17.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/845/PESK
tas-16 ta’ Diċembru 2011
dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/694/PESK dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. |
(2) |
Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
T. NALEWAJK
(1) ĠU L 303, 19.11.2010, p. 13.
(2) ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33 (MT: ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 1).