6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness II sa IV mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2068)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/214/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis, u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. L-Anness II magħha jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ dawk il-prodotti bażiċi. Il-Kapitoli II, III u IV ta’ dak l-Anness jistipulaw il-kondizzjonijiet għall-faċilitajiet u t-tħaddim ta’ dawn l-istabbilimenti, programmi ta’ sorveljanza fuq il-mard u l-kriterji għas-sospensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni ta’ stabbiliment, li jinkludu t-testijiet għal ċerti mikroorganiżimi, għas-Salmonella u għall-Mycoplasma, li għandhom jitwettqu fl-istabbilimenti approvati għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.

(2)

L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-faċilitajiet u t-tħaddim tal-istabbilimenti stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness II mad-Direttiva 2009/158/KE turi li huwa xieraq li dawn jiġu adattati għall-prassi attwali fl-industrija, b’mod partikolari fir-rigward tal-imġiba ta’ speċi differenti ta’ tjur meta jbidu.

(3)

Barra minn hekk, il-Kapitoli III u IV tal-Anness II mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom jiġu emendati biex iqisu l-progress xjentifiku li jsir fit-tekniki dijanjostiċi għall-Mycoplasma b’konformità mal-Kapitolu 2.3.5 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-bidliet għan-nomenklatura tas-Salmonella skont iċ-Ċentru ta’ Kollaborazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għar-Referenza u r-Riċerka tas-serovars tas-Salmonella tal-2007 u b’konformità mal-Kapitolu 2.3.11 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali.

(4)

L-Anness III mad-Direttiva 2009/158/KE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni tat-tjur. Huwa għandu jiġi emendat sabiex jinkludi kondizzjonijiet speċifiċi għall-vaċċinazzjoni kontra s-Salmonella.

(5)

Huwa neċessarju wkoll li jiġu emendati ċerti referenzi relatati mal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (2) jistipula regoli li jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għas-sejbien u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra. Huwa jistipula li l-qatgħat jew il-merħliet ta’ oriġini ta’ ċerti speċi elenkati fl-Anness I ma’ dak ir-Regolament iridu jiġu ttestjati għal ċerti żoonożi speċifikati u aġenti żoonotiċi qabel ma jintbagħtu kwalunkwe annimali ħajjin jew bajd għat-tfaqqis min-negozju tal-ikel tal-oriġini. Id-data u r-riżultati tat-test għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikati veterinarji rilevanti, stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2009/158/KE.

(7)

L-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium fid-dundjani (3) jistipula li r-rekwiżiti ta’ ttestjar japplikaw ukoll għall-qatgħat tad-dundjani mill-1 ta’ Jannar 2010 u ċ-ċertifikati veterinarji rispettivi stabbiliti fl-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

L-Annessi II, III u IV mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, u IV mad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.


ANNESS

L-Annessi II, III u IV mad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i)

Fit-Taqsima A, il-punt 2(e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

Il-bajd iridu:

(i)

jinġabru f’intervalli frekwenti, tal-inqas kuljum u kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu ntbiedu

(ii)

jitnaddfu u jiġu diżinfettati kemm jista’ jkun malajr, sakemm id-diżinfettazzjoni ma ssirx f’mafqas fl-istess Stat Membru;

(iii)

jitqiegħdu f’materjal ta’ mballaġġ ġdid jew nadif u diżinfettat.”

(ii)

Fit-Taqsima B, fil-punt 2(e), l-ewwel inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

bajd, bejn xħin jaslu fil-mafqas u l-proċess ta’ inkubazzjoni jew xħin jintbagħtu għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni jew jiġu esportati lejn pajjiż terz, sakemm ma jkunux ġew diżinfettati preċedentement fl-istabbiliment tat-trobbija tal-oriġini,”

(b)

Il-Kapitoli III u IV jinbidlu b’dan li ġej:

“KAPITOLU III

PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-MARD

Bla ħsara għall-miżuri tas-saħħa u għall-Artikoli 16 u 17, programmi ta’ sorveljanza tal-mard iridu, bħala minimu, ikunu jinkludu sorveljanza tal-infezzjonijiet u l-ispeċi elenkati fit-Taqsimiet A sa D.

A.   Infezzjonijiet ta’ Salmonella Pullorum (1), Salmonella Gallinarum (2) u Salmonella arizonae  (3)

1.   L-ispeċi kkonċernata:

(a)

Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum: pollam, dundjani, fargħuni, summien, faġani, perniċi u papri;

(b)

Salmonella arizonae: dundjani.

2.   Programm ta’ sorveljanza tal-mard

(a)

Għandhom jintużaw testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm infezzjoni (*).

(b)

Il-kampjuni għall-ittestjar iridu jittieħdu, kif xieraq, mid-demm, mill-embrijuni li ma jfaqqsux (jiġifieri embrijuni li mietu fil-bajda), flieles tat-tieni grad, mekonju, tessut post mortem, speċjalment il-fwied, il-milsa, l-ovarju/ovidott u l-uħil ileo-caecal  (**).

(c)

Irid jintuża arrikkiment dirett fi brodu tas-Selenit-ċisteina għal kampjuni intestinali u tal-feċi/mekonju. Prearrikkiment mhux selettiv segwit minn arrikkiment selettiv fi brodu ta’ Rappaport-Vassiliadis (RVS) ibbażat fuq is-sojja jew brodu Müller-Kauffmann Tetratijonat-novobijoċin (MKTTn) jista’ jintuża għall-kampjuni (bħall-embrijuni li mietu fil-bajda) fejn il-kompetizzjoni mill-flora hija mistennija li tkun minima (***), (****).

(d)

Meta jittieħdu l-kampjuni tad-demm minn qatgħa għall-ittestjar seroloġiku għal Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum jew Salmonella arizonae, għandu jingħata każ tal-prevalenza tal-infezzjoni fl-Istat Membru kkonċernat u l-inċidenza tagħha fl-imgħoddi fl-istabbiliment sabiex ikun stabbilit l-għadd ta’ kampjuni li jkunu jridu jittieħdu. Madankollu, irid jittieħed dejjem għadd validu statistikament ta’ kampjuni għal ittestjar seroloġiku u/jew batterjoloġiku biex tinstab infezzjoni.

(e)

Il-qatgħat iridu jiġu spezzjonati matul kull perjodu ta’ meta jbidu fl-aħjar żmien meta tkun tista’ tinstab il-marda kkonċernata.

(f)

Kampjuni għall-ittestjar batterjoloġiku ma jridux jittieħdu minn tjur jew bajd li kienu ttrattati bi prodotti mediċinali antimikrobjali matul il-ġimagħtejn jew tlieta ta’ qabel l-ittestjar.

(g)

It-tekniki għas-sejbien iridu jkunu kapaċi jiddifferenzjaw ir-reazzjonijiet seroloġiċi għall-infezzjonijiet tas-Salmonella Pullorum u s-Salmonella Gallinarum mir-reazzjonijiet seroloġiċi minħabba l-użu tal-vaċċin għas-Salmonella Enteritidis, fejn jintuża l-vaċċin (*****). Għalhekk din il-vaċċinazzjoni ma għandhiex tintuża jekk ikun se jintuża dan il-monitoraġġ seroloġiku. Jekk il-vaċċinazzjoni tkun intużat, irid jintuża ttestjar batterjoloġiku, imma l-metodu ta’ konferma użat irid ikun kapaċi jiddifferenzja bejn razez vaċċinali ħajjin u razez selvatiċi.

B.   Infezzjonijiet Mycoplasma gallisepticum u Mycoplasma meleagridis

1.   L-ispeċi kkonċernata:

(a)

Mycoplasma gallisepticum: pollam u dundjani.

(b)

Mycoplasma meleagridis: dundjani.

2.   Programm ta’ sorveljanza tal-mard

(a)

Il-preżenza tal-infezzjoni trid tiġi ttestjata b’testijiet seroloġiċi u/jew batterjoliġiċi u/jew molekulari vvalidati. Il-preżenza ta’ leżjonijiet sakkulite tal-arja fi frieħ tad-dundjani u flieles ta’ jum tissuġġerixxi l-preżenza ta’ infezzjoni ta’ Mycoplasma u trid tiġi investigata.

(b)

Għandhom jittieħdu kampjuni għall-ittestjar tal-preżenza ta’ infezzjoni ta’ Mycoplasma, kif xieraq, minn demm, flieles ta’ jum u frieħ ta’ dundjani, sperma, jew kampjun meħud mit-trakea, mill-koana, mill-kloaka jew mill-ibwieq tal-arja u, b’mod partikolari, għas-sejbien ta’ Mycoplasma meleagridis il-kampjuni jridu jittieħdu mill-ovidott u l-pene tad-dundjani.

(c)

Testijiet sabiex tinstab Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis iridu jsiru fuq kampjun rappreżentattiv sabiex titħalla li ssir sorveljanza kontinwa tal-infezzjoni matul it-trobbija u matul il-perjodu ta’ meta jbidu, jiġifieri eżattament qabel il-bidu ta’ meta jbidu u kull tliet xhur minn hemm ‘il quddiem.

C.   Riżultati u miżuri li jridu jittieħdu

Jekk ma jkun hemm l-ebda reatturi, it-test irid jitqies negattiv. Inkella, il-qatgħa trid titqies bħala ssuspettata u l-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV jridu jiġu applikati għaliha.

D.   Fil-każ ta’ azjendi li jkunu magħmulin minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati jew aktar, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tidderoga mill-miżuri stabbiliti fil-punt 3(b) tal-Kapitolu IV meħtieġa għar-ritorn tal-approvazzjoni fir-rigward tal-unitajiet tal-produzzjoni b’saħħithom fi stabbiliment fejn l-infezzjoni hija preżenti sakemm il-veterinarju awtorizzat ikun ikkonferma li l-istruttura u d-daqs ta’ dawk l-unitajiet ta’ produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet ta’ produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għal ilqugħ, żamma u tmigħ, sabiex il-marda kkonċernata ma tkunx tista’ tinfirex minn unità ta’ produzzjoni għal oħra.

KAPITOLU IV

KRITERJI SABIEX APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TIĠI SOSPIŻA JEW IRTIRATA

1.

L-approvazzjoni mogħtija lil stabbiliment għandha tiġi sospiża:

(a)

meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ma jkunux sodisfatti aktar;

(b)

sakemm tkun saret investigazzjoni xierqa għall-marda,

jekk:

ikun hemm suspett li faqqgħet l-influwenza tat-tjur jew il-marda ta’ Newcastle fl-istabbiliment,

l-istabbiliment ikun irċieva tjur jew bajd għat-tfaqqis minn stabbiliment bi tfaqqigħa suspettata jew ikkonfermata ta’ influwenza tat-tjur jew marda ta’ Newcastle,

ikun sar kuntatt, li jista’ jittrażmetti l-infezzjoni, bejn l-istabbiliment u s-sit ta’ tfaqqigħ tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle;

(c)

sakemm isiru t-testijiet il-ġodda, jekk ir-riżultati ta’ sorveljanza mwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III għall-infezzjoni permezz ta’ Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis jagħtu bidu biex wieħed jissuspetta tfaqqigħa;

(d)

sakemm jintemmu l-miżuri xierqa meħtieġa mill-veterinarju uffiċjali, jekk jinstab li l-istabbiliment ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 1(a), (b) u (c) tal-Kapitolu I.

2.

Approvazzjoni għandha tiġi rtirata jekk:

(a)

jekk ikun ikkonfermat li faqqgħet l-influwenza tat-tjur jew il-marda ta’ Newcastle fl-istabbiliment;

(b)

jekk it-tieni test tat-tip xieraq jikkonferma tfaqqigħa ta’ infezzjoni b’Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis;

(c)

wara t-tieni avviż mogħti mill-veterinarju uffiċjali lill-persuna responsabbli mill-istabbiliment, ma tkunx ittieħdet azzjoni sabiex l-istabbiliment jinġieb f’konformità mar-rekwiżiti, tal-punt 1(a), (b) u (c) tal-Kapitolu I.

3.

Kondizzjonijiet biex tingħata lura approvazzjoni jekk:

(a)

approvazzjoni tkun ġiet irtirata minħabba tfaqqigħa tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle, din tista’ tingħata lura fi żmien 21 jum wara t-tindif u d-diżinfettazzjoni jekk ikun sar qtil sanitarju;

(b)

tkun ġiet irtirata approvazzjoni minħabba tfaqqigħa kkawżata minn:

Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum, jew Salmonella arizonae, din tista’ tingħata lura wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet imwettqa b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum fuq l-istabbiliment wara l-qtil sanitarju tal-qatgħa infettata u wara diżinfettazzjoni li l-effettività tiegħu tkun ġiet ivverifikata b’testijiet adatti fuq uċuħ niexfa,

Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis, tista’ tingħata lura jew wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet li jkunu saru fuq il-qatgħa kollha b’intervall ta’ tal-inqas 60 jum jew wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet li jkunu saru b’intervall ta’ tal-inqas 21 jum fl-istabbiliment wara diżinfettazzjoni wara qtil sanitarju tal-qatgħa infettata kollha.”

2.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Il-vaċċini użati għat-tilqim tat-tjur jew qatgħat li jipproduċu l-bajd għat-tfaqqis iridu jkollhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru.”

(b)

Il-punt 3 li ġej jiżdied:

“3.

B’relazzjoni għall-vaċċinazzjoni kontra kwalunkwe serotip tas-Salmonella l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti:

(a)

Programmi ta’ vaċċinazzjoni tas-Salmonella ma jridux jinterfjerixxu mas-sejbien seroloġiku fil-kuntest ta’ investigazzjoni fuq il-post, jew jirriżultaw f’testijiet b’pożittivi foloz;

(b)

ma jridux jintużaw vaċċini ħajjin tas-Salmonella fil-qafas tal-programmi tal-kontroll nazzjonali:

(i)

fi tjur produttiv jew għat-trobbija matul l-istadju ta’ riproduzzjoni jew ta’ meta jbidu sakemm is-sigurtà tal-użu tagħhom ikun ġie ppruvat u jkunu awtorizzati għal din il-fini skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (******)

(ii)

meta l-manifattur ma jipprovdix metodu xieraq biex jiddistingwi batterjoloġikament varjanti tat-tip selvaġġ tas-Salmonella minn razez tal-vaċċin.

(******)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.”"

3.

L-Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IV

ĊERTIFIKATI VETERINARJI GĦALL-KUMMERĊ FI ĦDAN L-UNJONI

(Mudelli 1 sa 6)

MUDELL 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 3

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 4

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Salmonella Pullorum tfisser Salmonella enterica sottospeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Pullorum

(2)  Salmonella Gallinarum tfisser Salmonella enterica sottospeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Gallinarum

(3)  Salmonella arizonae tfisser Salmonella enterica sottospeċi arizonae serogrupp K (O18) arizonae

(*)  Innota li l-ittestjar seroloġiku fl-ispeċi avjarji ħlief il-pollam jista’ jirriżulta f’proporzjon inaċċettabbli ta’ reazzjonijiet ta’ pożittiv falz.

(**)  Innota li l-kampjuni ambjentali ġeneralment ma jkunux adatti għal sejbien affidabbli ta’ Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum.

(***)  Innota li l-iżolament dirett ta’ tessuti miġbura asettikament fuq agar minimament selettiv, bħall-agar MacConkey, huwa utli wkoll għad-dijanjożi.

(****)  Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum ma jikbrux faċilment fil-mezz Rappaport Vassiliadis semisolidu mmodifikat (MRSV) li jintuża għall-monitoraġġ ta’ Salmonella spp. żoonotika fl-Unjoni.

(*****)  Innota li bħalissa ma hemm l-ebda test li jista’ jiddifferenzja bejn ir-reazzjoni għal infezzjoni tas-Salmonella Pullorum u tas-Salmonella Gallinarum u għal vaċċinazzjoni ta’ dan is-serotip.