15.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/79


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/332/PESK tas-7 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 149, tat-8 ta’ Ġunju 2011 )

F'paġna 10, Artikolu 1, it-test tal-paragrafu 2a l-ġdid tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK:

minflok:

“ ‘2a   Il-projbizzjoni li jitqiegħdu fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), safejn hi applika għall-awtoritajiet tal-port, ma għandhiex timpedixxi l-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Lulju 2011, ta’ kuntratti konklużi qabel id-data tad- dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, ħlief għal kuntratti relatati maż-żejt, gass u prodotti raffinati.’ ”,

aqra:

“ ‘2a   Il-projbizzjoni li jitqiegħdu fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), safejn hi applika għall-awtoritajiet tal-port, ma għandhiex timpedixxi l-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Lulju 2011, ta’ kuntratti konklużi qabel is-7 ta' Ġunju 2011, ħlief għal kuntratti relatati maż-żejt, gass u prodotti raffinati.’ ”.