9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1005/2010

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura Komunitarja tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-mezzi ta' rmunkar ta' vetturi bil-mutur (3). Ir-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu emendati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

(3)

L-ambitu ta' dan ir-Regolament huwa konformi ma' dak tad-Direttiva 77/389/KEE u għalhekk hu limitat għall-vetturi tal-kategoriji M u N.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati fir-rigward ta' apparat tal-irmunkar. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi motorizzati tal-kategoriji M u N, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KEE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta' vettura fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar” tfisser vetturi li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħall-karatteristiċi tal-apparat tal-irmunkar.

(2)

“apparat tal-irmunkar” tfisser apparat fl-għamla ta' ganċ, ħolqa jew forma oħra, li miegħu tista' titwaħħal parti ta' konnessjoni, bħal żbarra tal-irmunkar jew ħabel tal-irmunkar.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorita għall-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 77/389/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 77/389/KEE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 154, 13.6.1977, p. 41.


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi motorizzati fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura motorizzata fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura: (c): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

2.   PIŻIJIET U QISIEN (f)  (g)

2.8.   Piż massimu tat-tagħbija teknikament permissibbli ddikjarat mill-manifattur (3): …

2.11.5.   Il-vettura hija/mhijiex (1) adatta biex tiġbed tagħbijiet,

12.   MIXXELLANJU

12.3.   Apparat tal-irmunkar

12.3.1.   Quddiem: ganċ / ħolqa / ieħor (1)

12.3.2.   Wara: ganċ / ħolqa / ieħor / xejn (1)

12.3.3.   Disinn jew ritratt tax-chassis/żona tal-karozzerija tal-vettura li juri l-pożizzjoni, il-kostruzzjoni u l-muntaġġ tal-apparat tal-irmunkar: …

Noti ta' spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar

approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (1)

ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1005/2010, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (2): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (3): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

TAQSIMA II

1.   Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.

2.   Servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Annessi

:

Pakkett ta' informazzjoni

Rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokumentinformazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, il-Parti A tal-Anness II.

(f)  Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u qisien għandhom ikunu ddikjarati.

(g)  Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi motorizzati u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.

(3)  Jekk jogħġbok niżżel l-ogħla u l-inqas valuri għal kull varjant.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definita fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, it-Taqsima A.

Addendum

maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.

Aktar informazzjoni:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Għadd totali u pożizzjoni tal-apparat(i) tal-irmunkar: …

1.3.

Metodu tat-twaħħil mal-vettura: …

1.4.

Piż massimu tat-tagħbija teknikament permissibbli tal-vettura (kg): …

2.

Tagħmir tal-irmunkar fuq quddiem: li jista' jinqala'/ma jistax jinqala' (1) ganċ/ħolqa/ieħor (1)

3.

Tagħmir tal-irmunkar fuq wara: li jista' jinqala'/ma jistax jinqala' (1) ganċ/ħolqa/ieħor/xejn (1)

4.

Il-vettura hija/mhijiex (1) adatta biex tiġbed tagħbijiet

5.

Rimarki: …


(1)  Ħassar fejn ma japplikax.


ANNESS II

Rekwiżiti għall-apparati tal-irmunkar

1.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.1.   Għadd minimu ta’ apparati.

1.1.1.

Il-vetturi motorizzati kollha għandu jkollhom apparat tal-irmunkar imwaħħal fuq quddiem.

1.1.2.

Vetturi fil-kategorija M1, kif definit fid-Direttiva 2007/46/KEE, il-Parti A tal-Anness II, ħlief għal dawk il-vetturi li mhumiex adatti għall-irmunkar ta' tagħbijiet, għandhom jiġu mgħammra wkoll b'apparat tal-irmunkar fuq wara.

1.1.3.

Apparat għall-irmunkar fuq wara jista' jinbidel b'apparat ta' akkoppjament mekkaniku, kif definit fir-Regolament UN-ECE Nru 55 (1), sakemm ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.2.1. ikunu sodisfatti.

1.2.   Tagħbija u stabbiltà

1.2.1.

Kull apparat tal-irmunkar imwaħħal mal-vettura għandu jkun jiflaħ forza trazzjoni jew kompressjoni statika ekwivalenti għal mill-inqas nofs il-piż tat-tagħbija massimu teknikament permissibbli tal-vettura.

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.   It-tagħbijiet tat-test tat-trazzjoni u l-kompressjoni għandhom jiġu applikati fuq kull apparat separat tal-irmunkar imwaħħal mal-vettura.

2.2.   It-tagħbijiet tat-test għandhom jiġu applikati fid-direzzjoni lonġitudinali, f'relazzjoni mal-vettura.


(1)  ĠU L 373, 27.12.2006, p. 50.