16.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fl-Italja u fir-Rumanija li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2009

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 770)

(It-testi bit-Taljan u bir-Rumen biss huma awtentiċi)

(2011/105/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/258/UE (2) u 2010/730/UE (3), għas-sena finanzjarja 2009, approvaw il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kollha ħlief l-aġenziji tal-pagamenti Taljani “AGEA” u “ARBEA”, u l-aġenzija tal-pagamenti Rumena “PIAA”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tinsab fil-qagħda li tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenziji tal-pagamenti Taljani “AGEA” u “ARBEA”, u l-aġenzija tal- pagamenti Rumena “PIAA”.

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas [pagamenti] u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (4) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar imħallsin għas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2009, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni se tnaqqas dak l-ammont minn jew iżżidu mal-pagament ta’ kull xahar marbut mal-infiq li sar fit-tieni xahar wara dak li fih tittieħed id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

(4)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru kkonċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit tal-UE, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III għar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabella mudell li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2010. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(5)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u dawk li aktarx isiru jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(6)

Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjonijiet 2010/258/UE u 2010/730/UE.

(7)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-UE nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti Taljani “AGEA” u “ARBEA”, u l-aġenzija tal-pagamenti Rumena “PIAA” li jikkonċernaw infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2009 huma b’dan approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew pagabbli lil kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana u lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 112, 5.5.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 315, 1.12.2010, p. 35.

(4)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2009

Ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu.

SM

 

2009 — Nefqa/Dħul assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet kienu

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti li saru lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru (2)

Ammmont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru skont id-Deċiżjoni 2010/258/UE

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru skont id-Deċiżjoni 2010/730/UE

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru (2)

approvati

mhux approvati

= nefqa/dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

i

i'

j = h – I – i'

IT

EUR

4 734 018 409,62

0,00

4 734 018 409,62

–8 483 198,39

–14 355 208,39

4 711 180 002,84

4 728 063 868,22

–16 883 865,38

–2 395 176,69

0,00

–14 488 688,69

RO

EUR

580 639 557,26

0,00

580 639 557,26

–9 399 922,54

0,00

571 239 634,72

575 930 420,08

–4 690 785,36

0,00

0,00

–4 690 785,36


SM

 

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Fond taz-Zokkor

Artikolu 32 (= e)

Total (= h)

Nefqa (4)

Dħul assenjat (4)

05 07 01 06

6701

05 02 16 02

6803

6702

k

l

m

n

o

p = k + l + m + n + o

IT

EUR

204 519,71

–2 768 132,08

0,00

0,00

–11 925 076,32

–14 488 688,69

RO

EUR

–4 690 785,36

0,00

0,00

0,00

0,00

–4 690 785,36


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk ikkunsidrati fis-sistema ta' pagamenti li għalihom b'mod partikolari huma miżjuda l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' osservanza għall-iskadenzi stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2009.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jkun irkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu, l-ammont kkunsidrat għandu jkun it-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mhux approvata (Kol.b).

Rata tal-kambju applikabbli: Artikolu 7 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006.

(3)  Jekk il-parti tad-dħul assenjat ikun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt 05 07 01 06.

(4)  Jekk il-parti tad-dħul assejat għall-Fond taz-zokkor, jkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt 05 02 16 02.

NB: Nomenklatura 2011 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803