13.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/10

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9030)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/829/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru għal varjetà wiesgħa ta’ tagħmir għal meded qosra, inklużi l-applikazzjonijiet bħalma huma s-sistemi ta’ twissija, it-tagħmir għall-komunikazzjonijiet lokali, mezzi li jiftħu l-bibien, impjanti mediċi u għal sistemi ta’ trasport intelliġenti. It-tagħmir għal meded qosra jkun tipikament prodott għas-suq tal-massa u/jew prodott li jista’ jinġarr u li jista’ jittieħed u jintuża faċilment f’pajjiżi oħra; id-differenzi fil-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-ispettru għalhekk ma jippermettux il-moviment ħieles tagħhom, iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u joħolqu riskji ta’ interferenza li tagħmel il-ħsara ma’ applikazzjonijiet u servizzi tar-radju oħrajn.

(2)

Madankollu, minħabba żviluppi rapidi fit-teknoloġija u fid-domanda soċjali, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra. Dawn jeħtieġu aġġornamenti regolari fil-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru.

(3)

Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għal żviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam tat-tagħmir għal meded qosra.

(4)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/432/KE (3), 2009/381/KE (4) u 2010/368/UE (5) diġà emendaw il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għat-tagħmir għal meded qosra mogħtija fid-Deċiżjoni 2006/771/KE billi ssostitwew l-Anness għaliha.

(5)

Fir-rapport tagħha ta’ Marzu 2011 (6) mibgħut b’reazzjoni għall-mandat imsemmi hawn fuq, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE.

(6)

Għalhekk l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Tagħmir li jopera skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat ta’ radju u ta’ tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (7) sabiex l-ispettru jintuża b’mod effikaċi li jevita interferenza li tagħmel il-ħsara, u dan jintwera jew permezz ta’ lħiq ta’ standards armonizzati jew permezz ta’ ħarsien ta’ proċeduri alternattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi-President

(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.

(3)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49.

(4)  ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32.

(5)  ĠU L 166, 1.7.2010, p. 33.

(6)  Ir-Rapport tas-CEPT nru 38, RSCOM 11-17.

(7)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

ANNESS

“ANNESS

Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra

Tip ta’ tagħmir għal meded qosra

Medda ta’ frekwenza (1)

Limitu tal-qawwa tat-trażmissjoni/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (2)

Parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom) (3)

Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (4)

Skadenza tal-implimentazzjoni

Tagħmir mhux speċifiku għal meded qosra (5)

6 765 -6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ottubru 2008

13,553-13,567 MHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ottubru 2008

26,957-27,283 MHz

10 mW ta’ qawwa effettiva rradjata (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri

Applikazzjonijiet tal-vidjo huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

40,660-40,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p..

Applikazzjonijiet tal-vidjo huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

433,050-434,040 (6) MHz

1 mW ta’ e.r.p..

u -13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ mitigazzjoni

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjo huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

10 mW ta’ e.r.p..

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

434,040-434,790 (6) MHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 100 % suġġett għal spazjar tal-istazzjonijiet sa 25 kHz

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ mitigazzjoni

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjo huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

Tagħmir mhux speċifiku għal meded qosra (ikompli)

863,000-865,000 MHz

25 mW ta’ e.r.p..

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

865,000-868,000 MHz

25 mW ta’ e.r.p..

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

868,000-868,600 MHz

Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

868,700-869,200 MHz

25 mW ta’ e.r.p..

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

869,400-869,650 MHz (6) MHz

500 mW ta’ e.r.p..

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 10 %

L-ispazjar tal-istazzjonijiet għandu jkun ta’ 25 kHz, ħlief li l-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

25 mW ta’ e.r.p..

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

Tagħmir mhux speċifiku għal meded qosra (ikompli)

869,700-870,000 (6) MHz

5 mW ta’ e.r.p..

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ mitigazzjoni

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjo huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

25 mW ta’ e.r.p..

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjo analogi huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

2 400 -2 483,5  MHz

10 mW ta’ qawwa isotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.)

L-1 ta’ Ġunju 2007

5 725 -5 875  MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ġunju 2007

24,150-24,250 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ottubru 2008

61,0-61,5 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ottubru 2008

122-123 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ġunju 2012

244-246 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ġunju 2012

Sistemi għat-trażmissjoni tad-dejta b’medda wiesgħa

2 400 -2 483,5  MHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

u densità tal-e.i.r.p. ta’ 100 mW/100 kHz japplikaw meta tintuża l-modulazzjoni tal-bdil kontinwu minn frekwenza għall-oħra, b’densità ta’ e.i.r.p. ta’ 10 mW/MHz tapplika meta jintużaw tipi oħra ta’ modulazzjoni

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

L-1 ta’ Novembru 2009

57,0-66,0 GHz

40 dBm ta’ e.i.r.p.

u densità ta’ 13-il dBm/MHz ta’ e.i.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

L-istallazzjonijiet fissi esterni huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2010

Sistemi ta’ twissija

868,600-868,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p..

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Il-medda kollha ta’ frekwenza tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 %

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,250-869,300 MHz

10 mW ta’ e.r.p..

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 %

L-1 ta’ Ġunju 2007

869,300-869,400 MHz

10 mW ta’ e.r.p..

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 %

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,650-869,700 MHz

25 mW ta’ e.r.p..

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

L-1 ta’ Ġunju 2007

Sistemi soċjali ta’ twissija (8)

869,200-869,250 MHz

10 mW ta’ e.r.p..

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 %

L-1 ta’ Ġunju 2007

Applikazzjonijiet induttivi (9)

9,000-59,750 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Novembru 2010

59,750-60,250 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2007

60,250-74,750 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

74,750-75,250 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

75,250-77,250 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

77,250-77,750 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

77,750-90 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

90-119 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

119-128,6 kHz

66 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

128,6-129,6 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

129,6-135 kHz

66 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

135-140 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2012

140-148,5 kHz

37.7 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ottubru 2008

148,5-5 000  kHz

Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

– 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenza ta’ aktar minn 10 kHz

L-1 ta’ Ottubru 2008

Applikazzjonijiet induttivi (ikompli)

400-600 kHz

– 8 dBμA/m f’10 metri

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10)

L-1 ta’ Ottubru 2008

3 155 -3 400  kHz

13,5 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ottubru 2008

5 000 -30 000  kHz

Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

– 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenza ta’ aktar minn 10 kHz

L-1 ta’ Ottubru 2008

6 765 -6 795  kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2007

7 400 -8 800  kHz

9 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ottubru 2008

10 200 -11 000  kHz

9 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ottubru 2008

13 553 -13 567  kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ġunju 2007

60 dBμA/m f’10 metri

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10) u għall-EAS (11)

L-1 ta’ Ottubru 2008

26 957 -27 283 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

L-1 ta’ Ottubru 2008

Impjanti mediċi attivi (12)

9-315 kHz

30 dBμA/m f’10 metri

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

L-1 ta’ Ottubru 2008

30,0-37,5 MHz

1 mW ta’ e.r.p..

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal tagħmir mediku li jiddaħħal fil-ġisem, li jkollu membrana ta’ qawwa baxxa ħafna għall-kejl tal-pressjoni tad-demm

L-1 ta’ Novembru 2010

402-405 MHz

25 μW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenza ikbar sa 300 kHz.

Jistgħu jintużaw tekniki oħra għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza, inklużi meded ta’ frekwenza ikbar minn 300 kHz, dejjem jekk iwasslu għal prestazzjoni li tkun tal-inqas ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kompatibbli mal-utenti l-oħra partikolarment mar-radjusondi metereoloġiċi

L-1 ta’ Novembru 2009

Impjanti mediċi attivi u periferali assoċjati miegħu (13)

401-402 MHz

25 μW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenza ikbar sa 100 kHz.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

L-1 ta’ Novembru 2010

405-406 MHz

Tagħmir li jiddaħħal fil-ġisem tal-annimali (14)

315-600 kHz

– 5 dΒμΑ/m f’10 m

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

L-1 ta’ Novembru 2010

12,5-20,0 MHz

– 7 dΒμΑ/m f’10 m f’medda ta’ frekwenzi ta’ 10 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal applikazzjonijiet mill-għatba ‘l ġewwa

L-1 ta’ Novembru 2010

Trażmettituri FM ta’ qawwa baxxa (15)

87,5-108,0 MHz

50 nW ta’ e.r.p.

L-ispazjar tal-istazzjonijiet sa 200 kHz

L-1 ta’ Novembru 2010

Applikazzjonijiet tal-awdjo mingħajr fili (16)

863-865 MHz

10 mW ta’ e.r.p..

L-1 ta’ Novembru 2010

Applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tar-radju (17)

2 400 -2 483,5  MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Novembru 2009

17,1-17,3 GHz

26 dBm ta’ e.i.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi bbażati fuq l-art

L-1 ta’ Novembru 2009

Radar li Jaqbdu l-Livell tat-Tankijiet (18)

4,5-7,0 GHz

24 dBm ta’ e.i.r.p. (19)

L-1 ta’ Novembru 2009

8,5-10,6 GHz

30 dBm e.i.r.p. (19)

L-1 ta’ Novembru 2009

24,05-27,0 GHz

43 dBm e.i.r.p. (19)

L-1 ta’ Novembru 2009

57,0-64,0 GHz

43 dBm e.i.r.p. (19)

L-1 ta’ Novembru 2009

75,0-85,0 GHz

43 dBm e.i.r.p. (19)

L-1 ta’ Novembru 2009

Kontroll ta’ mudelli (20)

26 990 -27 000  kHz

100 mW ta’ e.r.p..

L-1 ta’ Novembru 2009

27 040 -27 050  kHz

100 mW ta’ e.r.p..

L-1 ta’ Novembru 2009

27 090 -27 100  kHz

100 mW ta’ e.r.p..

L-1 ta’ Novembru 2009

27 140 -27 150  kHz

100 mW ta’ e.r.p..

L-1 ta’ Novembru 2009

27 190 -27 200  kHz

100 mW ta’ e.r.p..

L-1 ta’ Novembru 2009

Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID)

2 446 -2 454  MHz

500 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ġunju 2012

Telematiki tat-Trasport u t-Traffiku bl-Art

24,050-24,075 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ġunju 2012

24,075-24,150 GHz

0.1 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ġunju 2012

24,075-24,150 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

Limiti ta’ żmien ta’ waqfien u l-medda tal-modulazzjoni tal-frekwenza japplikaw kif speċifikat fl-istandards armonizzati.

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-radars tal-vetturi

L-1 ta’ Ġunju 2012

24,150-24,250 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

L-1 ta’ Ġunju 2012

63-64 GHz

40 dBm ta’ e.i.r.p.

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet japplika għal sistemi ta’ vettura għal vettura, vettura għall-infrastruttura u l-infrastruttura għall-vettura biss

L-1 ta’ Ġunju 2012

76,0-77,0 GHz

Massimu ta’ 55 dBm ta’ e.i.r.p. u

medja ta’ 50 dBm ta’ e.i.r.p. u

medja ta’ 23.5 dBm ta’ e.i.r.p. għal radars bl-impulsi

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi tal-infrastruttura u l-vetturi terrestri

L-1 ta’ Novembru 2010

(1)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-meded ta’ frekwenza qrib xulxin f’din it-tabella bħala medda ta’ frekwenza waħda sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull waħda mill-meded ta’ frekwenza qrib xulxin.

(2)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa tat-trażmissjoni, is-saħħa tal-kamp jew id-densità tal-qawwa mogħtija f’din it-tabella. B’konformità mal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas restrittivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta’ spettru b’qawwa tat-trażmissjoni, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.

(3)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn il-“parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)”, u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti oħra ta’ aċċess għal u ta’ mitigazzjoni tal-ispettru. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-“parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)” f’kaxxa tat-tabella partikolari jew jippermettu valuri ogħla.

(4)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-“restrizzjonijiet oħra fuq l-użu”, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda minnhom jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.

(5)  Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi (użu tipiku huwa fit-telemetrija, it-telekmand, is-sistemi ta’ twissija, id-dejta b’mod ġenerali u applikazzjonijiet simili oħrajn).

(6)  Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ alternattivi tal-kundizzjonijiet għall-użi kollha possibbli.

(7)  Iċ-“ċiklu ta’ ħidma” tfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta t-tagħmir ikun qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-“ċiklu ta’ ħidma”.

(8)  It-tagħmir ta’ sistemi soċjali ta’ twissija jintużaw biex jgħinu lin-nies anzjani jew b’diżabilità meta jsibu ruħhom f’diffikultà.

(9)  Din il-kategorija tkopri, pereżempju, it-tagħmir għall-immobilizzazzjoni tal-karozzi, l-identifikazzjoni tal-annimali, is-sistemi ta’ twissija, id-detezzjoni tal-kejbils, il-ġestjoni tal-iskart, l-identifikazzjoni personali, il-konnessjonijiet bil-vuċi mingħajr fili, il-kontroll tal-aċċess, is-sensuri tal-prossimità, is-sistemi ta’ kontra s-serq, inklużi s-sistemi induttivi tar-RF ta’ kontra s-serq, it-trasferiment tad-dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, l-identifikazzjoni awtomatika tal-oġġetti, is-sistemi ta’ kontroll mingħajr fili u n-nollijiet awtomatiċi tat-toroq.

(10)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID).

(11)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għas-Sorveljanza Elettronika tal-Oġġetti (EAS).

(12)  Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju tat-tagħmir mediku attiv li jista’ jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(13)  Din il-kategorija tkopri sistemi ddisinjati speċifikament bil-għan li jipprovdu komunikazzjoni diġitali mingħajr l-użu tal-vuċi bejn tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem, kif definit fin-nota tal-qiegħ nru 19, u/jew tagħmir li jitqiegħed f’ġisem il-bniedem jew tagħmir ieħor estern għall-ġisem li jintuża biex jittrasferixxi informazzjoni fiżjoloġika mhux urġenti relatata mal-pazjent individwali.

(14)  Din il-kategorija tkopri tagħmir għat-trażmissjoni, li jitqiegħed fil-ġisem tal-annimali biex iwettaq funzjonijiet dijanjostiċi u/jew biex jagħti trattament terapewtiku.

(15)  Din il-kategorija tinkludi applikazzjonijiet li joħolqu konnessjoni bejn tagħmir tal-awdjo personali, inklużi l-mowbajls, u sistemi ta’ divertiment awtomotivi jew tad-dar.

(16)  Applikazzjonijiet għal sistemi tal-awdjo mingħajr fili, fosthom: mikrofoni mingħajr fili’ lawdspikers mingħajr fili; “headphones” mingħajr fili; “headphones” mingħajr fili biex jinġarru, bħal CDs, każetts jew tagħmir tar-radju li jistgħu jinġarru u li ġġorrhom fuq il-persuna; “headphones” mingħajr fili għall-użu f’vetturi, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna u mikrofoni mingħajr fili, għall-użu waqt il-kunċerti u produzzjonijiet oħra teatrali.

(17)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni, tal-veloċità u/jew ta’ karatteristiċi oħra ta’ oġġett, jew biex jinkiseb tagħrif relatat ma’ dawn il-parametri.

(18)  Radars li Jaqbdu l-Livell tat-Tankijiet (it-TLPRs) huma tip speċifiku ta’ applikazzjoni għad-determinazzjoni tar-radju li jintuża għall-kejl tal-livelli tat-tankijiet u li huma stallati f’tankijiet tal-metall jew tal-konkrit imsaħħaħ, jew fi strutturi simili magħmulin minn materjal b’karatteristiċi ta’ attenwazzjoni komparabbli. L-iskop tat-tankijiet huwa li jaħżnu xi sustanza.

(19)  Il-limitu tal-qawwa japplika ġo tank magħluq u jikkorrispondi ma’ densità tal-ispettru ta’ -41.3 dBm/MHz ta’ e.i.r.p. barra tank għall-ittestjar ta’ 500 litru.

(20)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet użati biex jiġi kkontrollat il-moviment ta’ mudelli (prinċipalment mudelli żgħar ta’ vetturi) fl-arja, fuq l-art jew inkella fuq jew taħt wiċċ l-ilma.”