17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/81


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/847/PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilita fl-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

(3)

L-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu fil-lista li tinsab fl-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

T. NALEWAJK


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.


ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

“1.

Bandarenka Siarhei Uladzimiravich

Bondarenko Sergei Vladimirovich

Бандарэнка Сяргей Уладзiмiравiч

Бондаренко Сергей Владимирович

Indirizz: Department of law of administration of Pervomaysky district Chornogo K. 5 office 417

Tel.: +375 17 2800264

Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-24 ta' Novembru 2011 huwa ssentenzja lil Ales Byalyatski, wieħed mill-aktar difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu tar-Riżorsi Umani “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. Il-proċess tmexxa b'mod li kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

2.

Saikouski Uladzimir

Saikovski Vladimir

Сайкоўскi Уладзiмiр

Сайковский Владимир

Indirizz: Department of law of administration of Pervomaysky district Chornogo K. 5 office 417

Tel.: +375 17 2800264

Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali ta' Pervomaiski ta' Minsk. Huwa tratta l-proċess ta' Ales Byalyatski, wieħed mill-aktar difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu tar-Riżorsi Umani “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. L-akkuża ppreżentata mill-prosekutur fil-proċess kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet vjolazzjoni ċara tal-Kodiċi ta' Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u r-repressjoni fuq is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.”