24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/47


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Settembru 2011

li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6502)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/631/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva kull tliet snin abbażi ta’ kwestjonarju stabbilit mill-Kummissjoni.

(2)

Kienu stabbiliti erba’ kwestjonarji mill-Kummissjoni. Ir-raba’ wieħed, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE (2), kien ikopri s-snin 2009, 2010 u 2011.

(3)

Peress li l-kwestjonarju stabbilit bid-Deċiżjoni 2010/728/UE għandu jintuża għar-rappurtar sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandu jiġi stabbilit kwestjonarju ġdid għall-perjodu ta’ tliet snin ta’ rappurtar li jmiss, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u fl-użu tal-kwestjonarji preċedenti. Madankollu, peress li d-Direttiva 2008/1/KE ser tiġi mħassra mis-7 ta’ Jannar 2014 u sostitwita bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (3), il-kwestjonarju l-ġdid għandu jkopri biss sentejn, jiġifieri l-2012 u l-2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni 2010/728/UE għandha tiġi sostitwita.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (4).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw l-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għar-rappurtar dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE.

2.   Ir-rapporti li għandhom jiġu sottomessi għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/728/UE għandha titħassar mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(2)  ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13.

(3)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(4)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.


ANNESS

PARTI 1

Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis

Noti ġenerali:

Dan il-ħames kwestjonarju skont id-Direttiva 2008/1/KE jkopri s-snin 2012 u 2013. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u l-informazzjoni diġà miksuba permezz tal-kwestjonarji preċedenti, dan il-kwestjonarju jiffoka fuq il-bidliet u l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE. Peress li d-Direttiva 2008/1/KE ser titħassar mis-7 ta’ Jannar 2014 u sostitwita mid-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, il-perjodu tar-rappurtar huwa limitat għal sentejn minflok tliet snin. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità u jkun jista’ jsir paragun dirett mat-tweġibiet preċedenti, dan il-kwestjonarju jżomm ħafna aspetti li jinsabu fid-Deċiżjoni 2010/728/UE. F’dawk il-każijiet fejn il-mistoqsijiet huma simili għal dawk tal-kwestjonarji preċedenti u s-sitwazzjoni ma nbidlitx, tista’ sempliċiment issir referenza għat-tweġibiet preċedenti. Fejn kien hemm żviluppi ġodda, dawn l-iżviluppi għandhom jiġu deskritti fi tweġiba ġdida. Waqt li tkun qed twieġeb il-kwestjonarju dwar mistoqsijiet speċifiċi dwar ir-regoli ġenerali vinkolanti, jew il-linji gwida uffiċjali maħruġa minn entitajiet amministrattivi, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni deskrittiva dwar it-tip ta’ regoli jew linji gwida u ħolqiet tal-Internet jew mezzi oħra ta’ aċċess għalihom, kif xieraq.

1.   Deskrizzjoni ġenerali

Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri esperjenzaw xi diffikultajiet minħabba d-disponibilità jew il-kapaċità limitata tar-riżorsi tal-persunal? Jekk iva, iddeskrivi dawn id-diffikultajiet kif ukoll kwalunkwe pjan biex jiġu indirizzati fid-dawl tad-Direttiva 2010/75/UE.

2.   Għadd ta’ stallazzjonijiet u permessi (l-Artikolu 2(3) u 2(4) u l-Artikolu 4)

2.1.

Agħti d-dettalji tal-għadd ta’ stallazzjonijiet kif iddefinit bid-Direttiva 2008/1/KE u l-permessi skont it-tip ta’ attività fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar, billi tuża l-mudell u n-noti stabbiliti fil-Parti 2.

2.2.

Identifikazzjoni tal-istallazzjonijiet tal-IPPC. Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi ħolqa għall-informazzjoni aġġornata aċċessibbli għall-pubbliku li jkun fiha l-ismijiet, il-post u l-attività ewlenija (l-Anness I) tal-istallazzjonijiet IPPC fl-Istat Membru tiegħek. Jekk din l-informazzjoni mhijiex disponibbli pubblikament, jekk jogħġbok issottometti lista tal-istallazzjonijiet individwali kollha fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (l-ismijiet, il-postijiet u l-attività ewlenija tal-IPPC). Jekk din il-lista mhijiex disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex huwa hekk.

3.   Applikazzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 6)

Iddeskrivi kwalunkwe regola ġenerali vinkolanti, dokumenti ta’ gwida jew formoli ta’ applikazzjoni prodotti biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 6, jew inġenerali jew dwar kwistjonijiet speċifiċi (eż. il-metodoloġija għall-valutazzjoni ta’ emissjonijiet sinifikanti mill-istallazzjonijiet).

4.   Koordinazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi (l-Artikoli 7 u 8)

4.1.

Iddeskrivi kwalunkwe bidla li saret mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar fl-istruttura organizzazzjonali tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi, partikolarment dwar il-livelli tal-awtoritajiet kompetenti u d-distribuzzjoni tal-kompetenzi.

4.2.

Hemm xi diffikultajiet partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni sħiħa tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi kif mitlub fl-Artikolu 7, speċjalment meta jkun hemm involuti iktar minn awtorità kompetenti waħda? Iddeskrivi kwalunkwe leġiżlazzjoni jew dokumenti ta’ gwida maħruġa dwar din il-kwistjoni.

4.3.

X’dispożizzjonijiet legali, proċeduri jew gwida qed jintużaw biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu permess f’każijiet meta stallazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/1/KE? Jekk disponibbli, agħti informazzjoni dwar l-għadd u ċ-ċirkustanzi fejn ġew irrifjutati l-permessi.

5.   Kemm huma xierqa u adegwati l-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikoli 3(1)(d) u (f), l-Artikolu 9, l-Artikolu 17(1) u (2))

5.1.

Iddeskrivi kwalunkwe regola ġenerali vinkolanti jew linji gwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti li nħarġu dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

il-proċeduri u l-kriterji biex jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u kundizzjonijiet oħra għall-permessi;

2.

il-prinċipji ġenerali biex jiġu determinati l-aqwa tekniki disponibbli;

3.

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4).

5.2.

Kwistjonijiet marbuta mad-Dokumenti ta’ Referenza BAT (BREFs) stabbiliti skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE:

1.

F’termini ġenerali, kif tiġi kkunsidrata b’mod ġenerali jew f’każijiet speċifiċi l-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) meta jiġu ddeterminati l-aqwa tekniki disponibbli?

2.

Il-BREFs kif inhuma użati b’mod konkret biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-permessi?

5.3.

Kwistjonijiet oħra relatati mal-kundizzjonijiet għall-permessi:

(a)

Is-sistemi ta’ ġestjoni tal-ambjent ġew ikkunsidrati meta ġew stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-permessi? Jekk iva, kif?

(b)

X’tipi ta’ kundizzjonijiet għall-permessi jew miżuri oħra ġew applikati tipikament għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(f) (restawr tal-post meta l-attivitajiet jitwaqqfu b’mod definit) u kif ġew implimentati fil-prattika?

(c)

Tipikament, x’tipi ta’ kundizzjonijiet ġew iddeterminati għall-permessi relatati mal-effiċjenza enerġetika (l-Artikolu 3(1)(d))?

(d)

Intużat il-possibbiltà stabbilita fl-Artikolu 9(3) li jintgħażel li ma jiġux imponuti rekwiżiti relatati mal-effiċjenza enerġetika u, jekk iva, kif ġiet implimentata?

6.   Standards tal-kwalità ambjentali (l-Artikolu 10)

Inqalgħu każijiet fejn japplika l-Artikolu 10 u l-użu tal-aqwa tekniki disponibbli mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa l-istandard tal-kwalità ambjentali (kif definit fl-Artikolu 2(7))? Jekk iva, agħti eżempji ta’ dawn il-każijiet u l-miżuri addizzjonali meħuda.

7.   Bidliet fl-istallazzjonijiet (l-Artikoli 12 u l-Artikolu 2(10))

Fil-prattika kif jiddeċiedu l-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 12, jekk “bidla fl-operat” jistax ikollha konsegwenzi fuq l-ambjent (l-Artikolu 2(10)), u jekk din il-bidla hijiex “bidla sostanzjali” li “jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-bnedmin jew fuq l-ambjent” (l-Artikolu 2(11))? Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet legali, gwida jew proċeduri rilevanti.

8.   Kunsiderazzjoni mill-ġdid u aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13)

8.1.

Il-frekwenza ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13) huma speċifikati fil-liġi nazzjonali jew subnazzjonali, jew huma ddeterminati b’mezzi oħra, bħal limiti ta’ żmien fil-permessi? Jekk iva, x’inhuma dawk il-mezzi l-oħra? Agħti referenza għal leġiżlazzjoni, gwida jew proċeduri rilevanti.

8.2.

X’inhi l-frekwenza rappreżentattiva għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi? F’każijiet fejn hemm id-differenzi bejn l-istallazzjonijiet jew is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva jekk disponibbli.

8.3.

Fiex jikkonsisti l-proċess tal-kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi? Kif inhi implimentata d-dispożizzjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi f’każijiet ta’ bidliet sostanzjali fl-aqwa tekniki disponibbli implimentati? Agħti referenza għal leġiżlazzjoni, gwida jew proċeduri rilevanti.

9.   Konformità mal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 14)

9.1.

Fil-prattika, kif inhu implimentat ir-rekwiżit tal-Artikolu 14 li l-operaturi jinfurmaw b’mod regolari lill-awtoritajiet bir-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx? Agħti referenza għal kwalunkwe regolament, proċedura jew linja gwida speċifika għall-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett.

9.2.

Jiġi sottomess rapport perjodiku ta’ monitoraġġ mill-operaturi kollha? Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza rappreżentattiva għat-tressiq ta’ din l-informazzjoni. F’każijiet ta’ differenzi bejn is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva fejn disponibbli.

9.3.

Jekk għadha ma tressqitx fir-rappurtar skont ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 li tipprovdi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni disponibbli dwar stallazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

l-elementi ewlenin ta’ spezzjoni ambjentali mwettqa mill-Awtoritajiet Kompetenti;

2.

l-għadd totali ta’ żjajjar fuq il-post minn awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta’ rappurtar;

3.

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet fejn saru dawn iż-żjajjar fuq il-post matul il-perjodu ta’ rappurtar;

4.

l-għadd totali ta’ żjajjar fuq il-post li matulhom tkejlu l-emissjonijiet u/jew ittieħdu kampjuni tal-iskart minn jew f’isem l-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta’ rappurtar;

5.

it-tipi ta’ azzjonijiet (sanzjonijiet jew miżuri oħra) li ttieħdu b’riżultat ta’ aċċidenti, inċidenti u nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għall-permessi matul il-perjodu ta’ rappurtar.

10.   Kooperazzjoni transkonfinali (l-Artikolu 18)

Waqt il-perjodu ta’ rappurtar, kien hemm waqtiet fejn intużaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18 fir-rigward tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali? Ipprovdi eżempji illustrattivi tal-proċeduri ġenerali li ntużaw.

11.   Osservazzjonijiet ġenerali

11.1.

Jeżistu kwistjonijiet partikolari dwar l-implimentazzjoni li joħolqu tħassib fl-Istat Membru tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

11.2.

Hemm xi informazzjoni partikolari marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE fl-Istat Membru tiegħek li hija rilevanti għall-interpretazzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont dan il-kwestjonarju? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

PARTI 2

Mudell għat-tweġiba għall-mistoqsija 2.1

TIP TA’ STALLAZZJONI

A.

STALLAZZJONIJIET

B.

BIDLIET SOSTANZJALI

C.

KUNSIDERAZZJONI MILL-ĠDID U AĠĠORNAMENT TAL-PERMESSI

Kodiċi

Attività ewlenija operata fl-istallazzjoni kif stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE

1.

Għadd ta’ stallazzjonijiet:

2.

Għadd ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/1/KE

3.

Għadd ta’ bidliet sostanzjali mwettqa matul il-perjodu ta’ rappurtar mingħajr permess maħruġ skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/1/KE

4.

Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie kkunsidrat mill-ġdid il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE

5.

Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie aġġornat il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE

1

Enerġija

 

 

 

 

 

1.1

Kombustjoni

 

 

 

 

 

1.2

Raffinar ta’ żejt minerali u gass

 

 

 

 

 

1.3

Fran tal-kokk

 

 

 

 

 

1.4

Gassifikazzjoni u likwefazzjoni tal-faħam

 

 

 

 

 

2

Metalli

 

 

 

 

 

2.1

Inkaljar/sinterizzazzjoni tal-minerali metalliċi

 

 

 

 

 

2.2

Produzzjoni ta’ ħadid jew azzar mhux ipproċessati

 

 

 

 

 

2.3 (a)

Magni tar-rumblar f’temperaturi għoljin (hot-rolling mills)

 

 

 

 

 

2.3 (b)

Ferreriji

 

 

 

 

 

2.3 (c)

Applikazzjoni ta’ passati ta’ metall imdewweb

 

 

 

 

 

2.4

Funderiji

 

 

 

 

 

2.5 (a)

Produzzjoni ta’ metalli mhux maħduma mhux ferrużi

 

 

 

 

 

2.5 (b)

Tidwib ta’ metalli mhux ferrużi

 

 

 

 

 

2.6

Trattament tal-wiċċ ta’ metalli u plastiks

 

 

 

 

 

3

Minerali

 

 

 

 

 

3.1

Produzzjoni ta’ siment jew ġir

 

 

 

 

 

3.2

Produzzjoni ta’ asbestos

 

 

 

 

 

3.3

Manifattura tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

3.4

Tidwib tal-minerali

 

 

 

 

 

3.5

Manifattura taċ-ċeramika

 

 

 

 

 

4

Sustanzi kimiċi

 

 

 

 

 

4.1

Produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi

 

 

 

 

 

4.2

Produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi

 

 

 

 

 

4.3

Produzzjoni ta’ fertilizzanti

 

 

 

 

 

4.4

Produzzjoni ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti/bijoċidi

 

 

 

 

 

4.5

Produzzjoni ta’ farmaċewtiċi

 

 

 

 

 

4.6

Produzzjoni ta’ splussivi

 

 

 

 

 

5

Skart

 

 

 

 

 

5.1

Rimi jew irkupru ta’ skart perikoluż

 

 

 

 

 

5.2

Ħruq ta’ skart muniċipali

 

 

 

 

 

5.3

Rimi ta’ skart mhux perikoluż

 

 

 

 

 

5.4

Miżbliet

 

 

 

 

 

6

Oħrajn

 

 

 

 

 

6.1 (a)

Produzzjoni tal-polpa

 

 

 

 

 

6.1 (b)

Produzzjoni ta’ karta u kartun

 

 

 

 

 

6.2

Trattament minn qabel jew tiżbigħ ta’ fibri jew tessuti

 

 

 

 

 

6.3

Ikkunzar tal-ġlud

 

 

 

 

 

6.4 (a)

Biċċeriji

 

 

 

 

 

6.4 (b)

Trattament u pproċessar ta’ prodotti tal-ikel

 

 

 

 

 

6.4 (c)

Trattament u pproċessar tal-ħalib

 

 

 

 

 

6.5

Rimi jew riċiklaġġ ta’ karkassi tal-annimali

 

 

 

 

 

6.6 (a)

Trobbija intensiva tat-tjur

 

 

 

 

 

6.6 (b)

Trobbija intensiva ta’ majjali għall-produzzjoni

 

 

 

 

 

6.6 (c)

Trobbija intensiva ta’ ħnieżer nisa

 

 

 

 

 

6.7

Trattament tal-wiċċ bl-użu ta’ solventi orġaniċi

 

 

 

 

 

6.8

Produzzjoni tal-karbonju jew elettrografit

 

 

 

 

 

6.9

Qbid ta’ flussi tas-CO2 (id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (2))

 

 

 

 

 

Totali

 

 

 

 

 

 

Noti ta’ spjegazzjoni għall-mudell:

Il-ġbir tad-dejta f’dan il-mudell se jkun imsejjes fuq l-“għadd ta’ stallazzjonijiet” u l-“għadd ta’ bidliet sostanzjali” fejn jitużaw id-definizzjonijiet ta’ “stallazzjoni” fl-Artikolu 2(3) u “bidla sostanzjali” fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2008/1/KE.

It-“tip ta’ stallazzjoni” tirreferi għall-attività ewlenija li ssir fl-istallazzjoni. L-istallazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati biss taħt attività unika waħdanija, anki meta jkunu qed isiru diversi attivitajiet tal-IPPC fl-istallazzjoni.

Iktar gwida u spjegazzjoni fir-rigward tad-dejta li għandha tingħata fit-Tabella jinsabu fin-noti ta’ hawn taħt. L-Istati Membri huma mitluba jimlew it-Tabella safejn ikun possibbli.

A.   GĦADD TA’ STALLAZZJONIJIET fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (il-31 ta’ Diċembru 2013).

1.

Għadd ta’ stallazzjonijiet: għadd totali ta’ stallazzjonijiet IPPC (kemm eżistenti kif ukoll ġodda) li joperaw fl-Istati Membri fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar irrispettivament mill-istatus tal-permessi tagħhom.

2.

Għadd ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC koperti b’permess wieħed jew iktar mogħti(ja) skont id-Direttiva 2008/1/KE (inklużi l-permessi ta’ qabel l-IPPC li reġgħu ġew ikkunsidrati mill-ġdid/aġġornati) irrispettivament minn meta nħareġ/inħarġu l-permess(i) jew jekk il-permess ġiex ikkunsidrat mill-ġdid, aġġornat, jew emendat/imġedded minħabba kwalunkwe raġuni.

Biex jingħadd l-għadd ta’ stallazzjonijiet li għandhom jiġu rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istatus tal-permess(i) li jkopri/u kull stallazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar. Jekk jogħġbok, innota li l-għadd jirreferi għall-istallazzjonijiet, u mhux għall-permessi (peress li stallazzjoni waħda tista’ tkun koperta b’diversi permessi jew viċe versa).

Regola ta’ konsistenza

:

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet IPPC (1) li minnu jitnaqqas l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/1/KE (2) għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ stallazzjonijiet li, għal kwalunkwe raġuni mhumiex koperti b’permess tal-IPPC konformi bis-sħiħ (proċedura mhux konkluża, l-attivitajiet mhumiex koperti kollha, eċċ.). Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, dan jindika ksur potenzjali tad-Direttiva 2008/1/KE.

B.   BIDLIET SOSTANZJALI matul il-perjodu tar-rappurtar (l-1 ta’ Jannar 2012 – il-31 ta’ Diċembru 2013).

3.

Għadd ta’ bidliet sostanzjali meħuda matul il-perjodu ta’ rappurtar mingħajr permess maħruġ skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd ta’ bidliet sostanzjali magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti li effettivament kienu implimentati mill-operaturi mingħajr permess kif mitlub mill-Artikolu 12(2).

Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, dan jindika ksur potenzjali tad-dispożizzjoni IPPC.

C.   KUNSIDERAZZJONI MILL-ĠDID u AĠĠORNAMENT TAL-PERMESSI matul il-perjodu tar-rappurtar (l-1 ta’ Jannar 2012 – il-31 ta’ Diċembru 2013).

4.

Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie kkunsidrat mill-ġdid il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 13.

5.

Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie aġġornat il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew aġġornati skont l-Artikolu 13.


(1)  ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.