja

 

Mebrom NV

Assenedestraat 4

9940 Rieme Ertvelde

Il-Belġju

 

Merck KGaA

Frankfurter Strasse 250

64271 Darmstadt

Il-Ġermanja

 

Mexichem UK Ltd.

PO Box 13

The Heath

Runcorn Cheshire WA7 4QX

Ir-Renju Unit

 

Il-Ministeru tad-Difiża

Defence Fuel Lubricants and Chemicals

P.O. Box 10.000

1780 CA Den Helder

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Panreac Quimica S.L.U.

Pol. Ind. Pla de la Bruguera, C/Garraf 2

08211 Castellar del Vallès-Barcelona

Spanja

 

Poż-Pliszka Sp. z o.o.

ul.Szczecińska 45

80-392 Gdańsk

Il-Polonja

 

R.P. Chem s.r.l.

Via San Michele 47

31062 Casale sul Sile (TV)

L-Italja

 

Safety Hi-Tech S.r.l.

Via Cavour 96

67051 Avezzano (AQ)

L-Italja

 

Savi Technologie Sp. z o.o.

Ul. Wolnosci 20

Psary

51-180 Wroclaw

Il-Polonja

 

Sicor Srl

Via Terazzano 77

20017 Rho

L-Italja

 

Sigma Aldrich Chemie GmbH

Riedstrasse 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

 

Sigma Aldrich Chimie SARL

80, rue de Luzais

L'isle d'abeau Chesnes

38297 St Quentin Fallavier

Franza

 

Sigma Aldrich Company Ltd

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

Ir-Renju Unit

 

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

 

Solvay Fluores France

25 rue de Clichy

75442 Paris

Franza

 

Solvay Specialty Polymers France SAS

Avenue de la Republique

39501 Tavaux Cedex

Franza

 

Solvay Solexis S.p.A.

Viale Lombardia 20

20021 Bollate (MI)

L-Italja

 

Sterling S.r.l.

Via della Carboneria 30

06073 Solomeo di Corciano (PG)

L-Italja

 

Syngenta Crop Protection

Surrey Research Park

30 Priestly Road

Guildford Surrey GU2 7YH

Ir-Renju Unit

 

Tazzetti S.p.A.

Corso Europa n. 600/a

10070 Volpiano (TO)

L-Italja

 

TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH

Werner-von-Siemens-Strasse 18

97076 Würzburg

Il-Ġermanja

 

Thomas Swan & Co Ltd.

Rotary Way

Consett

County Durham DH8 7ND

Ir-Renju Unit

 

Total Feuerschutz GmbH

Industriestr 13

68526 Ladenburg

Il-Ġermanja

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4.

(3)  ĠU C 75, 9.3.2011, p. 4.


ANNESS I

GRUPPI I U II

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u l-klorofluworokarburi aloġenati kompletament l-oħra allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

Mexichem UK (UK)

Solvay Solexis (IT)

Syngenta Crop Protection (UK)

Tazzetti (IT)

TEGA Technische Gase und Gastechnik (DE)


ANNESS II

GRUPP III

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Ateliers Bigata (FR)

BASF Agri Product (FR)

ERAS Labo (FR)

Eusebi Impianti (IT)

Eusebi Service (IT)

Fire Fighting Enterprises Ltd (UK)

Halon & Refrigerant Services (UK)

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios (ES)

Poz-Pliszka (PL)

Safety Hi-Tech (IT)

Savi Technologie (PL)

Total Feuerschutz (DE)


ANNESS III

GRUPP IV

Il-kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Dow Deutschland (DE)

Mexichem UK (UK)

Solvay Fluores France (FR)


ANNESS IV

GRUPP V

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Arkema (FR)

Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)


ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Albemarle Europe (BE)

Alfa Agricultural Supplies (EL)

ICL-IP Europe (NL)

Mebrom (BE)

Sigma Aldrich Chemie (DE)


ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

ABCR Dr. Braunagel (DE)

Albany Molecular Research (UK)

Hovione Farmaciencia (PT)

R.P. Chem (IT)

Sicor Srl (IT)

Sterling (IT)


ANNESS VII

GRUPP VIII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012

Kumpanija

Aesica Queenborough (UK)

Arkema France (FR)

Arkema Quimica (ES)

Bayer CropScience (DE)

DuPont de Nemours (NL)

Dyneon (DE)

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

Mexichem UK (UK)

Solvay Fluor (DE)

Solvay Specialty Polymers France SAS (FR)

Solvay Solexis (IT)

Tazzetti (IT)


ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Albemarle Europe (BE)

ICL-IP Europe (NL)

Laboratorios Miret (ES)

Sigma Aldrich Chemie (DE)

Thomas Swan & Co (UK)


ANNESS IX

(Kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)


ANNESS X

Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimpurtaw għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi

Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi huma allokati lil:

Kumpanija

Airbus Operations (FR)

Arkema France S.A. (FR)

Harp International Ltd (UK)

Honeywell Fluorine Products Europe B.V. (NL)

Honeywell Specialty Chemicals GmbH (DE)

LGC Standards GmbH (DE)

Mebrom NV (BE)

Merck KGaA (DE)

Mexichem UK Ltd (UK)

Ministeru tad-Difiża (NL)

Panreac Quimica SLU (ES)

Sigma Aldrich Chemie (DE)

Sigma Aldrich Chimie SARL (FR)

Sigma Aldrich Company Ltd (UK)

Tazzetti SpA. (IT)


ANNESS XI

(Kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)