12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ April 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2000/367/KE li tistabbilixxi sistema ta’ klassifika għar-reżistenza għan-nar tal-prodotti tal-bini, xogħlijiet ta’ bini u partijiet minnhom

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2417)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/232/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta’ reżistenza għan-nar ta’ prodotti għall-bini, xogħlijiet ta’ bini u partijiet minnhom (2) għandha tiġi emendata biex jitqies il-progress tekniku fl-iżvilupp tal-metodi relevanti għat-testijiet u sabiex jiġu inklużi l-ostakoli tan-nar (cavity barriers).

(2)

Id-Deċiżjoni 2000/367/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/367/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU L 133, 6.6.2000, p. 26.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/367/KE hu emendat kif ġej:

1.

Fit-taqsima 3 “Prodotti u sistemi għall-protezzjoni ta’ elementi li jifilħu t-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet”, it-tabella tal-klassifikazzjoni marbuta ma’ “Soqfa mingħajr resistenza indipendenti għan-nar” tinbidel bit-tabella li ġejja:

“Tapplika għal

soqfa mingħajr resistenza indipendenti għan-nar

Standard(s)

EN 13501-2; prEN 13381-1

Klassifika: espressa bl-istess termini bħall-element li jiflaħ it-tagħbija li qiegħed jiġi protett

Rimarki

Jekk jissodisfa wkoll il-ħtiġiet fir-rigward tan-nar ‘seminaturali’, is-simbolu ‘sn’ jiżdied mal-klassifika.”

2.

Fit-taqsima 3 “Prodotti u sistemi għall-protezzjoni ta’ elementi li jifilħu t-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet”, it-tabella tal-klassifikazzjoni marbuta ma’ “kisi, rivestimenti u grilji ta’ protezzjoni kontra n-nar” tinbidel bit-tabella li ġejja:

“Tapplika għal

kisi, rivestimenti u grilji ta’ protezzjoni kontra n-nar

Standard(s)

EN 13501-2; prEN 13381-2 sa 8

Klassifika: espressa bl-istess termini bħall-element li jiflaħ it-tagħbija li qiegħed jiġi protett

Rimarki

—”

3.

Fit-taqsima 4 “Elementi li ma jifilħux it-tagħbija jew partijiet tax-xogħlijiet u prodotti għalhekk”, it-tabella tal-klassifikazzjoni marbuta ma’ “partizzjonijiet (inklużi dawk li jinkorporaw porzjonijiet mhux insulati)” tinbidel bit-tabella li ġejja:

“Tapplika għal

partizzjonijiet (inklużi dawk li jinkorporaw porzjonijiet mhux insulati u ostakoli tan-nar (cavity barriers))

Standard(s)

EN13501-2; EN 1364-1 (*); EN 1992-1-2; EN1993-1-2; EN1994-1-2; EN 1995-1-2; EN 1996-1-2; EN 1999-1-2

Klassifika:

 

E

 

20

30

 

60

90

120

 

 

 

EI

15

20

30

45

60

90

120

180

240

 

EI-M

 

 

30

 

60

90

120

180

240

 

EW

 

20

30

 

60

90

120

 

 

 

Rimarki


(*)  Għall-ostakoli tan-nar (cavity barriers) minbarra dan l-istandard hemm ukoll EOTA TR 031.”