28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 854/2010

tas-27 ta’ Settembru 2010

li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2010 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2010 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009, jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru 09.4320.

(2)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serje li ġġib in-numru 09.4320 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dak in-numru tas-serje għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2010 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2010/11.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2010 sal-14.9.2010

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

 

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

5,0039

Sospiżi

09.4321

L-Indja

 

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


Iz-zokkor mill-Balkani

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2010 sal-14.9.2010

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bożnija u Ħerzegovina

 (1)

 

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo (*)

 (1)

 

09.4327

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

09.4328

Il-Kroazja

 (1)

 

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2010 sal-14.9.2010

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(*)  Il-Kosovo taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.