3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1120/2010

tat-2 ta’ Diċembru 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi ‘addittivi żootekniċi’.

(4)

L-użu tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2), u għall-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (3), u għas-salmonidi u l-gambli bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 (4) għal għaxar snin.

(5)

Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni għall-ħnienes miftuma. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2010 (5) li l-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M, fil-kondizzjoniiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jtejjeb iż-żieda fil-piż tal-ispeċi mmirata. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija ‘addittivi żootekniċi’ u mal-grupp funzjonali ‘stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana’, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(3)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

(4)  ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10.

(5)  Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1660.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU /kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4d1712

Lallemand SAS

Pediococcus acidilactici

CNCM MA 18/5M

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

 

Metodu analitiku  (1)

 

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-MRS agar (EN 15786:2009)

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Ħnienes (miftuma)

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-ħnienes (miftuma) li jiżnu sa 35 kg.

3.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-użu.

It-23 ta’ Diċembru 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives