28.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 848/2010
tas-27 ta’ Settembru 2010
li għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011, jidderoga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tad-dati għall-komunikazzjoni tar-riport taz-zokkor żejjed
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 85, il-punt (c), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 63(2), il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kull impriża li tkun iddeċidiet li tittrasferixxi ‘l quddiem parti mill-produzzjoni jew il-produzzjoni sħiħa tagħha li taqbeż il-kwota taz-zokkor (ir-riport taz-zokkor żejjed) għandha tgħarraf lill-Istat Membru konċernat qabel data li għandha tkun stabbilita minn dak l-Istat Membru dwar id-deċiżjoni tagħha qabel data li għandha tkun stabbilita minn dak l-Istat Membru fi ħdan il-limiti taż-żmien stabbiliti b’dak l-Artikolu. |
(2) |
Għall-iffaċilitar tal-forniment taz-zokkor barra l-kwota fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk l-impriżi jitħallew jirreaġixxu għat-tibdiliet fid-domanda mhux previsti fix-xhur aħħarin tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu dati aktar tard għal meta l-impriżi jikkomunikaw il-kwantità taz-zokkor żejjed li għandha tintiret għall-perjodu li jmiss. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011, l-impriżi li, f’konformità mal-Artikolu 63(1) ta’ dak ir-Regolament, ikunu ddeċidew li jittrasferixxu kwantitajiet taz-zokkor għall-perjodu li jmiss (ir-riport ta’ kwantitajiet taz-zokkor), dawn għandhom jgħarrfu lill-Istat Membru konċernat qabel data li għandha tkun stabbilita minn dak l-Istat Membru bejn l-1 ta’ Frar u l-15 ta’ Awwissu 2011.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hu għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.