30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Lulju 2011

dwar format ta’ informazzjoni għas-siti Natura 2000

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4892)

(2011/484/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/43/KEE jipprevedi li n-netwerk Natura 2000 għandu jinkludi fih iż-żoni ta’ protezzjoni speċjali kklassifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE (3).

(2)

Għal kull sit Natura 2000 propost, il-format jeħtieġ jipprovdi mappa tas-sit, l-isem, il-lok, il-kobor u d-dejta li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-kriterji użati fl-għażla tas-sit;

(3)

Il-format jagħmel parti mid-dokumentazzjoni tan-netwerk Natura 2000.

(4)

Il-kontenut tal-Formola Standard tad-Dejta tan-Natura 2000 għandu jiġi aġġornat b’mod regolari abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli għal kull sit tan-netwerk, biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq ir-rwol tagħha bħala koordinatriċi u biex, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/43/KEE, minn żmien għal żmien tirrevedi s-sehem li n-Natura 2000 jagħti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 92/43/KEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-format li għandu jintuża għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar in-netwerk Natura 2000, u li qiegħed jissejjaħ il-“Formola Standard tad-Dejta tan-Natura 2000”, huwa stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE (4) hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(3)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(4)  ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.


ANNESS

NATURA 2000

FORMOLA STANDARD TAD-DEJTA

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal- ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa

FORMOLA STANDARD TAD-DEJTA

Għal Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS), Siti ta’ Interess Komunitarju proposti (SIKp), Siti ta’ Interess Komunitarju (SIK) u għal Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK)

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

2.   LOK TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

3.   INFORMAZZJONI EKOLOĠIKA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

4.   DESKRIZZJONI TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

5.   STATUS TAL-PROTEZZJONI TAS-SIT (FAKULTATTIV)

Image

Test ta 'immaġni

6.   IMMANIĠĠJAR TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

7.   MAPPA TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

FORMOLA STANDARD TAD-DEJTA

NOTI TA’ SPJEGA

WERREJ

DAĦLA

1.

IDENTIFIKAZZJONI TAS-SIT 53

1.1.

It-tip tas-sit 53

1.2.

Il-kodiċi tas-sit 54

1.3.

L-isem tas-Sit 54

1.4.

Id-data tal-ewwel mili tal-formola 54

1.5.

Id-data tal-aġġornament 54

1.6.

L-entità li timla l-formola 54

1.7.

Indikazzjoni tas-sit u dati ta’ desinjazzjoni/klassifikazzjoni 55

2.

LOK TAS-SIT 55

2.1.

Lok taċ-ċentru tas-sit 55

2.2.

Erja tas-superfiċje tas-sit 55

2.3.

Ir-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit 55

2.4.

It-tul tas-sit (fakultattiv) 56

2.5.

Il-kodiċi u l-isem tar-reġjun amministrattiv 56

2.6.

Ir-Reġjun(i) bijoġeografiku/ċi 56

3.

INFORMAZZJONI EKOLOĠIKA 56

3.1.

Tipi ta’ ħabitat preżenti fis-sit u l-valutazzjoni tas-sit għalihom 56

3.2.

Speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE u speċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE u l-valutazzjoni tas-sit għalihom 60

3.3.

Speċijiet importanti oħra ta’ flora u fawna (fakultattiv) 64

4.

DESKRIZZJONI TAS-SIT 65

4.1.

Karattru ġenerali tas-sit 65

4.2.

Kwalità u importanza: 65

4.3.

Theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet li jħallu impatt fuq is-sit 65

4.4.

Proprjetà (fakultattiv) 66

4.5.

Dokumentazzjoni (fakultattiv) 66

5.

STATUS TAL-PROTEZZJONI TAS-SIT (FAKULTATTIV) 67

5.1.

Status ta’ protezzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali 67

5.2.

Ir-relazzjoni bejn is-sit deskritt u siti oħra (siti ġirien u siti li jappartjenu għal tipi differenti ta’ desinjazzjoni) 67

5.3.

Desinjazzjoni tas-sit 68

6.

IMMANIĠĠJAR TAS-SIT 68

6.1.

Korp responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit 68

6.2.

Pjan ta’ mmaniġġjar 68

6.3.

Miżuri ta’ konservazzjoni (fakultattiv) 68

7.

MAPPA TAS-SIT 68
Appendiċi 69

Lista ta’ taqsiriet:

KE

Komunitajiet Ewropej

KEE

Komunità Ekonomika Ewropea

GIS

Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika

INSPIRE

Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Ewropa

SIKp

Sit ta’ Interess Komunitarju propost

SIK

Sit ta’ Interess Komunitarju

ŻSK

Żona ta’ Konservazzjoni Speċjali

FSD

Formola Standard tad-Dejta

ŻPS

Żona ta’ Protezzjoni Speċjali

DAĦLA

In-NATURA 2000 huwa n-netwerk ekoloġiku li ġie stabbilit għall-konservazzjoni ta’ speċijiet ta’ annimali u flora u fawna selvaġġi u tal-ħabitat naturali li huma ta’ importanza Komunitarja fl-Unjoni. Huwa magħmul mis-siti kklassifikati skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, adottata għall-ewwel darba fl-1979 (id-Direttiva 2009/147/KE) u d-Direttiva dwar il-Ħabitat adottata fl-1992 (id-Direttiva 92/43/KEE).

Is-suċċess tan-NATURA 2000 jiddependi ħafna mil-livell ta’ informazzjoni dwar il-ħabitat u l-ispeċijiet ta’ interess Komunitarju. Għalhekk, id-dejta u l-informazzjoni jridu jkunu f’format strutturat u komparabbli.

Il-bażi ġuridika tal-proċess ta’ komunikazzjoni tad-dejta għall-implimentazzjoni ta’ din il-fażi tan-NATURA 2000 hija indikata fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat, li skontu “l-informazzjoni jrid ikun fiha mappa tas-sit, isimha, il-post, id-daqs u l-fatti magħrufa li jirriżultaw mill-applikar tal-kriterji speċifikati fl-Anness III (Stadju 1) mogħtija f’għamla stabbilita mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21”. Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar, l-Istati Membri diġà huma meħtieġa “jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti sabiex din tkun tista’ tieħu inizjattivi xierqa bil-għan li tikkoordina b’mod xieraq biex tiżgura li ż-żoni li hemm previsti fil-paragrafi 1 u 2 (tal-Artikolu 4) jiffurmaw koerenza sħiħa li tkun konformi mal-ħtiġiet ta’ protezzjoni ta’ dawn l-ispeċi fiż-żona ġeografika tal-baħar u tal-art fejn tapplika din id-Direttiva”.

L-għan u l-użu tal-Formola Standard tad-Dejta

L-għanijiet prinċipali tal-Formola Standard tad-Dejta (FSD) tan-NATURA 2000 u tal-bażi ta’ dejta li toħroġ minnha huma:

(1)

biex tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri, tikkoordina miżuri biex jinħoloq netwerk kooerenti tan-NATURA 2000 u tivvaluta l-effikaċja tiegħu għall-konservazzjoni tal-ħabitat tal-Anness I u l-ħabitat tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE kif ukoll il-ħabitat tal-ispeċijiet tal-għasafar tal-Anness I u speċijiet oħra ta’ għasafar tal-passa koperti bid-Direttiva 2009/147/KE.

(2)

biex taġġorna l-Listi ta’ SIK/ŻSK tal-Unjoni skont id-Direttiva dwar il-Ħabitat.

(3)

biex tkun ipprovduta informazzjoni li tassisti lill-Kummissjoni fi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet biex ikun żgurat li n-network NATURA 2000 jiġi kkunsidrat b’mod sħiħ f’setturi u oqsma ta’ politika oħra tal-attivitajiet tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-politiki reġjonali, agrikoli, tal-enerġija, tat-trasport u tat-turiżmu.

(4)

biex il-Kummissjoni u l-Kumitati rilevanti jiġu mgħejuna fl-għazla ta’ azzjonijiet għall-finanzjament fl-ambitu tal-LIFE + u ta’ strumenti finanzjarji oħra, f’każijiet fejn id-dejta rilevanti għall-konservazzjoni tas-siti x’aktarx tiffaċilita l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

(5)

li tipprovdi format konsistenti u utli għall-iskambju u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-siti tan-NATURA 2000, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament tal-INSPIRE u leġiżlazzjonijiet u ftehimiet oħra tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni (pereżempju, l-Konvenzjoni ta’ Aarhus).

(6)

biex tintuża fir-riċerka, ippjanar u għal finijiet oħra ta’ appoġġ għall-politika ta’ konservazzjoni.

(7)

li tipprovdi sors ta’ referenza u informazzjoni affidabbli għall-valutazzjoni ta’ problemi speċifiċi f’każ ta’ potenzjal ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Peress li l-Formoli Standard tad-Dejta (FSD) huma d-dokumentazzjoni tan-netwerk NATURA 2000 fuq livell tal-Unjoni Ewropea, huma jitqiesu bħala sors ta’ informazzjoni importanti għall-dawn il-finijiet kollha. Għalhekk, din id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata kif xieraq biex taqdi d-diversi finijiet tagħha. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw id-dokumentazzjoni tagħhom abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli. Pereżempju, ir-riżultati mill-monitoraġġ previst fl-Artikolu 11, l-ippjanar tal-immaniġġjar, il-valutazzjonijiet tal-impatt, eċċ., jistgħu jkunu s-sors ta’ informazzjoni ġdida li għandha tiġi inkluża fl-aġġornament ta’ FSD. Madankollu, id-Direttiva dwar il-Ħabitat ma tesiġix b’mod espliċitu li għandu jsir xi monitoraġġ dettaljat ta’ kull sit b’mod separat mill-monitoraġġ previst fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva.

Filwaqt li xi tibdil li l-Istati Membri jagħmlu fl-FSD jista’ jħalli konsegwenzi ta’ natura legali (pereżempju, it-tibdil li jsir fil-Listi tal-Unjoni permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni), ir-reviżjoni ta’ xi entrati fl-FSD, minnha nnifisha, ma titqiesx li tħalli effetti legali awtomatikament: pereżempju, l-għajbien ta’ xi speċijiet minn sit ma għandux dejjem jiġi interpretat bħala konsegwenza ta’ mmaniġġjar inadekwat u għalhekk, ma għandux iwassal għat-teħid ta’ azzjonijiet legali b’mod awtomatiku. Bl-istess mod, l-informazzjoni li tingħata fl-FSD dwar theddid u pressjoni b’impatti negattivi fuq is-sit mhux dejjem tfisser li Stat Membru jkun qed jonqos mill-ħarsien tal-obbligi tiegħu, peress li din l-informazzjoni kollha trid titqies fil-kuntest sħiħ.

Il-Formola Standard tad-Dejta riveduta

L-ewwel “Formola Standard tad-Dejta” (FSD) ġiet adottata fl-1997 (id-Deċiżjoni Nru 97/266/KE). Fl-2008, l-Istati Membri u l-Kummissjoni saħqu dwar il-ħtieġa li l-fluss tad-dejta fl-ambitu taż-żewġ Direttivi jiġi mtejjeb, razzjonalizzat u mmodernizzat, u f’dan il-kuntest bdiet issir reviżjoni tal-FSD. Dan sar b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, fi grupp ta’ ħidma tekniku (“Grupp ta’ Esperti dwar ir-Rappurtar”).

Ir-reviżjoni tal-FSD saret bil-ħsieb li jittejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-dejta li jkunu meħtieġa b’mod impliċitu għan-netwerk NATURA 2000. Konsegwentement, tneħħew ċerti partijiet tal-formola l-qadima peress li ma baqgħux meħtieġa; filwaqt li ġie kkunsidrat, b’mod partikolari, it-titjib tad-disponibbiltà tad-dejta spazjali diġitali fl-infrastrutturi għall-informazzjoni spazjali. Barra minn hekk, ġew irranġati ċerti nuqqasijiet importanti (pereżempju, rigward l-informazzjoni dwar il-perċentwali ta’ superfiċje marin fis-siti) u sar it-titjib meħtieġ fl-istruttura tad-dejta dwar l-informazzjoni ekoloġika.

Ir-reviżjoni saret ukoll minħabba l-iżvilupp imgħaġġel fit-teknoloġija tal-Informatika fir-rigward tal-ġestjoni tad-dejta (pereżempju, l-introduzzjoni ta’ kontrolli tal-kwalità awtomatiċi jew il-possibbiltà li l-kambjamenti fid-diversi trażmissjonijiet ta’ dejta jiġu identifikati b’mod preċiż), kif ukoll minħabba ż-żieda fid-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġeografika diġitali u ta’ strumenti għall-analiżi. Għalhekk ma fadalx il-ħtieġa ta’ mapep u formoli tal-karti, u d-dejta għandha tintbagħat f’format elettroniku biss.

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dwar id-diversi spazji għall-mili tad-dejta fl-FSD kif ukoll dwar l-informazzjoni ġeografika meħtieġa, u jispjega kif għandhom jiġu mimlija.

Portal ta’ referenza għan-NATURA 2000

Madankollu, xi elementi jkollhom jinbidlu maż-żmien, kif ukoll minħabba xi żviluppi tekniċi. Dawn l-elementi se jkunu f’ “Portal ta’ Referenza għan-NATURA 2000”, fejn jiġu aġġornati u jkunu disponibbli għall-konsultazzjoni. Dawn l-elementi jikkonċernaw: dokumenti ta’ referenza (pereżempju, l-ikkodifikar ta’ speċijiet), materjal ta’ appoġġ tekniku (pereżempju, mudelli ta’ dejta, applikazzjonijiet) kif ukoll linji gwida biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jużaw l-FSD b’mod konsistenti u biex jispjegaw il-proċeduri tekniċi u amministrattivi ta’ kif id-dejta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Peress li l-Portal ta’ Referenza huwa parti importanti mid-dokumentazzjoni tal-FSD, kwalunkwe aġġustament jew tibdil li jsir fid-dokumenti tal-portal, li l-ġestjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tad-DĠ Ambjent u tal-Kumitat dwar il-Ħabitat (ara l-Anness għal din id-distinzjoni) għandu jsir bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat dwar il-Ħabitat (1). Il-portal ta’ referenza jinsab fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni, DĠ Ambjent. Id-dokumenti ta’ referenza ta’ dan il-portal huma elenkati fl-Anness.

Il-Formola Standard tad-Dejta tan-Natura 2000 u l-bażi ta’ dejta tagħha

Kull sit li jiġi propost, iddesinjat jew ikklassifikat irid ikollu Formola Standard tad-Dejta mimlija. F’xi każijiet jista’ jkun hemm relazzjoni eżistenti bejn żewġ siti jew aktar tan-Natura 2000. Il-Grafika 1 turi t-tliet relazzjonijiet rilevanti li jistgħu jeżistu bejn żewġ siti tan-Natura 2000. F’każijiet meta jeżisti sovvraponiment bejn iż-żewġ siti (iżda, li ma jkunux identiċi) jew meta wieħed minnhom ikun fl-ieħor, għandhom jimtlew żewġ formuli separati.

L-ispazji għall-mili tad-dejta fl-FSD kollha jridu jimtlew, sakemm ma jkunx indikat speċifikament mod ieħor.

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAS-SIT

1.1.   It-tip tas-sit

Dan il-kodiċi magħmul minn karattru wieħed jindika jekk is-sit ikunx Sit li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva dwar il-Ħabitat (SIKp, SIK jew ŻSK) jew inkella Żona ta’ Protezzjoni Speċjali kklassifikata (ŻPS), jew it-tnejn. F’każijiet fejn ikun jeżisti sovvraponiment bejn is-SIK u ż-ŻPS, iżda fejn dawn ma jkunux identiċi, dawn is-siti għandhom jiġu ttrattati bħala żewġ entitajiet separati.

Grafika 1

Relazzjonijiet possibbli bejn is-siti

Image

A

Żona ddesinjata bħala ŻPS

Għandha timtela formola waħda għaż-ŻPS

Image

B

SIKp, SIK jew ŻSK

Għandha timtela formola waħda għas-SIKp/SIK/ŻSK

Image

C

Iż-żona SIKp/SIK/ŻSK hija l-istess taż-żona ddesinjata bħala ŻPS

Għandha timtela formola waħda għat-tnejn, kemm għas-(SIKp/SIK/ŻSK) kif ukoll għall-ŻPS

Image

 

F’każ li jkun jeżisti sovvraponiment bejn is-SIK u ż-ŻPS, iżda fejn dawn ma jkunux identiċi, dawn is-siti għandhom jiġu ttrattati bħala żewġ entitajiet separati. Għandha timtela formola għal kull sit/żona.

1.2.   Il-kodiċi tas-sit

Kull sit jintgħaraf minn kodiċi uniku li jkun fih disa’ karattri u li hu magħmul minn żewġ komponenti:

1.

L-ewwel żewġ karattri jiffurmaw il-kodiċi tal-pajjiż. Applika r-regola tal-Unjoni, fejn jintużaw iż-żewġ ittri tal-kodiċi tal-pajjiż skont l-ISO 3166 (ara l-portal ta’ referenza) (2).

2.

Is-seba’ karattri li jibqa’, li jservu biex joħolqu kodiċi uniku alfanumeriku għal kull sit, għandhom jingħataw billi tiġi segwita sistema loġika u koerenti kif definita mill-awtorità nazzjonali responsabbli. Peress li l-kodiċijiet jikkostitwixxu l-element li jidentifika s-siti, dawn ma għandhomx jiġu mibdula kontinwament maż-żmien.

1.3.   L-isem tas-sit

L-ismijiet tas-siti jitniżżlu fil-lingwa lokali tagħhom. B’dan il-mod tkun evitata traduzzjoni diffiċli u b’hekk, l-integrazzjoni tad-dejta eżistenti fil-livell nazzjonali jew lokali tkun faċli ħafna. Fil-każ ta’ karattri differenti (eż. bl-alfabet Ġrieg jew Ċirilliku), l-ismijiet jiġu maqluba għall-alfabet Latin. L-ismijiet tas-siti ma għandhomx jingħataw b’ittri kapitali (pereżempju, “Gave de Pau” MHUX “GAVE DE PAU”).

1.4.   Id-data tal-ewwel mili tal-formola

Niżżel id-data li tixtieq tara bħala d-“data tal-ewwel mili tal-formola” għall-informazzjoni rreġistrata fl-FSD. L-ispazju li fih titniżżel id-dejta huwa magħmul minn sitt ċifri f’forma numerika li jindikaw is-sena (erba’ ċifri) segwita bix-xahar (żewġ ċifri).

Eżempju: 199305: dejta miġbura għall-ewwel darba f’Mejju 1993.

F’każ li d-daqs tas-sit ikun kiber, ħalli d-“data tal-ewwel mili tal-formola” l-istess, għaliex din id-data tintuża biss għall-ewwel sottomissjoni tas-sit. Minflok, fl-ispazju “data tal-aġġornament” (ara l-punt 1.5), daħħal id-data ta’ meta d-daqs tas-sit ikun kiber.

1.5.   Id-data tal-aġġornament

Daħħal id-data ta’ meta l-informazzjoni rapportata dwar is-sit ġiet mibdula l-aħħar, u għad-“data” uża l-format indikat fl-eżempju tal-punt 1.4. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni ta’ sit ġdid ħalli l-ispazju tal-“aġġornament” vojt. Meta l-informazzjoni tkun ġiet aġġornata diversi drabi dan l-ispazju għandu jimtela bid-data l-aktar reċenti li fiha l-informazzjoni tkun ġiet mibdula.

1.6.   L-entità li timla l-formola

Hawnhekk, niżżel l-informazzjoni dwar il-kuntatt uffiċjali tal-organizzazzjoni (pereżempju, l-awtorità amministrattiva kompetenti) li mliet l-informazzjoni rreġistrata fil-formola. L-entità li timla l-formola għandha tkun il-punt ta’ kuntatt meta jsiru mistoqsijiet tekniċi; l-entità li timla l-formola jista’ jkollha “rwol” fl-organizzazzjoni (pereżempju, tokkupa pożizzjoni f’ unità).

1.7.   Indikazzjoni tas-sit u dati ta’ desinjazzjoni/klassifikazzjoni

Dawn jistgħu jikkonċernaw tliet dati obbligatorji: id-data li fiha s-sit jiġi kklassifikat bħala SPA; id-data li fiha s-sit jiġi propost bħala SIK, u d-data li fiha s-sit kien ġie ddesinjat bħala ŻSK fuq livell nazzjonali. Is-sottospazji jindikaw is-sena u x-xahar ta’ dawn id-dati. Meta sit ikun ġie ddesinjat u wara jitkabbar fid-daqs, is-sena ta’ meta tniżżel fil-lista inizjalment għandha tibqa’ tidher, filwaqt li tiġi indikata l-erja totali l-aktar reċenti.

Huwa fakultattiv li l-Istati Membri jimlew id-data “ikkonfermat bħala SIK”; id-dati ta’ konfermazzjoni/adozzjoni tal-Lista tal-Unjoni rilevanti jiġu ddokumentati mid-DĠ Ambjent.

Indika r-referenza legali Nazzjonali tad-desinjazzjoni ŻSK/ŻPS fl-ispazju rilevanti bi kliem li tixtieq int (test liberu). Spjegazzjonijiet addizzjonali jistgħu jingħataw fl-ispazju “Spjegazzjonijiet”, li l-mili tiegħu huwa fakultattiv, pereżempju, għad-dati ta’ klassifikazzjoni jew desinjazzjoni ta’ siti li jkunu magħmula minn siti li qabel kienu ŻPS u/jew SIK separati.

2.   LOK TAS-SIT

2.1.   Lok taċ-ċentru tas-sit

Il-koordinati ġeografiċi (lonġitudni u latitudni) taċ-ċentru tas-sit għandhom jiġu indikati fi Gradi Deċimali. Il-valuri tal-lonġitudni li jkunu fil-punent mal-Meridjan ta’ Referenza ta’ Greenwich jingħataw valur negattiv u dawk fil-lvant jingħataw valur pożittiv (dan jista’ jiġi kkonfermat b’sinjal “+”, jew jitqies li hu hekk jekk ma jingħata ebda sinjal ieħor).

Meta s-siti jkunu magħmula minn diversi żoni distinti, għandhom jiġu indikati l-koordinati tal-aktar sottożona importanti (għal raġunijiet prattiċi, nissuġġerixxu li tintuża l-akbar żona). Il-koordinati indikati għas-sit għandhom ikunu parti mis-sit. Meta l-koordinati taċ-ċentru jiġu ġġenerati b’mod awtomatiku, dan irid isir b’attenzjoni; f’dan l-eżempju, fejn is-sit ikun magħmul minn diversi poligoni, l-ewwel immaġni (immaġni (a)) turi l-koordinati ġġenerati b’mod awtomatiku iżda wieħed jinnota li l-koordinat tal-akbar poligonu jinsab lil hinn mill-poligonu; fit-tieni immaġni (immaġni (b)), ġie ġġenerat koordinat wieħed biss, li jikkorrispondi għall-akbar sit, iżda dan il-koordinat jinsab lil hinn mis-sit; fit-tielet immaġni (immaġni (c)), ġie ġġenerat koordinat għall-akbar sit u dan il-koordinat jinsab fil-poligonu. L-aħħar eżempju biss (eżempju (c)) huwa korrett (3).

Image

Huwa faċli ħafna biex wieħed jaqleb il-koordinati mis-sistema ta’ Gradi, Minuti u Sekondi (DMS). Valur indikat bis-sistema ta’ DMS jista’ jinqaleb għal valur fi gradi deċimali billi tintuża l-formula (D + M/60 + S/3600) e.g. Lonġitudni 9° 15′ 30″ PUNENT, Latitudni 54° 36′ 30″ isir Lonġitudni -9.2583, Latitudni 54.6083.

2.2.   Erja tas-superfiċje tas-sit

Indika l-valur totali tal-erja tas-superfiċje l-aktar preċiż disponibbli f’ettari; jistgħu jintużaw valuri deċimali. F’każ li l-erja tas-superfiċje ma tkunx fattibbli, indika t-tul tas-sit fl-ispazju 2.4 (it-tul tas-sit), u f’dan il-każ biss, ħalli l-ispazju għall-erja tas-superfiċje tas-sit vojt.

Għerien: Fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-erja tas-superfiċje projettata, inkella jużaw l-ispazju 2.4.

Meta l-erja tas-sit tkun inbidlet maż-żmien, għandha tiġi indikata l-aktar erja totali reċenti.

2.3.   Ir-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit

Għandha tiġi indikata r-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit. Id-definizzjoni tal-linja kostali li tintuża biex tiġi speċifikata l-konfini marina għandha ssir skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali (pereżempju, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar - UNCLOS) jew dik nazzjonali. Kull Stat Membru għandu jipprovdi d-deskrizzjoni tal-konfini użata mill-Kummissjoni; imbagħad, din għandha ssir disponibbli fil-portal ta’ referenza (pereżempju, “l-erja ta’ taħt l-aktar livell baxx tal-Marea fir-rebbiegħa”).

Meta d-dejta eżatta ma tkunx disponibbli, agħmel stima. Meta r-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit tkun inbidlet maż-żmien, għandha tiġi indikata l-aktar rata perċentwali reċenti.

2.4.   It-tul tas-sit (fakultattiv)

Imla dan l-ispazju jekk it-tul ikun rilevanti (pereżempju, f’każ ta’ rdum). It-tul tas-sit għandu jitniżżel f’kilometri.

F’każ li l-erja tas-superfiċje ma tkunx ġiet indikata fl-ispazju 2.2, hawnhekk għandu jiġi indikat it-tul stmat tas-sit.

Meta t-tul tas-sit ikun inbidel maż-żmien, għandu jiġi indikat it-tul totali l-aktar riċenti.

2.5.   Il-kodiċi u l-isem tar-reġjun amministrattiv

Għar-referenza ta’ dejta statistika, il-Eurostat żviluppa sistema ta’ kodifikazzjoni ġerarkika standard għar-reġjuni tal-Unjoni. Is-sistema ta’ kodifikazzjoni trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet kollha ta’ kodifikazzjoni reġjonali fil-Kummissjoni (ara r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)). Wieħed jista’ jsib deskrizzjoni sħiħa fuq il-paġna ewlenija tal-Eurostat.

Għal kull sit jiġi indikat il-kodiċi NUTS tal-livell 2, bl-indikazzjoni ta’ kodiċi wieħed obbligatorja. Meta sit ikun jinsab f’żewġ reġjuni jew aktar, fil-bażi tad-dejta għandu jiġi indikat l-istess għadd ta’ kodiċijiet daqs l-għadd ta’ reġjuni involuti. L-isem tar-reġjun huwa meħtieġ għar-riferiment. Meta sit ma jkunx kopert minn reġjun NUTS, indika l-kodiċi NUTS għal “reġjun ekstra” (pereżempju, il-kodiċi korrett ta’ reġjun ekstra tal-livell 2 fil-Belġju huwa “BEZZ” filwaqt li l-kodiċi “BE0” mhux korrett). Il-kodiċijiet jinsabu fil-portal ta’ referenza.

2.6.   Ir-Reġjun(i) bijoġeografiku/ċi

B’referenza għall-mappa tar-reġjuni bijoġeografiċi (ara l-portal ta’ referenza), indika f’liema minn dawn ir-reġjun(i) jinsab is-sit billi timmarka l-kaxxi xierqa; dan ma japplikax fil-każ ta’ siti marini.

F’każ li s-sit ikun jinsab f’aktar minn reġjun wieħed, għandu jitniżżel il-perċentwali tas-superfiċje koperta għal kull reġjun (fakultattiv).

Informazzjoni addizzjonali dwar ir-reġjuni marini: L-indikazzjoni tar-reġjuni marini fl-FSD hija dovuta għal raġunijiet prattiċi/tekniċi u tinteressa lill-Istati Membri li jkollhom reġjun bijoġeografiku terrestri b’konfini ma’ żewġ reġjuni marini; ma għandha ebda implikazzjoni oħra. Id-dejta dwar l-aktar konfini reċenti tar-reġjuni bijoġeografiċi, flimkien mal-kodiċijiet, jistgħu jitniżżlu mill-portal ta’ referenza.

3.   INFORMAZZJONI EKOLOĠIKA

Għal siti kklassifikati bħala ŻPS skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ispeċijiet koperti bl-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar, jiġifieri, l-ispeċijiet tal-Anness I u speċijiet komuni li jpassu u li mhumiex inklużi fl-Anness I (Taqsima 3.2) (obbligatorju),

l-informazzjoni dwar il-ħabitat tal-ispeċijiet tal-Anness I għad-Direttiva dwar il-Ħabitat (Taqsima 3.1) u l-ispeċijiet tal-fawna u l-flora tal-Anness II (Taqsima 3.2) għas-sit kollu jew għal dik il-parti tas-sit jekk dan ikun rikonoxxut bħala sit ta’ importanza Komunitarja skont id-Direttiva 92/43/KEE jew iddisinjat simultanjament bħala SIKp/SIK/ŻSK (fakultattiv),

l-informazzjoni kollha l-oħra rilevanti dwar speċijiet ta’ fawna u flora importanti (Taqsima 3.3) hija mixtieqa (fakultattiv),

fil-każ ta’ sit li jiġi kklassifikat bħala ŻPS, u li ma jiġix rikonoxxut kollu jew parti minnu bħala sit ta’ importanza Komunitarja skont id-Direttiva 92/43/KEE, imma li ċerta informazzjoni dwar il-ħabitat naturali jew dwar l-ispeċijiet ta’ fawna u flora tkun rilevanti għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ għasafar li għalihom is-sit kien ġie kklassifikat bħala ŻPS, din l-informazzjoni hija mixtieqa (fakultattiv).

Għal siti kklassifikati skont id-Direttiva dwar il-Ħabitat (SIKp/SIK/ŻSK), l-Istati Membri għandhom jipprovdu

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I (Taqsima 3.1) u dwar l-ispeċijiet ta’ flora u fawna tal-Anness II (Taqsima 3.2) (obbligatorju),

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ispeċijiet ta’ għasafar tal-Anness I u l-ispeċijiet tal-passa skont id-Direttiva 2009/147/KE (Taqsima 3.2) għas-sit kollu jew dik il-parti tas-sit li hija kklassifikata simultanjament bħala ŻPS (fakultattiv),

l-informazzjoni kollha l-oħra rilevanti dwar speċijiet ta’ fawna u flora importanti (Taqsima 3.3) hija mixtieqa (fakultattiv).

3.1.   Tipi ta’ ħabitat preżenti fis-sit u l-valutazzjoni tas-sit għalihom

(i)   Il-kodiċijiet u s-superfiċje koperta tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I fis-sit

Kodiċi: Hawnhekk, indika l-kodiċi b’erba’ karattri tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I għad-Direttiva 92/43/KEE. Għandhom jintużaw biss il-kodiċijiet li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva dwar il-Ħabitat li huwa validu attwalment, u ma għandhomx jintużaw il-kodiċijiet għas-sottotipi li ngħataw fil-verżjonijiet preċedenti tal-Manwal ta’ Interpretazzjoni.

Forom ta’ Prijorità (PF): Attenzjoni: Jekk il-forom ta’ prijorità tal-ħabitat 6210, 7130 u 9430 ikunu preżenti fis-sit (skont il-karattru tagħhom, dawn it-tipi ta’ ħabitat jista’ jkollhom iż-żewġ tipi ta’ forom – forma ta’ prijorità u forma mhux ta’ prijorità), jekk jogħġbok indika l-forma ta’ prijorità billi tnizzel “x” fil-kolonna “PF” (ara l-eżempju ta’ hawn taħt). Minħabba raġunijiet tekniċi, f’din il-kolonna addizzjonali s-sinjal ‘*’ li jintuża bħala parti mill-kodiċi fl-Anness I huwa sostitwit b’ “x”. (Meta fis-sit ikun hemm kemm forom ta’ prijorità kif ukoll forom mhux ta’ prijorità, għandhom isiru entrati separati għal kull tip ta’ forma).

Mhux Preżenti (NP) (fakultattiv): F’każijiet fejn tip ta’ ħabitat tal-Anness I li s-sit ikun ġie ddisinjat għalih inizjalment (jiġifieri, li qabel kien preżenti) ma jibqax eżistenti fis-sit, huwa rrakkomandat ħafna li tindika dan billi tniżżel “x” fil-kolonna “NP” (minflok ma l-informazzjoni dwar dan it-tip ta’ ħabitat titneħħa mill-FSD).

Superfiċje Koperta: Il-ħabitat kollu tal-Anness I eżistenti fis-sit speċifiku għandu jiġi indikat, flimkien mas-superfiċje li jkopri, f’ettari (ara l-Grafika 2). Jistgħu jitniżżlu valuri deċimali.

Jista’ jkun hemm każijiet ta’ sovvraponiment bejn it-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I (pereżempju, sikek ta’ ramel f’estwarji). F’dan il-każ, indika l-erja ta’ kull ħabitat (pereżempju, indika l-erja tal-estwarju u d-daqs tas-sikek tar-ramel); f’dawn it-tipi ta’ każijiet, l-erja totali tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I tista’ tkun abkar mill-erja tas-sit. Jekk dan ma jkunx meqjus bħala possibbli, naqqas l-erja tal-ħabitat iż-żgħir mill-erja tal-ħabitat il-kbir.

Jekk jogħġbok innota: F’każijiet fejn għandu jiġi indikat li l-ħabitat huwa meqjus bħala kandidat għall-introduzzjoni fis-sit, fl-ispazju “daqs” niżżel “-1”.

Għerien: Għall-għerien (8310, 8330), jekk l-erja tas-superfiċje ma tkunx disponibbli, jista’ jitniżżel l-għadd ta’ għerien.

Kwalità tad-Dejta: Indika l-kwalità tal-kejl fl-ispazju “kwalità tad-dejta”. Indika il-kwalità tad-dejta bl-aktar mod possibbli bħala: G = “Tajba” (pereżempju, abbażi ta’ stħarriġ); M = “Moderata” (pereżempju, e.g. abbażi ta’ dejta parzjali, bi ftit estrapolazzjoni); P = “Ħażina” (pereżempju, stima approssimattiva).

(ii)   Kriterji ta’ valutazzjoni tas-sit għal tip partikolari ta’ ħabitat naturali fl-Anness I (skont it-Taqsima A tal-Anness III)

—   RAPPREŻENTATTIVITÀ: = A(a) tal-Anness III: grad ta’ rappreżentattività tat-tip ta’ ħabitat fis-sit.

Il-Kriterju A(a) tal-Anness III għandu jkun marbut mal-manwal ta’ interpretazzjoni tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I peress dan il-manwal jipprovdi definizzjoni, lista ta’ speċijiet karatteristiċi u elementi rilevanti oħra. Il-grad tar-rappreżentattività joffri sistema ta’ kejl ta’ “kemm huwa tipiku” it-tip ta’ ħabitat. Jekk ikun meħtieġ, din il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rappreżentattività tat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni, jew għal grupp ta’ tipi ta’ ħabitat inkella għal kombinazzjoni partikolari ta’ tipi ta’ ħabitat differenti.

Jekk id-dejta li trid titniżżel fl-ispazju, jiġifieri d-dejta kwantitattiva, għall-paragun ma tkunx teżisti jew jekk il-kejl tal-kriterju mhux fattibbli, biex jiġi kklassifikat it-tip ta’ ħabitat jista’ jintuża “l-aħjar ġudizzju espert”.

Għandha tintuża din is-sistema ta’ klassifikazzjoni:

A:

rappreżentattività eċċellenti,

B:

rappreżentattività tajba,

C:

rapperżentattività sinifikanti.

Barra minn hekk, il-każijiet kollha ta’ meta l-preżenza tat-tip ta’ ħabitat fis-sit inkwistjoni ma tkunx sinifikanti għandhom jiġu indikati fir-raba’ kategorija:

D:

preżenza mhux sinifikanti.

Meta jkunu preżenti biss forom ta’ ħabitat tal-Anness I li għandhom valur ta’ konservazzjoni baxx, jekk jogħġbok indika “D” (preżenza mhux sinifikanti). Pereżempju, art imsaġġra fi stat ferm degradat u b’ħafna mill-ispeċijiet tas-soltu neqsin għandha tiġi indikata bħala “D”.

F’każijiet meta r-rappreżentattività tas-sit għat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat tiġi kklassifikata bħala “D: mhux sinifikanti”, l-ebda indikazzjoni oħra mhi meħtieġa għall-kriterji l-oħra ta’ valutazzjoni li jikkonċernaw dan it-tip ta’ ħabitat fis-sit inkwistjoni. F’dawn il-każijiet, il-kriterji “Superfiċje relattiva”, “Status ta’ konservazzjoni” u “Valutazzjoni globali” m’għandhomx jiġu mmarkati.

—   SUPERFIĊJE RELATTIVA: = A(b) tal-Annex III: L-erja tas-sit kopert mit-tip ta’ ħabitat naturali mqabbla mal-erja totali koperta minn dak it-tip ta’ ħabitat naturali fit-territorju nazzjonali.

Teoretikament, għall-valutazzjoni tal-kriterju A(b) wieħed irid ikejjel is-superfiċje koperta mit-tip ta’ ħabitat fis-sit, u s-superfiċje totali tat-territorju nazzjonali li hija koperta mill-istess tip ta’ ħabitat. Minkejja li din hija ħaġa ċara, jista’ jkun diffiċli ħafna biex wieħed jieħu dan il-kejl, speċjalment il-kejl li jikkonċerna s-superfiċje nazzjonali ta’ referenza.

Dan il-kriterju għandu jiġi indikat bħala perċentwali “p”. Kemm jekk iż-żewġ miżuri jeżistu jew jistgħu jinkisbu (u għalhekk il-perċentwali ikun jista’ jiġi kkalkolat), kif ukoll jekk ir-riżultat jiġi minn stima skont l-aħjar ġudizzju (li x’aktarx li jkun il-każ), għandha ssir valutazzjoni ta’ “p” f’intervalli ta’ klassifikazzjoni permezz ta’ mudell progressiv.

A

:

100 ≥ p > 15 %

B

:

15 ≥ p > 2 %

C

:

2 ≥ p > 0 %

—   GRAD TA’ KONSERVAZZJONI: = A(c) tal-Anness III: Il-grad ta’ konservazzjoni tal-istruttura u tal-funzjonijiet tat-tip ta’ ħabitat naturali kkonċernat u possibbiltajiet ta’ restawr.

Dan il-kriterju huwa magħmul minn tliet sottokriterji:

(i)

il-grad ta’ konservazzjoni tal-istruttura,

(ii)

il-grad ta’ konservazzjoni tal-funzjonijiet,

(iii)

il-possibbiltà ta’ restawr.

Minkejja li s-sottokriterji ta’ hawn fuq jistgħu jiġu vvalutati separatament, dawn għandhom jiġu kkombinati għar-rekwiżiti tal-għażla tas-siti proposti fuq il-lista nazzjonali, peress li għandhom influwenza kumplessa u interdipendenti fuq il-proċess.

(i)   Il-grad ta’ konservazzjoni tal-istruttura

Dan is-sottokriterju għandu jkun marbut mal-manwal ta’ interpretazzjoni tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I, peress li dan il-manwal jipprovdi definizzjoni, lista ta’ speċijiet karatteristiċi u elementi rilevanti oħra.

Billi wieħed jikkompara l-istruttura ta’ tip partikolari ta’ ħabitat preżenti fis-sit mad-dejta tal-manwal ta’ interpretazzjoni (u informazzjoni xjentifika rilevanti oħra), u anke mal-istess tip ta’ ħabitat f’siti oħra, wieħed ikun jista’ jistabbilixxi sistema ta’ klassifikazzjoni kif ġej, bl-użu ta’ “l-aħjar ġudizzju espert”:

I

:

struttura eċċellenti,

II

:

struttura kkonservata tajjeb,

III

:

struttura medjament jew parzjalment degradata.

F’każijiet meta tingħata s-sottoklassi “struttura eċċellenti”, il-kriterju A(c) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “A: konservazzjoni eċċellenti”, indipendentement mill-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra.

F’każijiet meta t-tip ta’ ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni ma jkollux struttura eċċellenti, ikun għadu meħtieġ li ssir valutazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra.

(ii)   Il-grad ta’ konservazzjoni tal-funzjonijiet

Jista’ jkun diffiċli biex wieħed jiddefinixxi u jkejjel il-funzjonijiet ta’ tip partikolari ta’ ħabitat fis-sit definit u l-konservazzjoni tagħhom, u biex dan isir indipendentement minn tipi oħra ta’ ħabitat. Għal din ir-raġuni jkun utli li “il-konservazzjoni tal-funzjonijiet” tiġi pparafrażata skont il-prospetti (kapaċità u probabbiltà) tat-tip tal-ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni biex tinżamm l-istruttura tiegħu għall-ġejjieni, fuq naħa, minħabba li jista’ jkun hemm influwenzi sfavorevoli, u fuq l-oħra, minħabba l-isforz raġonevoli ta’ konservazzjoni li huwa possibbli.

I

:

prospetti eċċellenti

II

:

prospetti tajba

III

:

prospetti medji jew sfavorevoli

F’każijiet meta s-sottoklassi “I: prospetti eċċellenti” jew “II: prospetti tajbin” tiġi kkombinata mal-klassifikazzjoni “II: struttura kkonservata tajjeb” tal-ewwel sottokriterju, il-kriterju A(c) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “A: konservazzjoni eċċellenti” jew “B: konservazzjoni tajba” rispettivament, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet sottokriterju, li m’għandux jibqa’ jitqies.

F’każijiet meta s-sottoklassi “III: prospetti medji jew sfavorevoli” tiġi kkombinata mal-klassifikazzjoni “III: struttura medjament jew parzjalment degradata” tal-ewwel sottokriterju, il-kriterju A(c) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “C: konservazzjoni medja jew imnaqqsa”, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet sottokriterju li m’għandux jibqa’ jitqies.

(iii)   Il-possibbiltajiet ta’ restawr

Dan is-sottokriterju jintuża biex jiġi vvalutat safejn hu possibbli li jsir restawr għat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni.

L-ewwel ħaġa li trid tiġi vvalutata hija l-fattibbiltà tiegħu mil-lat xjentifiku: l-istat attwali ta’ għarfien jipprovdi risposta għall-mistoqsijiet “x’għandu jsir u kif għandu jsir”? Dan jimplika l-għarfien sħiħ tal-istruttura u tal-funzjonijiet tat-tip ta’ ħabitat u tal-pjanijiet ta’ immaniġġjar konkreti u l-preskrizzjonijiet meħtieġa għar-restawr tiegħu, jiġifieri, biex jiġi stabbilizzat jew miżjud il-perċentwali taż-żona koperta minn dak it-tip ta’ ħabitat, biex ikunu ristabbiliti l-istruttura u l-funzjonijiet speċifiċi li huma meħtieġa għall-manutenzjoni tiegħu fit-tul u biex jinżamm jew jiġi restawrat status favorevoli ta’ konservazzjoni għall-ispeċijiet tipiċi tiegħu.

It-tieni mistoqsija li tista’ ssir hija jekk “huwiex kosteffikaċi mil-lat ta’ konservazzjoni tan-natura?”. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-grad tat-theddida għat-tip tal-ħabitat u r-rarità tiegħu.

Is-sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tkun kif ġej, bl-użu ta’ “l-aħjar ġudizzju espert”:

I

:

restawr faċli,

II

:

restawr possibbli bi sforz medju,

III

:

restawr diffiċli jew impossibbli.

Sinteżi: applikabbli għall-klassifikazzjoni kumplessiva tat-tliet sottokriterji

A: konservazzjoni eċċellenti

=

struttura eċċellenti, indipendentement mill-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra,

=

struttura kkonservata tajjeb u prospetti eċċellenti, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet kriterju.

B: konservazzjoni tajba

=

struttura kkonservata tajjeb u prospetti tajbin, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet sottokriterju,

=

struttura kkonservata tajjeb u prospetti medji/forsi sfavorevoli u restawr faċli jew possibbli bi sforz medju,

=

struttura medjament/parzjalment degradata, prospetti eċċellenti u restawr faċli jew possibbli bi sforz medju,

=

struttura medjament/parzjalment degradata, prospetti tajbin u restawr faċli.

C: konservazzjoni medja jew imnaqqsa

=

il-kombinazzjonijiet l-oħra kollha.

—   VALUTAZZJONI GLOBALI = A(d) tal-Anness III: Valutazzjoni globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat naturali kkonċernat.

Dan il-kriterju jirreferi għall-valutazzjoni globali tal-valur tas-sit fir-rigward tal-konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat. Dan il-kriterju għandu jintuża biex il-kriterji msemmija qabel jiġu vvalutati b’mod integrat filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ importanza li jista’ jkollhom għall-ħabitat inkwistjoni. Jistgħu jiġu kkunsidrati aspetti oħra fir-rigward tal-valutazzjoni tal-elementi l-aktar rilevanti, sabiex l-influwenza pożittiva jew negattiva tagħhom fuq il-konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat tiġi vvalutata b’mod globali. L-elementi “l-aktar rilevanti” jistgħu jvarjaw bejn tip ta’ ħabitat u tip ta’ ħabitat ieħor; dawn jistgħu jinkludu l-attivitajiet tal-bniedem, kemm fis-sit kif ukoll fiż-żoni ġirien, li x’aktarx jinfluwenzaw l-istatus ta’ konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat, is-sjieda tal-art, l-istatus legali eżistenti tas-sit, ir-relazzjonijiet ekoloġiċi bejn it-tipi differenti ta’ ħabitat u ta’ speċijiet, eċċ.

“L-aħjar ġudizzju espert” jista’ jintuża biex jiġi vvalutat dan il-valur globali, u s-sistema ta’ klassifikazzjoni użata biex tindikah għandha tkun kif ġej:

A:

valur eċċellenti,

B:

valur tajjeb,

C:

valur sinifikanti.

Ta’ min jinnota li l-Formola Standard tad-Dejta tintuża għall-valutazzjonijiet tal-konservazzjoni ta’ ħabitat jew ta’ speċijiet f’sit partikolari, filwaqt li l-valutazzjoni skont l-Artikolu 17 tikkonċerna l-istatus fir-reġjun Bijoġeografiku kollu tal-Istat Membru. It-terminu “status ta’ konservazzjoni” huwa definit fl-Artikolu 1(e) u 1(i) tad-Direttiva dwar il-Ħabitat bħala terminu li jiddeskrivi l-istatus globali ta’ xi tip ta’ ħabitat jew speċi f’xi reġjun bijoġeografiku. Dan l-istatus ta’ konservazzjoni, issa qiegħed jiġi vvalutat b’mod regolari fl-ambitu tar-rapporti ta’ kull 6 snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat. Il-valutazzjoni ta’ siti skont il-kriterji tal-Anness III għad-Direttiva dwar il-Ħabitat tinkludi valutazzjoni tal-“grad ta’ konservazzjoni” tat-tip ta’ ħabitat jew speċi f’sit speċifiku.

Grafika 2

Eżempju ta’ dejta dwar tipi ta’ ħabitat preżenti fis-sit u l-valutazzjoni tas-sit għalihom (3.1)

Tipi ta’ Ħabitat tal-Anness I

Valutazzjoni tas-sit

Kodiċi

PF

NP

Is-superfiċje koperta [ha]

Għerien

Kwalità tad-dejta

A|B|C|D

A|B|C

Rappreżentattività

Superfiċje Relattiva

Konservazzjoni

Globali

7130

x

 

2 212,70

 

G

B

B

B

B

8310

 

 

0

3

P

C

C

C

C

3150

 

 

921

 

G

A

C

B

C

1110

 

 

1 700

 

P

C

A

A

B

Grafika 3

Eżempju ta’ dejta dwar speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar jew elenkati fl-Anness II għad-Direttiva dwar il-Ħabitat u l-valutazzjoni tas-sit għalihom (3.2)

Speċi

Popolazzjoni fis-sit

Valutazzjoni tas-sit

Grupp

Kodiċi

Isem

S

NP

Tip

Daqs

Unità

Kat.

Kwalità tad-dejta

A|B|C|D

A|B|C

Min.

Mass.

 

C|R|V|P

G|M|P|DD

Popolazzjoni

Konservazzjoni

Isolament

Globali

B

A038

Cygnus cygnus

 

 

w

800

1 000

I

 

M

B

B

C

B

B

A038

Cygnus cygnus

 

 

c

1 500

1 500

I

 

P

A

B

A

B

P

1903

Liparis loeselii

 

 

p

20

30

I

 

G

C

A

C

A

I

1014

Vertigo angustior

 

 

p

 

 

 

R

DD

C

B

B

B

3.2.   Speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE u speċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE u l-valutazzjoni tas-sit għalihom

(i)   Kodiċi, isem u dejta dwar il-popolazzjoni tal-ispeċijiet

Għas-siti, kif xieraq, niżżel il-Grupp, il-Kodiċi u l-Isem Xjentifiku tal-ispeċijiet kollha tal-għasafar rilevanti għall-Artikolu 4(1) u (4) tad-Direttiva 2009/147/KE, u tal-ispeċijiet kollha tal-fawna u tal-flora elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE li jeżistu fis-sit b’indikazzjoni tal-popolazzjoni tagħhom fis-sit (ara hawn taħt).

Grupp: A = Anfibji, B = Għasafar, F = Ħut, I = Invertebrati, M = Mammiferi, P = Pjanti, R = Rettili

Kodiċi: Il-kodiċi b’erba’ karattri sekwenzjali għal kull speċi jinsab fil-portal ta’ referenza.

Sensittività (S): F’dan l-ispazju, indika jekk id-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni dwar speċi partikolari tistax tkun ta’ ħsara għall-konservazzjoni tagħha, pereżempju, għaliex tkun tista’ tinġabar illegalment u d-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni li tidher fl-FSD tista’ żżid din it-theddida b’mod konkret. Jekk dan ikun il-każ, f’dan l-ispazju niżżel “iva”. Jekk speċi tiġi mmarkata bħala “sensittiva”, il-Kummissjoni ma tgħarrafx lill-pubbliku dwar il-preżenza tal-ispeċi fuq is-sit min jeddha (pereżempju, billi ttella’ din l-informazzjoni fuq xi bażi ta’ dejta jew sit tal-Internet li jkunu disponibbli għall-pubbliku). Jekk l-informazzjoni dwar il-preżenza tal-ispeċi f’xi sit partikolari tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, pereżempju bħala informazzjoni onlajn, l-immarkar tal-ispeċi bħala “sensittiva” ma jistax jitqies ġustifikat.

Mhux preżenti (NP) (fakultattiv): F’każijiet fejn speċi li s-sit ikun ġie ddisinjat għaliha inizjalment (jiġifieri, li qabel kienet preżenti fis-sit) ma tibqax eżistenti fis-sit, huwa rrakkomandat ħafna li tindika dan billi tniżżel “x” fil-kolonna “NP” (minflok ma l-informazzjoni dwar din l-ispeċi titneħħa mill-FSD). L-ispeċijiet li ma kinux preżenti fis-sit minn meta d-Direttiva daħlet fis-seħħ, kif ukoll “preżenzi rari” ma għandhomx jiġu indikati.

Jekk jogħġbok INNOTA: L-ispeċijiet jitqiesu bħala “mhux preżenti aktar” fuq is-sit meta, pereżempju, ikunu ilhom perjodu ta’ żmien twil ma jiġu osservati fis-sit. Dan il-perjodu ta’ żmien ivarja skont l-ispeċi, fejn l-assenza ta’ speċi komuni għal ftit snin x’aktarx li tindika l-għejbien ta’ dik l-ispeċi, filwaqt li jekk speċijiet rari, bħalma huma l-brijofiti u xi insetti ma jiġux osservati għal tul ta’ ħafna snin, dan ma jfissirx li l-ispeċi ma għadhiex teżisti fil-ħabitat, sakemm il-ħabitat ma jkunx inbidel.

Tip: Uża dawn il-kategoriji:

Permanenti (p)

:

l-ispeċi tinsab fis-sit is-sena kollha (speċi li ma tpassix jew pjanta, popolazzjoni residenti ta’ speċi li tpassi)

Tirriproduċi (r)

:

l-ispeċi tuża s-sit biex trabbi ż-żgħar (pereżempju, trobbija, tibjit)

Konċentrazzjoni (c)

:

l-ispeċi tuża s-sit biex tistrieħ u tiekol, jew biex tieqaf waqt il-passa jew biex toħrof lil hinn mill-post tat-tnissil, u mhux fix-xitwa

Xitwa (w)

:

l-ispeċi tuża s-sit matul ix-xitwa.

Meta popolazzjoni mhux residenti tkun preżenti fis-sit f’aktar minn staġun wieħed, l-entrati għal dawn it-“tipi ta’ popolazzjoni” għandhom isiru b’mod separat (ara l-eżempju fil-Grafika 3). Pereżempju, peress li għadd ta’ speċijiet tal-fawna huma tal-passa, partikolarment ħafna speċijiet ta’ għasafar, is-sit jista’ jkun importanti għal aspetti differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ispeċi.

F’każ li ma tistax iddaħħal id-dejta għal staġuni differenti, daħħal dejta għall-aktar staġun importanti (jew “Xitwa” jew “Konċentrazzjoni”).

Daqs: Fir-rigward tal-abbondanza, jekk disponibbli, indika d-dejta magħrufa dwar il-popolazzjoni. Jekk taf x’hinu d-daqs tal-popolazzjoni, imla ż-żewġ spazji (min. u mass.) bl-istess valur. F’każ li jkun aktar xieraq li tindika medda ta’ popolazzjoni, imla l-ispazji bil-valuri stmati għal-limitu baxx (min.) u għal-limitu għoli (mass.) ta’ din il-medda. Meta ma tkunx taf il-medda ta’ popolazzjoni imma teżisti informazzjoni dwar id-daqs minimu jew massimu tal-popolazzjoni, agħmel stima tal-valur tal-medda li ma tafx. Jekk jogħġbok innota li l-valuri “min.” u “mass.” għandhom ikunu l-medja ta’ valuri ta’ diversi snin u mhux l-aktar valuri estremi.

F’każ li lanqas stima approssimattiva tad-daqs tal-popolazzjoni ma tkun possibbli, indika t-tip tal-popolazzjoni (pereżempju, “permanenti”) u fl-ispazju “kwalità tad-dejta” indika l-valur “DD” (dejta defiċjenti). F’dan il-każ, tista’ tħalli l-ispazju għall-valuri tad-daqs tal-popolazzjoni vojt u minflok tuża l-ispazju għall-kategoriji ta’ abbondanza (komuni (C), rari (R), rari ħafna (V), jew preżenti (P)). Il-karattru tal-popolazzjoni fis-sit jista’ jkompli jiġi deskritt fl-ispazju “Kwalità u Importanza” (il-punt 4.2) fejn tista’ tindika n-natura tal-popolazzjoni (pereżempju densa, mifruxa jew iżolata). Il-kategoriji ta’ abbondanza jistgħu jintużaw flimkien mad-daqs tal-popolazzjoni.

Jekk jogħġbok innota: F’każijiet fejn għandu jiġi indikat li l-ispeċi hija meqjusa bħala kandidata għall-introduzzjoni fis-sit, fl-ispazju “Is-superfiċje koperta” niżżel “-1”.

Unità: Indika l-unità tal-valur tal-popolazzjoni fl-ispazju korrispondenti. Kemm jista’ jkun għandek tuża l-unitajiet “individwali” (= i) jew “pari” (= p), inkella, jekk jogħġbok uża l-aktar unitajiet preċiżi disponibbli skont il-lista standardizzata ta’ kodiċi u unitajiet ta’ popolazzjoni skont ir-rappurtar previst fl-Artikoli 12 u 17 (ara l-portal ta’ referenza).

Kategorija ta’ abbundanza (Kat.): ara l-ispjegazzjoni ta’ hawn fuq, taħt “daqs” — C = komuni, R = rari, V = rari ħafna, P = preżenti – din it-taqsima trid timtela f’każ li l-kwalità tad-dejta tkun defiċjenti (DD) u ma tingħata ebda stima għad-daqs tal-popolazzjoni jew biex tikkumplimenta stimi kwantitattivi għad-daqs tal-popolazzjoni.

Kwalità tad-dejta: Indika l-kwalità tad-dejta billi tuża dan il-kodiċi: G = “Tajba” (pereżempju, abbażi ta’ stħarriġ); M = “Moderata” (pereżempju, e.g. abbażi ta’ dejta parzjali, bi ftit estrapolazzjoni); P = “Ħażina” (pereżempju, stima approssimattiva) DD = “Dejta Defiċjenti” (dan il-kodiċi għandu jintuża f’każ li lanqas stima approssimattiva tad-daqs tal-popolazzjoni ma tkun tista’ ssir).

(ii)   Kriterji ta’ valutazzjoni tas-sit għal speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE (skont it-Taqsima B tal-Anness III)

—   POPOLAZZJONI: = B(a) tal-Anness III: Id-daqs u d-densità tal-popolazzjoni tal-ispeċijiet preżenti fis-sit imqabbla mal-popolazzjonijiet preżenti fit-territorju nazzjonali.

Dan il-kriterju jintuża għall-valutazzjoni tad-daqs jew densità relattiv/a tal-popolazzjoni fis-sit kif imqabbla mad-daqs jew densità tal-popolazzjoni nazzjonali.

Ġeneralment, il-valutazzjoni ta’ dan l-aħħar aspett hija pjuttost diffiċli. L-aħjar kejl jista’ jsir f’forma ta’ perċentwali, li jirriżulta mill-proporzjon tal-popolazzjoni fis-sit mal-popolazzjoni fit-territorju nazzjonali. Kif propost għall-kriterju A(b) għandha tintuża stima jew klassifikazzjoni f’intervalli skont dan il-mudell progressiv:

A

:

100 % ≥ p > 15 %,

B

:

15 % ≥ p > 2 %,

C

:

2 % ≥ p > 0 %.

Barra minn hekk, il-każijiet kollha meta tip ta’ speċi kkonċernat ikun preżenti fis-sit inkwistjoni b’mod mhux sinifikanti għandhom ikunu indikati fir-raba’ kategorija:

D:

popolazzjoni mhux sinifikanti.

Meta speċi rarament tiġi osservata fis-sit, pereżempju jekk tkun biss xewwiela, din ma titqiesx bħala popolazzjoni sinifikanti u għandha tiġi rreġistrata bħala “D”.

F’każijiet meta r-rappreżentattività tas-sit għall-popolazzjoni kkonċernata tiġi kklassifikata bħala “D: mhux sinifikanti”, l-ebda indikazzjoni oħra mhi meħtieġa għall-kriterji l-oħra ta’ valutazzjoni li jikkonċernaw dan it-tip ta’ ħabitat fis-sit inkwistjoni. F’dawn il-każijiet il-kriterji “Konservazzjoni”, “Iżolament” u “Valutazzjoni Globali” m’għandhomx ikunu mmarkati.

—   GRAD TA’ KONSERVAZZJONI: = B(b) tal-Annex III: Grad ta’ konservazzjoni tal-karatteristiċi tal-ħabitat li huma importanti għall-ispeċijiet ikkonċernati u l-possibbiltajiet għar-restawr.

Dan il-kriterju huwa magħmul minn żewġ sottokriterji:

(i)

il-grad ta’ konservazzjoni tal-karatteristiċi tal-ħabitat li huma importanti għall-ispeċi;

(ii)

il-possibbiltajiet ta’ restawr.

(i)   Il-grad ta’ konservazzjoni tal-karatteristiċi tal-ħabitat li huma importanti għall-ispeċi

Il-kriterju (i) jeħtieġ valutazzjoni globali tal-karatteristiċi tal-ħabitat fir-rigward tar-rekwiżiti bijoloġiċi ta’ speċi partikolari. Il-karatterisitiċi relatati mad-dinamika tal-popolazzjoni huma fost l-aktar xierqa, kemm għall-ispeċijiet annimali kif ukoll għal dawk tal-pjanti. L-istruttura tal-ħabitat u xi karatterisitiċi abijotiċi għandhom jiġu vvalutati.

Biex jiġi kklassifikat dan il-kriterju għandu jintuża l-“aħjar ġudizzju espert”:

I.

elementi f’kundizzjoni eċċellenti,

II.

elementi kkonservati tajjeb,

III.

elementi f’kundizzjoni medjament jew parzjalment degradata,

F’każijiet meta tingħata s-sottoklassi “I: elementi f’kundizzjoni eċċellenti” jew “II: elementi kkonservati tajjeb”, il-kriterju B(b) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “A: konservazzjoni eċċellenti” jew “B: konservazzjoni tajba” rispettivament u indipendentement mill-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra.

(ii)   Il-possibbiltajiet ta’ restawr

Għal dan is-sottokriterju, li għandu jitqies biss meta l-elementi jkunu f’kundizzjoni medjament jew parzjalment degradata, għandu jintuża approċċ analogu għal dak tal-kriterju A(c) (iii), u ssir ukoll valutazzjoni tal-vijabbilità tal-popolazzjoni inkwistjoni. Dan għandu jwassal għal din is-sistema ta’ klassifikazzjoni:

I

:

restawr faċli,

II

:

restawr possibbli bi sforz medju,

III

:

restawr diffiċli jew impossibbli.

Sinteżi applikabbli għall-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji

A.: konservazzjoni eċċellenti

=

elementi f’kundizzjoni eċċellenti, indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-possibbiltà ta’ restawr,

B: konservazzjoni tajba

=

elementi kkonservati tajjeb, indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-possibbilità ta’ restawr,

=

elementi f’kundizzjoni medjament jew parzjalment degradata u faċli li jiġu rrestawrati,

C: konservazzjoni medja jew imnaqqsa

=

il-kombinazzjonijiet l-oħra kollha.

—   IŻOLAMENT: = B(c) tal-Anness III: Il-grad ta’ iżolament tal-popolazzjoni preżenti fis-sit fir-rigward tad-disseminazzjoni naturali tal-ispeċi.

Dan il-kriterju jista’ jiġi interpretat bħala miżura approssimattiva tal-kontribut ta’ popolazzjoni partikolari, fuq naħa għad-diversità ġenetika tal-ispeċi u fuq l-oħra għall-fraġilità ta’ dik il-popolazzjoni speċifika. Bl-użu ta’ approċċ sempliċistiku wieħed jista’ jgħid li aktar ma popolazzjoni tkun iżolata (fir-rigward tad-disseminazzjoni naturali tagħha), akbar ikun il-kontribut tagħha għad-diversità ġenetika tal-ispeċi. Konsegwentement it-terminu “iżolament” għandu jitqies f’kuntest usa’, u japplika kemm għal speċijiet strettament endemiċi, għal sottospeċijiet/varjetajiet/razez kif ukoll għal sottopopolazzjonijiet ta’ metapopolazzjoni. F’dan il-kuntest għandha tintuża din il-klassifikazzjoni:

A:

popolazzjoni (kważi) iżolata,

B:

popolazzjoni mhux iżolata, imma fil-marġini tad-disseminazzjoni,

C:

popolazzjoni mhux iżolata fid-disseminazzjoni estiża.

—   GLOBALI = B(d) tal-Anness III: Valutazzjoni globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati.

Dan il-kriterju jirreferi għall-valutazzjoni globali tal-valur tas-sit fir-rigward tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati. Il-kriterju jista’ jintuża biex jirrikapitula l-kriterji ta’ qabel kif ukoll għall-valutazzjoni ta’ karatterisitiċi oħra tas-sit meqjusa bħala rilevanti għal speċi partikolari. Dawn il-karatterisitiċi jistgħu jvarjaw bejn speċi u oħra u jistgħu jinkludu attivitajiet tal-bniedem fis-sit jew fiż-żoni fil-qrib li jistgħu jinfluwenzaw l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċi, l-immaniġġjar tal-art, il-protezzjoni statutorja tas-sit, ir-relazzjonijiet ekoloġiċi bejn it-tipi differenti ta’ ħabitat u l-ispeċijiet, eċċ.

Għal din il-valutazzjoni globali jista’ jintuża “l-aħjar ġudizzju espert”, bl-użu ta’ din is-sistema ta’ klassifikazzjoni:

A:

valur eċċellenti,

B:

valur tajjeb,

C:

valur sinifikanti.

Ta’ min jinnota li l-Formola Standard tad-Dejta tintuża għall-valutazzjonijiet tal-konservazzjoni ta’ ħabitat jew ta’ speċijiet f’sit partikolari, filwaqt li l-valutazzjoni skont l-Artikolu 17 tikkonċerna l-istatus fir-reġjun Bijoġeografiku kollu tal-Istat Membru. It-terminu “status ta’ konservazzjoni” huwa definit fl-Artikolu 1(e) u 1(i) tad-Direttiva dwar il-Ħabitat bħala terminu li jiddeskrivi l-istatus globali ta’ xi tip ta’ ħabitat jew speċi f’xi reġjun bijoġeografiku. Dan l-istatus ta’ konservazzjoni, issa qiegħed jiġi vvalutat b’mod regolari fl-ambitu tar-rapporti ta’ kull 6 snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat. Il-valutazzjoni ta’ siti skont il-kriterji tal-Anness III għad-Direttiva dwar il-Ħabitat tinkludi valutazzjoni tal-“grad ta’ konservazzjoni” tat-tip ta’ ħabitat jew speċi f’sit speċifiku.

3.3.   Speċijiet importanti oħra ta’ flora u fawna (fakultattiv)

L-ispeċijiet importanti l-oħra tal-flora u l-fawna kollha jistgħu jitniżżlu sussegwentement, fejn ikunu rilevanti għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar tas-sit, skont il-proċedura li ġejja:

Grupp: Indika l-kodiċi tal-grupp tal-ispeċi speċifiku (A = Anfibji, B = Għasafar, F = Ħut, Fu = Fungi, I = Invertebrati, L = Likeni, M = Mammiferi, P = Pjanti, R = Rettili);

Isem u kodiċi: Agħti l-isem xjentifiku tal-ispeċi; għall-ispeċijiet ta’ għasafar tal-Annessi IV u V, għandu jintuża l-kodiċi kif previst fil-portal ta’ referenza flimkien mal-isem xjentifiku;

Sensittività (S): F’dan l-ispazju, indika jekk id-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni dwar speċi partikolari tistax tkun ta’ ħsara għall-konservazzjoni tagħha, pereżempju, għaliex tkun tista’ tinġabar illegalment u d-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni li tidher fl-FSD tista’ żżid din it-theddida b’mod konkret. Jekk dan ikun il-każ, f’dan l-ispazju niżżel “iva”. Jekk speċi tiġi mmarkata bħala “sensittiva”, il-Kummissjoni ma tgħarrafx lill-pubbliku dwar il-preżenza tal-ispeċi fuq is-sit min jeddha (pereżempju, billi ttella’ din l-informazzjoni fuq xi bażi ta’ dejta jew sit tal-Internet li jkunu disponibbli għall-pubbliku). Jekk l-informazzjoni dwar il-preżenza tal-ispeċi f’xi sit partikolari tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, pereżempju f’pubblikazzjonijiet jew bħala informazzjoni onlajn, l-immarkar tal-ispeċi bħala “sensittiva” ma jistax jitqies ġustifikat.

Mhux preżenti (NP) (fakultattiv): F’każijiet fejn speċi li qabel kienet preżenti fis-sit ma tibqax preżenti aktar, dan għandu jiġi indikat billi titniżżel “x” fil-kolonna “NP” (minflok ma l-informazzjoni dwar din l-ispeċi titneħħa mill-FSD).

Jekk jogħġbok INNOTA: L-ispeċijiet jitqiesu bħala “mhux preżenti aktar” fuq is-sit meta, pereżempju, ikunu ilhom perjodu ta’ żmien twil ma jiġu osservati fis-sit. Dan il-perjodu ta’ żmien ivarja skont l-ispeċi, fejn l-assenza ta’ speċi komuni għal ftit snin x’aktarx li tindika l-għejbien ta’ dik l-ispeċi, filwaqt li jekk speċijiet rari, bħalma huma l-brijofiti u xi insetti ma jiġux osservati għal tul ta’ ħafna snin, dan ma jfissirx li l-ispeċi ma għadhiex teżisti fil-ħabitat, sakemm il-ħabitat ma jkunx inbidel.

Daqs: Agħti informazzjoni dwar id-daqs tal-popolazzjoni. Meta ma tkunx magħrufa l-kwantità preċiża, jekk jista’ jkun indika medda ta’ popolazzjoni billi timla l-ispazji bil-valuri stmati għal-limitu baxx (min.) u għal-limitu għoli (mass.) ta’ din il-medda. Meta ma tkunx taf il-medda ta’ popolazzjoni imma teżisti informazzjoni dwar id-daqs minimu jew massimu tal-popolazzjoni, agħmel stima tal-valur tal-medda li ma tafx. Indika l-unità tal-valur tal-popolazzjoni fl-ispazju korrispondenti. Kemm jista’ jkun għandek tuża l-unitajiet “pari” (= p) jew “individwali” (= i), inkella, jekk jogħġbok segwi l-lista standardizzata ta’ kodiċi u unitajiet ta’ popolazzjoni skont ir-rappurtar previst fl-Artikolu 17 (ara l-portal ta’ referenza). Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jintużaw unitajiet differenti minn dawk użati skont ir-rappurtar previst fl-Artikolu 17.

Kategorija: Meta ma jkunx hemm dejta kwantitattiva, indika jekk l-ispeċi hix komuni (C), rari (R), jew rari ħafna (V). F’każ li ma jkun hemm ebda dejta dwar il-popolazzjoni, indika l-ispeċi bħala preżenti (P) (ara l-eżempju li jidher fil-Grafika 4)

Jekk jogħġbok indika l-motivazzjoni għall-elenkar ta’ kull speċi permezz ta’ dawn il-kategoriji:

IV Speċijiet tal-Anness IV (id-Direttiva dwar il-Ħabitat)

V Speċijiet tal-Anness V (id-Direttiva dwar il-Ħabitat)

A.Speċijiet elenkati fil-Lista l-Ħamra Nazzjonali

B. Speċijiet endemiċi

C. Konvenzjonijiet Internazzjonali (inkluż dawk ta’ Berna, ta’ Bonn u dwar il-Bijodiversità),

D. Raġunijiet oħra

Jistgħu jsiru entrati multipli ta’ kategoriji. Aktar dettalji dwar il-motivazzjonijiet għall-elenkar ta’ speċijiet individwali, speċjalment fir-rigward ta’ “D”, jistgħu jingħataw fit-Taqsima 4.2 li huwa spazju li jista’ jimtela b’test liberu għad-deskrizzjoni tal-kwalità u l-importanza tas-sit.

Għall-ispeċijiet ta’ għasafar tal-Annessi IV u V, għandhom jintużaw il-kodiċijiet tal-isem tal-ispeċijiet (ara l-portal ta’ referenza). Għal dawn l-ispeċijiet ma ssir ebda valutazzjoni tas-sit.

Grafika 4

Eżempju ta’ dejta dwar speċijiet oħra (3.3)

Speċi

Popolazzjoni fis-sit

Motivazzjoni

Grupp

Kodiċi

Isem

S

NP

Daqs

Unità

Kat.

L-Anness tal-ispeċi

Kategoriji Oħra

Min.

Mass.

 

C|R|V|P

IV

V

A

B

C

D

P

 

Acer heldreichii

 

 

51

100

I

 

 

 

 

x

 

 

P

 

Accipter nisus

 

 

2

4

I

 

 

 

 

 

 

x

M

 

Eptesicus serotinus

 

 

150

200

I

 

x

 

x

 

 

 

I

 

Ectemnius massiliensis

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

x

R

 

Elaphe longissima

 

 

 

 

 

C

x

 

 

 

x

 

P

 

Campanula morettiana

 

 

 

 

 

C

x

 

x

 

 

 

4.   DESKRIZZJONI TAS-SIT

4.1.   Karattru ġenerali tas-sit

Din it-taqsima għandha tagħti “stampa” kumplessiva tas-sit. Agħti sinteżi tal-karatteristiċi ġenerali tas-sit fejn tibda billi tindika d-diviżjoni tas-sit fi klassijiet wiesa’ tal-ħabitat bl-użu tal-aktar ġudizzju espert biex tagħmel stima tal-perċentwali ta’ superfiċje koperta (dawn il-klassijiet tal-ħabitat huma elenkati flimkien mal-kodiċi tagħhom fil-portal ta’ referenza). Il-kopertura totali tal-klassijiet tal-ħabitat għandha tkun ta’ 100 % u tikkorrispondi għall-erja tas-superfiċje totali tas-sit. X’aktarx li l-informazzjoni li tidher f’din it-Taqsima ma tkunx taqbel dejjem mal-informazzjoni li tingħata fit-Taqsima 3.1 (tipi ta’ ħabitat tal-Anness I) minħabba li l-użu ta’ sorsi differenti ta’ dejta.

“Karatteristiċi oħra tas-sit”: Il-karatteristiċi ġeoloġiċi, ġeomorfoloġiċi u tal-pajsaġġ ta’ importanza ewlenin għandhom jiġu deskritti b’test liberu fl-ispazju tat-Taqsima 4.1. Jekk rilevanti, indika t-tipi dominanti ta’ veġetazzjoni. Semmi wkoll ħabitat ieħor li mhux tal-Anness I jew speċijiet li mhumiex fl-ambitu tal-Anness li huma importanti għall-konservazzjoni tas-sit. Meta rendikont aktar dettaljat tal-informazzjoni dwar il-klassijiet tal-ħabitat ikun importanti għall-konservazzjoni tas-sit (eż. għad-dehesas jew għad-dwieli), dan għandu jitniżżel f’din it-taqsima b’test liberu. Informazzjoni dwar żoni msaġġra lineari u f’forma ta’ mużajk (pereżempju, arbuxxelli, buskeġġ, linji ta’ siġar) għandha tingħata wkoll f’dan it-test ġenerali.

4.2.   Kwalità u importanza:

Niżżel l-indikazzjoni kumplessiva tal-kwalità u tal-importanza tas-sit, fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tad-direttivi.

Għal meded ta’ art mgħaddra ta’ importanza internazzjonali li normalment ikun fihom aktar minn 20 000 tajra tal-ilma, dan il-fatt għandu jiġi indikat hawnhekk.

Meta speċi tkun elenkata fit-Taqsima 3.3 b’motivazzjoni “D”, spjega l-bażi għall-inklużjoni tagħha.

4.3.   Theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet li jħallu impatt fuq is-sit

L-impatti huma relatati mal-attivitajiet tal-bniedem u l-proċessi naturali kollha li jistgħu jħallu influwenza, pożittiva jew negattiva, fuq il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tas-sit. Wieħed jirrikonoxxi li l-impatt jista’ jkun negattiv għal xi ħabitat jew speċi li tkun preżenti fis-sit, filwaqt li jkun pożittiv għal ħabitat jew speċi oħra. Madankollu, l-għan ta’ din it-taqsima hu li fiha tinġabar informazzjoni dwar l-aktar theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet importanti għas-sit inġenerali, aktar milli biex isir rapport dwar kull aspett. Jekk jogħġbok, ikkunsidra wkoll it-theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet li jseħħu fl-inħawi ta’ madwar is-sit, jekk dawn jaffettwaw l-integrità tas-sit. Jiddependi minn fatturi oħra jekk dan ikunx il-każ, fosthom, mit-topografija lokali, mid-daqs u n-natura tas-sit u mit-tip ta’ attivitajiet tal-bniedem. L-informazzjoni għandha tirrifletti l-aktar sitwazzjoni reċenti. Wieħed jistenna li t-theddid, il-pressjoni u l-attivitajiet li jħallu impatt negattiv jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar. Għaldaqstant, wieħed għandu jara u jqis l-informazzjoni dwar dawn l-impatti fid-dawl ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar tas-sit.

Fil-portal ta’ referenza, wieħed isib il-Lista ta’ Referenza valida għal Theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet. Indika l-kodiċi ta’ kategorija xieraq tal-livell 3, b’kunsiderazzjoni għall-aktar theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet rilevanti; f’każ li l-kategoriji tal-livell 3 ma jkunux applikabbli, tista’ tuża l-livell 2. Il-lista ta’ kodiċijiet hija l-istess waħda li tintuża għar-rappurtar tal-impatti u attivitajiet skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat.

L-importanza relattiva ta’ theddida, pressjoni jew attività għandha tiġi kklassifikata fi tliet kategoriji:

H:

Impatt/importanza kbir(a)

influwenza diretta jew immedjata u/jew li taffettwa żoni kbar

M:

Impatt/importanza medju/medja

influwenza diretta jew immedjata medja, influwenza fil-biċċa l-kbira indiretta u/jew li taffettwa parti moderata taż-żona jew taffettwa r-reġjun biss

L:

Impatt/importanza żgħir(a)

influwenza diretta jew immedjata żgħira, influwenza indiretta u/jew li taffettwa parti żgħira taż-żona jew taffettwa lokalment biss

L-entrati ta’ dejta għall-ogħla klassifikazzjoni huma limitati għal 5 impatti negattivi u 5 impatti pożittivi. Il-minimu obbligatorju ta’ entrati ta’ dejta huwa ta’ impatt wieħed għal kull tabella. Jekk ma jkunx hemm impatti x’jiġu rreġistrati, indika “x”. Fil-kategoriji (H jew M jew L) ma hemmx klassifikazzjonijiet. Jistgħu jitniżżlu sa limitu ta’ 20 entrata ta’ dejta għal impatti u attivitajiet ta’ importanza medja jew żgħira. Madankollu, huwa rrakkomandat li tiffoka fuq l-aktar impatti u attivitajiet li huma importanti għas-sit.

Speċifikatur għat-tniġġis (fakultattiv)

Peress li t-tniġġis jista’ jħalli effetti pjuttost differenti li jiddependu mis-sustanzi involuti u li jistgħu jkunu ġejjin minn sorsi differenti, bħall-każ tal-introduzzjoni tan-nitroġenu u l-fosfat fl-ekosistemi akkwatiċi jew l-introduzzjoni ta’ nitroġenu atmosferiku f’ħabitat oligotrofiku terrestri, jista’ jiġi applikat speċifikatur addizzjonali għat-tip speċifiku tas-sustanza inkwinanti.

Jistgħu jintużaw dawn is-speċifikaturi:

N

:

Introduzzjoni ta’ nitroġenu

P

:

Introduzzjoni ta’ Fosforu/Fosfat

A

:

Introduzzjoni ta’ aċidu/aċidifikazzjoni

T

:

kimiċi inorganiċi tossiċi

O

:

kimiċi organiċi tossiċi

X

:

Taħlita ta’ inkwinanti

Speċifikatur ġewwa/barra

Indika jekk it-theddida, il-pressjoni jew l-attività isseħx/taġixxix ġewwa jew barra s-sit, inkella ġewwa u barra wkoll.

4.4.   Proprjetà (fakultattiv)

Agħti deskrizzjoni ġenerali tal-proprjetà tas-sit billi tagħżel mill-klassijiet indikati hawn taħt. Inkludi stima tal-proporzjon tal-erja tas-sit f’kull klassi ta’ proprjetà. Uża l-klassijiet tal-proprjetà li huma anologi ma dawk li jintużaw fil-Bażi ta’ Dejta Dinjija dwar iż-Żoni Protetti (World Database on Protected Areas).

Pubblika:

Nazzjonali/Federali: L-art hija proprjetà taċ-ċittadini kollha u hija f’idejn il-gvern nazzjonali/federali

Tal-Istat/Provinċja: L-art hija proprjetà taċ-ċittadini kollha u hija f’idejn il-gvern tal-istat/provinċja

Lokali/Muniċipali: L-art hija proprjetà taċ-ċittadini kollha u hija f’idejn il-gvern lokali/muniċipali

Proprjetà Konġunta jew Kompropjretà: Proprjetà konġunta/kompropjretà bejn żewġ entitajiet jew aktar (pereżempju, entità pubblika u entità privata)

Privata: L-art mhijiex proprjetà pubblika, pereżempju, ta’ NGOs, ta’ entitajiet individwali, ta’ korporazzjonijiet

4.5.   Dokumentazzjoni (fakultattiv)

Jekk disponibbli, għal kull sit issir referenza għall-pubblikazzjonijiet rilevanti u/jew dejta xjentifika dwar is-sit. It-tniżżil ta’ informazzjoni għandu jsir skont il-konvenzjoni standard għar-referenzi xjentifiċi. Dokumenti jew komunikazzjonijiet mhux ippubblikati, li jirreferu għall-informazzjoni mogħtija fil-forma reġistrata, għandhom jiġu inklużi kull fejn ikun utli. Għal ħoloq ma’ riżorsi onlajn, ħu ħsieb li, inġenerali, il-URLs jinbidlu spiss, u għalhekk għandek tevita li tindika URLs li mhumiex stabbli. Dan l-ispazju jista’ jintuża wkoll għal informazzjoni oħra li tkun importanti għad-dokumentazzjoni tas-sit.

5.   STATUS TAL-PROTEZZJONI TAS-SIT (FAKULTATTIV)

5.1.   Status ta’ protezzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali

Għal kull Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent iżżomm lista sekwenzjali tat-tipi rilevanti ta’ desinjazzjoni tal-konservazzjoni tan-natura li għandhom il-protezzjoni statutorja bid-definizzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali/reġjonali; din il-lista tinsab fil-portal ta’ referenza. Tliet listi ta’ tipi ta’ protezzjoni jkopru dawn it-tliet kategoriji:

A.

Tipi ta’ desinjazzjoni, li jintużaw sabiex jiġu protetti l-fawna, il-flora, il-ħabitat u l-pajsaġġi (dawn tal-aħħar, sakemm ikunu rilevanti għall-protezzjoni tal-fawna, flora u ħabitat);

B.

Statuti skont atti leġiżlattivi u amministrattivi settorjali, partikolarment tal-forestrija, li jipprovdu protezzjoni adegwata rilevanti għall-konservazzjoni tal-fawna, flora u ħabitat;

C.

Statut privat li jipprovdi protezzjoni durevli għall-fawna, flora jew ħabitat.

It-tipi ta’ protezzjoni jiġu kklassifikati skont il-qawwa tal-protezzjoni; fejn l-ewwel jiġu l-istatuti bl-aktar protezzjoni qawwija.

Meta ma jkunx hemm status ta’ protezzjoni għas-sit, huwa importanti li dan jiġi indikat permezz tal-kodiċi nazzjonali li jikkorrispondi għall-istatus ta’ “mingħajr protezzjoni”

Għal kull sit, għandhom jiġu indikati l-kodiċijiet tat-tipi ta’ desinjazzjoni xierqa, flimkien mal-% tas-superfiċje koperta ġewwa s-sit għal kull tip ta’ desinjazzjoni. L-informazzjoni maħżuna f’din it-taqsima hija fuq il-livell tat-tipi differenti ta’ desinjazzjoni. Pereżempju, jekk diversi riżervi naturali tal-istess tip huma inklużi fis-sit reġistrat, għandu jiġi indikat il-perċentwali tal-erja totali koperta minn dawn ir-riżervi.

Ir-relazzjoni bejn żoni desinjati individwalment u s-sit tiġi rreġistrata separatament (ara t-Taqsima 5.2).

5.2.   Ir-relazzjoni bejn is-sit deskritt u siti oħra (siti ġirien u siti li jappartjenu għal tipi differenti ta’ desinjazzjoni)

Din il-parti tal-formola ta’ reġistrazzjoni tippermetti l-indikazzjoni ta’ siti ġirien jew siti li jappartjenu għal tipi differenti ta’ desinjazzjoni li jissovvraponu jew li huma ġirien. L-interrelazzjoni bejn it-tipi differenti tiġi stabbilita wkoll billi ssir referenza bejniethom. Ir-relazzjonijiet kollha possibbli jiġu kkodifikati permezz ta’ waħda minn:

is-siti jikkoinċidu (uża l-kodiċi =),

is-sit deskritt jinkludi sit ieħor kompletament (uża l-kodiċi +),

is-sit l-ieħor jinkludi s-sit deskritt kompletament (uża l-kodiċi –),

Iż-żewġ siti jissovvraponu parzjalment (uża l-kodiċi *).

Barra li jiġu indikati dawn il-kodiċijiet, għandu jiġi indikat ukoll il-perċentwali tas-sit deskritt li jissovvraponi s-sit l-ieħor.

Is-siti ġirien jiġu indikati permezz ta’ “/”.

Barra minn hekk, fil-formola jistgħu jiġu indikati tipi ta’ desinjazzjoni fil-livell internazzjonali: Sit Ramsar, Riżerva bijoġenetika, Żona Ewrodiploma, sit Konvenzjoni ta’ Barċellona, Riżervi Bijosfera, sit ta’ Wirt Dinji, sit OSPAR, sit HELCOM, sit Konvenzjoni ta’ Bukarest, Żona Marina Protetta u oħrajn.

Jekk jogħġbok indika d-desinjazzjonijiet nazzjonali bl-isem tas-sit flimkien mat-tip ta’ relazzjoni (ara hawn fuq) u l-% ta’ sovvraponiment b’referenza għas-sit deskritt.

5.3.   Desinjazzjoni tas-sit

Indika, permezz ta’ test liberu, kwalunkwe aspett tad-desinjazzjoni tas-sit li mhux kopert adegwatament bil-kodiċijiet użati fl-ispazji għall-kodiċi ta’ desinjazzjoni tas-sit tat-Taqsima 5.1 jew 5.2.

6.   IMMANIĠĠJAR TAS-SIT

6.1.   Korp responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit

Agħti informazzjoni dwar il-korp(i) responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit.

Indika r-referenza sħiħa inkluż l-isem, l-indirizz u t-telefon/faks, l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità u/jew l-individwu responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit.

Tista’ tiġi indikata referenza sħiħa għal aktar minn korp wieħed.

6.2.   Pjan ta’ mmaniġġjar

Indika jekk jeżistix pjan speċifiku attwali għall-immaniġġjar tas-sit jew jekk hux qiegħed jiġi mħejji xi wieħed. Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi li l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar mhumiex rekwiżiti skont id-Direttiva, din l-informazzjoni hija importanti ħafna biex wieħed jifhem l-istrumenti li l-Istati Membri jużaw għall-immaniġġjar tan-netwerk tagħhom u biex jikseb aktar informazzjoni speċifika f’każ li din tkun meħtieġa.

F’każ li jeżisti pjan ta’ mmaniġġjar attwali, jekk jogħġbok indika l-isem tiegħu u indika ħolqa għal riżorsi onlajn rilevanti (pereżempju, ħolqa għas-sit tal-Internet ta’ xi sistema ta’ informazzjoni nazzjonali). Ħu ħsieb li, inġenerali, il-URLs jinbidlu spiss, u għalhekk għandek tevita li tindika URLs li mhumiex stabbli.

6.3.   Miżuri ta’ konservazzjoni (fakultattiv)

L-informazzjoni dwar miżuri ta’ konservazzjoni li jittieħdu jew li huma neċessarji għas-sit jistgħu jiġu indikati fl-ispazju permezz ta’ test liberu.

7.   MAPPA TAS-SIT

Waħda mill-prekondizzjonijiet għal din il-verżjoni riveduta tal-Formola Standard tad-Dejta hija d-disponibbiltà ta’ konfini diġitali tas-siti ġeoreferenzjati. L-informazzjoni rilevanti, pereżempju għal fini ta’ statistika, tittieħed minn kombinazzjoni ta’ dejta spazjali diġitali oħra (dejta GIS). Għalhekk, huwa kruċjali li l-informazzjoni dwar il-konfini diġitali tas-siti ġeoreferenzjati tingħata.

Il-konfini tas-siti għandhom jittieħdu minn mapep topografiċi ppubblikati jew minn dejtasets bi skala ta’ 50 000 jew bi skala aktar fina. Il-preċiżjoni kartografika spazjali ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 1.0 mm bi skala ta’ 1:50 000 li hija ekwivalenti għal 50 m fuq l-art meta mqabbel mal-oriġinal. Id-dejta GIS għandha tinkludi metadejta skont l-aħħar verżjoni approvata tar-Regolament dwar tal-INSPIRE il-Metadejta.

L-ID INSPIRE: Dan l-ID huwa identifikatur uniku estern ta’ oġġett għas-sit protett, li jiġi ppubblikat mill-korp responsabbli. Dan l-identifikatur jintuża minn applikazzjonijiet esterni biex issir referenza għall-oġġett spazjali. L-ID INSPIRE isir obbligatorju hekk kif ir-regolament ta’ implimentazzjoni tal-INSPIRE jidħol fis-seħħ.

PDF: Minbarra l-konfini elettroniċi, l-Istat Membri jistgħu jipprovdu wkoll mappa elettronika skont l-ISO 19005-1: Document Management - Electronic document file format for long term preservation. L-identifikatur tas-siti (il-kodiċi tas-sit) u d-data li fiha saret il-mappa għandhom jiġu indikati fil-PDF, btali mod li d-dokument ikun jista’ jinstab elettronikament billi wieħed juża l-kodiċi tas-sit jew id-data li fiha saret il-mappa (fakultattiv)

Referenza/Referenzi (fakultattiv) hawnhekk, indika r-referenzi nazzjonali għall-mappa oriġinali li ntużat għad-diġitizzazzjoni tal-konfini elettroniċi. Ir-referenza tista’ tkun, pereżempju, in-numru/numri ta’ identifikazzjoni u l-isem/ismijiet tal-mappa/mapep topografika/topografiċi.


(1)  Bl-eċċezzjoni ta’ korrezzjonijiet żgħar fis-sit tal-Internet, bħal kliem spellut ħażin u aġġustamenti skont l-aktar standards tekniċi reċenti.

(2)  Eċċezzjoni: UK tintuża minflok GB, biex jinżamm il-kodiċi eżistenti għall-identifikazzjoni tas-siti.

(3)  Il-biċċa l-kbira tas-softwer GIS jipprovdi funzjoni li tikkalkula l-koordinat taċ-ċentru tal-akbar element tas-sit b’mod awtomatiku.

(4)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

Appendiċi

Werrej tal-portal ta’ referenza Natura 2000

1.

It-titlu: Kodiċi ISO 3166 tal-pajjiż:

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO)

Spazju fl-FSD: 1.2

2.

It-titlu: Lista ta’ SIK skont ir-Reġjun Bijoġeografiku

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 1.7

3.

It-titlu: Sunt tad-definizzjoni ta’ konfini marini użati mill-Istati Membri

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD:: 2.3

4.

It-titlu: Reġjun NUTS, livell 2

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Eurostat

Spazju fl-FSD: 2.5

5.

It-titlu: Reġjuni Bijoġeografiċi fl-Ewropa

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 2.6

6.

It-titlu: Lista ta’ kodiċijiet ta ħabitat tal-Anness I skont id-Direttiva 92/43/KEE

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 3.1

7.

It-titlu: Kodiċijiet rilevanti tal-gruppi tal-ispeċijiet, il-kwalità tad-dejta, il-kategoriji ta’ abbondanza, il-kategorija ta’ motivazzjoni

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD: 3.2, 3.3

8.

It-titlu: Lista ta’ kodiċijiet tal-ispeċijiet tal-għasafar skont id-Direttiva 2009/147/KE

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 3.2, 3.3

9.

It-titlu: Lista ta’ kodiċijiet tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE (Annessi II, IV, V)

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD: 3.2, 3.3

10.

It-titlu: Lista ta’ kodiċi u unitajiet ta’ popolazzjoni (skont l-Artikoli 17)

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD: 3.2, 3.3

11.

It-titlu: Klassijiet ta’ ħabitat fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tas-sit

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 4.1

12.

It-titlu: Lista ta’ Referenza għal Theddidiet, Pressjonijiet u Attivitajiet (skont l-Artikolu 17)

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 4.3

13.

It-titlu: Lista ta’ tipi rilevanti ta’ desinjazzjoni tal-konservazzjoni tan-natura li għandhom protezzjoni statutorja

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (EEA)

Spazju fl-FSD: 5.1

14.

It-titlu: ID INSPIRE

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Istati Membri skont ir-regolament ta’ implimentazzjoni tal-INSPIRE

Spazju fl-FSD: 7

15.

It-titlu: Linji gwida tekniċi u amministrattivi dwar il-preżentazzjoni ta’ dejta tan-NATURA 2000 lill-Kummissjoni

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)


(*)  Il-ġestjoni tal-portal ta’ referenza hija r-responsabbiltà tad-DĠ Ambjent u tal-Kumitat dwar il-Ħabitat.