15.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Lulju 2011

li tikkorreġi d-Direttiva 2010/19/UE li temenda, għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emenda tal-Annessi tad-Direttiva 2007/46/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/415/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi (Direttiva Qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Kien hemm żball fl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/19/UE tad-9 ta’ Marzu 2010 li temenda, għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Id-Direttiva 2010/19/UE introduċiet rekwiżiti armonizzati għal dak li huwa trażżin tal-isprej għall-kategoriji kollha ta’ vetturi koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE (3). Skont dan, l-Annessi IV u XI tad-Direttiva 2007/46/KE ġew emendati wkoll f’dik id-Direttiva għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku. Peress li dawk l-Annessi diġà nbidlu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2008 tas-7 ta’ Ottubru 2008 li jissostitwixxi l-Annessi I, III, IV, VI, VII, XI u XV tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi (Direttiva Qafas) (4) u ġew emendati b’bosta regolamenti, l-emendi sussegwenti tagħhom kellhom isiru wkoll permezz ta’ Regolament. Huwa għalhekk xieraq, fl-interess taċ-ċarezza legali, li d-Direttiva 2010/19/UE tkun ikkoreġuta.

(2)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/19/UE għandu għalhekk jitħassar.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi Motorizzati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/19/UE huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 72, 20.3.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 103, 23.4.1991, p. 5.

(4)  ĠU L 292, 31.10.2008, p. 1.